MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536440

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

JAELLE BORG Ħafna minna jqumu filgħodu fil-kumdità ta' sodda sħuna, jixorbu xi belgħa kafè jew te fuq is-sufan u jmorru għax-xogħol jew l-iskola moħħhom mistrieħ li filgħaxija għandhom fejn jirritornaw. Iżda għal persuni oħra f 'Malta, din il-kumdità hi biss ħolma. Għalihom, kull lejl ifisser ġlieda biex isibu fejn jorqdu u kull ġurnata ġġib magħha inċertezza. Il-faqar u n-nuqqas ta' dar mhumiex biss numri fi statistika — huma esperjenzi umani, stejjer ta' tbatija, u realtajiet li ħafna drabi jinħbew taħt il-wiċċ ta' soċjetà li tidher prospera. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tliet persuni li jaraw dawn is-sitwazzjonijiet mill- qrib: Ivan Bartolo, Kelliem għall-Oppożizzjoni għall- Akkomodazzjoni Soċjali u l-Ġlieda kontra l-Faqar; Michael Falzon, Ministru għall-Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal, u Sarah Bondin, General Manager tal- Fondazzjoni Suret il-Bniedem. "Il-ġid ekonomiku mhux qed jasal għand kulħadd" – Ivan Bartolo Ivan Bartolo, mhux biss jikkritika l-politika eżistenti — imma jipproponi bidla fundamentali fil-mod kif pajjiżna jiem l-iżvilupp. "Il-politika kienet li nkabbru l-kejk," jgħid. "Imma jien ngħid: ejja naqsmuh. Mhux biżżejjed li tgħid li għandek surplus u tkabbir. Ejja naraw min qed igawdi, u min le." Bartolo jikkwota każijiet ta' tfal f 'ambjenti umdi, familji li jgħixu f 'garaxxijiet mingħajr dawl naturali, u persuni f 'akkomodazzjoni proviżorja li ma tagħtihom l-ebda stabbiltà mentali jew emozzjonali. "Hemm tfal li jgħixu f 'kamra waħda ma' erba' persuni oħra. Din mhux ħajja. Mhux għejxien." Skontu, ħafna għadhom ma jimux x'jiġifieri vulnerabbiltà, għax "għadu ma ġralhomx". Bartolo jpoġġi ħafna mill- problema fuq in-nuqqas ta' infrastruttura soċjali b'saħħitha u reali, u jtenni l-bżonn ta' pjan nazzjonali li ma jħarisx biss lejn housing, imma wkoll lejn impjiegi b'pagi li jgħajxu, servizzi ta' saħħa mentali, u edukazzjoni li tappoġġja. "Faqar dejjem se jkun hemm — imma rridu nwessgħu x-xibka" – Michael Falzon Il-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali, is-Solidarjetà u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, jirrikonoxxi li anke f 'pajjiż b'ekonomija b'saħħitha bħal Malta, hemm dejjem faxxa ta' nies li — għal diversi raġunijiet — ma jilħqux igawdu mill-ġid li qed jinħoloq. "Kull pajjiż u kull ekonomija għandha grupp ta' nies li, għal diversi raġunijiet, ma jilħqux biżżejjed. Ma ninsultax jew niġġudika lil ħadd, imma l-verità hi li mhux kulħadd ikun f 'pożizzjoni li jipparteċipa fil- ġid," qal Falzon waqt intervista mal-gazzetta ILLUM. "U Malta mhix eċċezzjoni. Għandna faxxa ta' nies li, jew il- pajjiż ma jilħaqhomx, jew huma stess — minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom — ma jkunux jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet." Meta mistoqsi x'inhuma l-kawżi ewlenin tal-faqar f 'Malta, il-Ministru jispjega li hemm diversi fatturi: "Għandek min ma jistax jaħdem, u għalhekk diġà huwa eskluż mill-proċess produttiv tal-ekonomija. Imbagħad hemm min, forsi minħabba nuqqas ta' edukazzjoni jew għażliet ħżiena, jispiċċa ma jirnexxilux jibni lilu nnifsu ekonomikament. Però, importanti ngħid li jiena m'iniex hawn biex niġġudika." "Le, ma eliminajniex il-faqar — u ħadd qatt mhu se jirnexxilu jeliminah kompletament. Imma nistgħu ngħidu li f 'dawn l-aħħar 11-il sena, sar progress. Il-miżuri li daħħalna ħadmu, imma dejjem ħa jkollna nżidu għax ir-realtajiet jibqgħu jinbidlu." L-Evoluzzjoni ta' missjoni soċjali: l-isfond ta' Fondazzjoni Suret il- Bniedem "Il-Fondazzjoni bdiet 25 sena ilu meta Fr Leopoldo Tabone, li kien chaplain tal-ħabs, beda jiltaqa' ma' ħafna priġunieri li joħorġu mill-ħabs u m'għandhom l-ebda post fejn imorru. Minn hemm beda kollox," spjegat Sarah Bondin, il-General Manager tal- Fondazzjoni. Minn dar żgħira fil-Fgura għall-irġiel, illum il-Fondazzjoni tmexxi ħamest idjar: "Minn refuġjati, sa ommijiet Maltin bi wliedhom f 'sitwazzjonijiet familjari kumplessi u persuni bi sfidi ta' saħħa mentali. Kultant wieħed għandu xogħol, għandu dħul tajjeb, imma sitwazzjoni personali jew mentali tfarraklu kollox." Il-Kumplessità dejjem tikber "F'dawn l-aħħar snin, rajna żieda mhux neċessarjament fin- numri, imma fil-kumplessità tal- każijiet. Li persuna m'għandhiex fejn toqgħod jew ma tistax tgħix id-dar taghha, dik il-persuna mhijiex biss persuna qed tfittex sodda u saqaf fuq rasha — qed anaiżi IL-ĦADD 15 TA' ĠUNJU 2025 • illum 04 Ilħna li ma jinstemgħux: realtà PRE-AVVIŻ TA' SEJĦA: IL- PROGRAMM TAL-FOND EWROPEW TAS-SAJD MARITTIMU U L-AKKWAKULTURA GĦAL MALTA 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE jinnotifika l-ħruġ ta' sejħa taħt il-Programm tal-Fond Ewropew tas-Sajd Marittimu u l-Akkwakultura għal Malta 2021-2027: Sejħa 16 - Skema ta' Diversifikazzjoni mhux relatata m'Attività Kummċerċjali tas-Sajd Prijorità 1: Trawwim ta' Sajd Sostenibbli u r-Restawr u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Akwa- Bijoloġiċi Objettiv Speċifiku 1.1 – It-tisħiħ Ekonomiku, Soċjali & Ambjentali t'Attivitajiet Sostenibbli tas-Sajd L-għan tal-Iskema ta' Diversifikazzjoni t'Attivitajiet tas-Sajd hija li tindirizza l-iżvilupp ta' attività kumplimentari, li tista' tinkludi xi investimenti abbord bastimenti tas-sajd, turiżmu tas-sajd, ristoranti, kif ukoll servizzi ambjentali relatati mas-sajd u attivitajiet edukattivi, fost ħwejjeġ oħra. L-Investimenti jistgħu anki jindirizzaw it-tagħmir mill-ġdid ta' bastimenti tas-sajd mal-kosta fuq skala żgħira għall-attivitajiet kumplimentari għal sajd kummerċjali biex jiżdied il-potenzjali għal opportunitajiet ta' xogħol anċillari fuq l-art. L-applikanti eliġibbli għal din is-sejħa huma: • Sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFA • Sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFB It-tnedija attwali tar-rolling call, flimkien mad-dettalji dwar is-sessjoni ta' informazzjoni, i-Formola tal-Applikazzjoni u dokumentazzjoni supplimentari oħra, se jiġu ppubblikati f' Lulju 2025 u jistgħu jinkisbu mis-sit https://fondi.eu. L-ewwel ġabra ta' din ir-rolling call mistennija tagħlaq f'Settembru 2025. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għal https://fondi.eu għall-Programm tal-EMFAF għal Malta, u għal aġġornamenti relatati mas-sejħiet ta' finanzjament tal-UE. Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa, ikkuntattja lis-Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) fuq info.sem@gov.mt jew billi ċċempel fuq 2779 7300. "Irridu naraw mhux biss fejn persuna qed torqod, imma fejn sejra f 'ħajjitha."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 June 2025