Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669
02 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 • illum Kważi nofs il-ħabsin huma Maltin Malta se tneħħi l-iskema tal-passaporti tad-deheb ILENIA DEBONO Il-Ministru għall-Intern qal li fost 745 persuna fil-ħabsijiet ta' Malta, 362 minnhom huma Maltin. It-383 priġunier l-ieħor jiġu minn iżjed minn 50 pajjiż differenti. Waqt is-seduta parlamentari ta' nhar it-Tlieta, Graziella Attard Previ għamlet mistoqsija parlamentari lil Byron Camilleri rigward l-ammont, il-ġeneru, l-età, u n-nazzjonalità tal- priġunieri f 'Kordin. Fir-risposta tiegħu, Camilleri qal li 685 mis-745 ħabsi huma rġiel u 60 minnhom huma nisa. Camilleri qal li t-383 priġunier barrani jiġu minn bosta pajjiżi differenti, speċifikament mill-Afganistan, l-Albanija, l-Alġerija, il- Belġju, il-Bożnija Ħerzegovina, il-Brażil, ir-Renju Unit, il- Bulgarija, il-Burkina Faso, il- Kanada, Cabo Verde, iċ-Chad, iċ-Ċilì, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, ir- Repubblika Dominicana, l-Olanda, l-Ekwador, l-Eġittu, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Filippini, Franza, il-Gambja, il-Georgia, il-Ġermanja, il-Ghana, il- Greċja, Guinea-Bissau, il- Guinea, l-Ungerija, l-Indja, l-Irlanda, l-Italja, il-Kosta tal- Avorju, il-Kuwajt, il-Liberja, il-Libja, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Madagaskar, il-Malażja, il- Mali, il-Moldova, il-Marokk, in-Nepal, in-Niġerja, in-Niġer, in-Norveġja, il-Pakistan, il- Palestina, il-Panama, il-Perù, il-Polonja, il-Portugall, ir- Rumanija, is-Senegal, is-Serbia, is-Seychelles, is-Slovakkja, is- Slovenja, is-Somalja, Spanja, is-Sudan, is-Sirja, it-Togo, it- Tuneżija, it-Turkija, l-Uganda, l-Ukrajna, l-Użbekistan u l-Veneżwela. Fl-istess seduta, saru bosta mistoqsijiet parlamentari fuq id-demografija ta' Kordin. Id- Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo staqsa lil Camilleri fuq kemm mietu priġunieri b'mewta naturali f 'Kordin mill- 2020 s'issa. Ir-risposta għal din il-mistoqsija kienet li sitt priġunieri mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza. Bartolo staqsa wkoll fuq kemm kien hemm persuni li reġgħu daħlu l-ħabs wara li ħarġu għax kienu skontaw sentenza mill- 2020 s'issa. 273 persuna reġgħu daħlu sa Diċembru tal-2020, 252 sa Diċembru tal-2021, 223 sa Diċembru tal-2022, 218 sa Diċembru tal-2023, 192 sa Diċembru tal-2024, u 189 sal-25 ta' Jannar tal-2025. Mistoqsija oħra f 'dan ir- rigward saret mill-istess Bartolo fuq kemm kien hemm priġunieri li ħarġu mill-ħabs wara li lestew is-sentenza tagħhom mill-2024 s'issa. 333 priġunier inħelsu mill-ħabs fl-2024 u 174 sal-20 ta' Ġunju 2025. ILENIA DEBONO Malta se tneħħi kompletament l-iskema tal-passaporti tad- deheb filwaqt li tespandi l-kundizzjonijiet biex wieħed jikseb iċ-ċittadinanza Maltija permezz ta' servizzi u kontributi eċċezzjonali. Il-bidliet qed isiru wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal- Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li sabet li ċ-ċittadinanza b'investiment ta' Malta kienet tikser il-liġi tal-UE u kienet tfisser "il-kummerċjalizzazzjoni tal-għoti ta' ċittadinanza minn stat membru." Matul konferenza tal- aħbarijiet nhar l-Erbgħa, il- Ministru għall-Intern Byron Camilleri spjega li l-Gvern ħa jelimina kompletament l-elementi tranżazzjonali mill- proċess ta' naturalizzazzjoni. Dan jindirizza t-tħassib espress mill-Qorti tal-UE dwar il- programm preċedenti ta' Malta. L-emendi legali għandhom l-għan li jsaħħu l-liġijiet eżistenti relatati maċ- ċittadinanza permezz tal-mertu – kunċett introdott għall-ewwel darba fl-2017. L-emendi jagħtu l-possibbiltà lill-Gvern jagħti ċ-ċittadinanza lill-individwi li jagħtu servizzi jew kontributi eċċezzjonali lil Malta jew lill- umanità, inkluż permezz tal- ħolqien tax-xogħlijiet. Intqal li dawn is-servizzi eċċezzjonali marbuta mal- ħolqien tax-xogħlijiet għandhom ikunu konformi mal-Vision 2050. Skont il-bidliet proposti, "servizzi jew kontributi eċċezzjonali" jirreferu għal dawk magħmula minn "xjenzati, riċerkaturi, atleti, sportivi, artisti, interpreti kulturali, imprendituri, filantropi, u teknoloġisti, fost oħrajn …" Il-proċess biex tinkiseb iċ- ċittadinanza bil-mertu, li diġà huwa rregolat minn Avviż Legali li se jkun emendat biex ikun konsistenti mal-Att il- ġdid, jibda b'talba li tintbagħat lill-Aġenzija Komunità. L-emendi għandhom ukoll l-għan li jsaħħu l-proċess ta' due diligence qabel il- naturalizzazzjoni. Bord eżistenti jagħmel valutazzjoni u jagħti rakkomandazzjoni lill-Ministru li jieħu d-deċiżjoni finali. Mhux ħa jkun hemm ammont fiss ta' flus li wieħed għandu jħallas biex jikseb iċ- ċittadinanza Maltija. Minflok, l-applikanti jkollhom jippreżentaw proposta li turi x'kontribut jew servizz eċċezzjonali qed jagħtu jew qed jippjanaw li jagħtu lil Malta. Fir-rigward tal- applikazzjonijiet preċedenti, kwalunkwe ċittadinanza miksuba taħt l-iskema li ġiet ikkanċellata tibqa' valida u se tibqa' rregolata mir-regoli l-qodma. Madankollu, dawk l-applikazzjonijiet li għadhom pendenti taħt is-sistema preċedenti mhux ħa jiġu pproċessati. Minn 745 ħabsi, 383 minnhom jiġu minn iżjed minn 50 pajjiż differenti Mhux ħa jkun hemm ammont fiss ta' flus li wieħed għandu jħallas biex jikseb iċ-ċittadinanza Maltija. 685 mis-745 ħabsi huma rġiel u 60 minnhom huma nisa kwalunkwe ċittadinanza miksuba taħt l-iskema li ġiet ikkanċellata tibqa' valida