MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Michael Ansara (1922-2013) hu attur Amerikan ta' dixxendenza Sirjana. Kien jidher l-aktar bħala Għarbi jew fi rwol ta' Indjan Amerikan. Kien aktar popolari fuq it-televiżjoni. Fil- film epiku e Robe ħadem il- parti ta' Ġuda Iskarjota u bħala wieħed qarrieqi deher f 'Outpost In Morocco (1949), e Desert Hawk (1950), e Saracen Blade (1954), Gun Brothers (1956), e Comancheros (1961), e Greatest Story Ever Told (1965), film Bibliku fejn kien il- kmandant ta' Erodi. Pedro Armandariz (1912- 1963): Dan l-attur Messikan, wieħed mill-aqwa li qatt kellhom f 'dan il-pajjiż, deher ukoll f 'diversi films Amerikani. Bħala wieħed mingħajr skrupli rajnieh f 'e Wonderful Country (1959), f 'Captain Sindbad (1963) u fil- film dwar il-Mongolu Genghis Khan, e Conqueror (1956) fil-parti ta' Jamuga. Fl-1957 ħadem f 'Manuela fejn ix-xewqat żienja tiegħu għal din it-tfajla jirrovinawh u diversi oħrajn. Bosta atturi u tekniċi oħrajn li marru jiffilmjaw e Conqueror fid-deżert ta' Utah wara prova it qabel ta' bomba atomika, xi snin wara mietu bil-marda tal-kanċer u meta Armandariz sar jaf b'dan spara għal rasu. Ed Begley (1901-1970): Dan l-attur Amerikan, ukoll tat- teatru, radju u televiżjoni, beda jirreċta bħala uffiċjal korrott f 'Boomerang (1947) u e Street With No Name (1948). Reġa' kien il-ħażin f 'Odds Against Tomorrow (1960) u e Turning Point (1955). L-aqwa parti tiegħu kienet fi Sweet Bird Of Youth (1962) bħala Tom "Boss" Finlay, missier ta' influwenza qawwija fil- belt fejn jgħix. Richard Boone (1917-1981): Niakruh l-aktar bħala wieħed li fuq wiċċu juri s-sogħba li qed iħoss bħala l-Ġeneral Sam Houston għall-eroj/martri ta' e Alamo (1960), pero' it huma dawk l-atturi li wrew qilla fil-films daqsu. B'wiċċ ta' fattizji severi wera f 'wiċċu diżappunt f 'A under Of Drums (1964), stoffa f 'Red Skies Of Montana (1953) bħala pumpier u rabja f 'e War Lord (1965), kif ukoll sadiżmu f 'Way Of A Gaucho (1953). Neville Brand (1920-1992): L-iżjed rwoli li kienu jixirqulu huma dawk ta' xi viljakk jew ta' antagonist aħrax fil-Westerns, drammi kriminali u films tal- misteru. Fost dawn, insibuh ġo xogħlijiet ċinematografiċi bħal Where e Sidewalk Ends (1950) u gwardjan ta' stoffa f 'e Birdman Of Alcatraz (1962), iħobb iwerwer fi Cry Terror (1958), juża vjolenza ma' xi sorijiet bħala suldat mill-Korea ta' Fuq ġo Five Gates To Hell (1959), wieħed qarrieqi f 'e Tin Star (1957), u krudil u qattiel bħala Al Capone, b'sigarru bejn xuejh kbar f 'e Scarface Mob (1959), u jaqla' rewwixta kbira f 'ħabs f 'Riot In Cell Block 11 (1954). Raymond Burr (1917-1993): Dan l-attur Kanadiż ħa l-fama u l-popolarità fis-serje televiżivi Perry Mason u Ironside. Imma għall-bidu tal-karriera tiegħu meta kien oħxon, ingħata partijiet ta' kattiv korrott u anki qattiel f 'Rear Window (1954), Crime Of Passion (1957), Great Day In e Morning (1956), San Quentin (1947), Raw Deal (1948), e Blue Gardenia (1953), Fort Algiers (1953), u diversi oħrajn. Dan Duryea (1907-1968): Attur ieħor li kien jibbrilla f 'partijiet ta' viljakk, anki b'xi fil ta' umoriżmu, f 'Westerns, u xogħlijiet tal- kriminalità. Għall-kuntrarju, bħala attur versatili deher ukoll f 'xi drammi, kummiedji, u anki films mużikali. Insibuh fi Criss Cross (1949) iħajjar lil eks maħbuba tiegħu Yvonne De Carlo terġa' lura fil-ħajja ta' Burt Lancaster, ir-raġel li kellha u meta dawn jittraduh joqtolhom it-tnejn. Kien qattiel vendikattiv f 'Along Came Jones (1945). F'Winchester 73 (1950) malajr isib sehmu meta jiddeffes fin-nofs quddiem James Stewart fit-tfittxija ħerqana għall-azzarin modern li serqulu. Reġa' kien il- kattiv f 'Six Black Horses (1962) u e Burglar (1957). 14 films IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 • illum Carmel Bonnici Kienu jsejħulhom 'The Heavies' IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Raymond Burr – Rear Window (1954)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 July 2025