MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti RETOLD: inizjattiva li qed tagħti l-ħajja lokalment proġetti Maltin li għamlu suċċess internazzjonali Wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-Kunsill Malti għall-Arti nieda RETOLD — inizjattiva li permezz tagħha numru ta' progetti minn artisti u kreattivi Maltin li għamlu suċċess barra minn xtutna fl-aħħar snin qed jintwerew hawn Malta biex jitgawdu mill-Maltin — tnieda l-proġett 'Revisiting Maleth' fil-Mużew tal-Istorja Naturali, ġewwa l-Imdina. 'Revisiting Maleth' hi l-verżjoni mtennija tal-proġett li rrappreżenta lil Malta fl-2019 fit-58 edizzjoni tal-Biennale tal-Arti ġewwa Venezja. Dan il-proġett jevoka l-oriġini primordjali tal-eżistenza tal- gżira, l-oriġini storiċi tagħha, u l-preżenza spazjali tagħha fir- realtà kontemporanja fil-Baħar Mediterran. Dr Luke Dalli, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, spjega kif il-viżjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti hija waħda mibnija fuq diversi saffi. Il-bażi tibqa' dejjem dik li niċċelebraw u nagħtu spinta lit-talent Malti f 'kull forma u għamla. Dr Dalli qal li l-Kunsill għażel li l-arti tkun ta' kulħadd u mhux tal-it li jistgħu jaffordjawha jew jaċċedu għaliha. RETOLD twieldet proprju għal dan il-għan. Annabelle Stivala, Kap tad- Direttorat tar-Relazzjonijiet Internazzjonali Kulturali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, qalet illi fl-aħħar għaxar snin, il- Kunsill Malti għall-Arti poġġa l-qasam tal-arti bħala prijorità nazzjonali. Hi spjegat kif illum wasalna f 'punt li l-arti u l-kultura qegħdin jikontribwixxu b'mod qawwi lill-ekonomija ta' pajjiżna, kemm b'mod dirett — allura fil-ħolqien ta' impjiegi f 'dawn l-oqsma — iżda wkoll b'mod indirett fis-servizzi anċillari li dawn l-oqsma jirrikjedu. RETOLD qed jiġi mmexxi mid-Direttorat għar- Relazzjonijiet Internazzjonali Kulturali (ICRD) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, b'Annabelle Stivala bħala l-Kap Eżekuttiv u Dr Romina Delia bħala l-Kap għar-Relazzjonijiet Internazzjonali Kulturali. Ringrazzjamenti speċjali jmorru għat-tim li jaħdem qatigħ li għamel RETOLD realtà: lit- tim tal-ICRD, lill-ġestituri tal-proġett, lill-kordinaturi, lill-uffiċjali tas-siti, lill-periti, lill-inġiniera, u lill-istudenti mill-MCAST u l-Università ta' Malta. Dan il-festival ta' tlett ijiem joffri ambjent kwiet u milqugħ għal dawk li jħobbu l-awtur u d-dinja usa' tal-fantaxjenza. B'attivitajiet li jinkludu qari, logħob, attivitajiet għat-tfal, u laqgħat filgħaxija, il- festival jipprovdi spazju għal riflessjoni, kreattività, u komunità. Fost il-mumenti ewlenin hemm klabb ta' qari fis- skiet, ġurnata ddedikata għal tabletop games, u lejl ta' kwiżż speċjali għal dawk li jħobbu lil Tolkien. It-tfal u l-familji huma mistiedna għal-"Little Hobbits' Hour," filwaqt li l-adulti jistgħu jgawdu cocktails b'tema u stejjer spontanji f 'atmosfera rilassata. Il-festival jintemm b'BBQ komunitarju bl-isem ta' "A Long Expected Party", miuħ għal kulħadd. Il-festival għandu l-għan li jiġbor flimkien lil min japprezza d-dinja ta' Tolkien, f 'kull forma tagħha — minn qarrejja kwieti sa dilettanti tal-kwiżis. L-attivitajiet kollha huma b'xejn jew bi prezz baxx, u kulħadd hu milqugħ, ta' kull età, u kull livell ta' familjarità. Sabiex takkwista biljeti għal-lejl tal-kwiżż u l-programm tat-tfal jew anke għal iżjed informazzjoni, żuru s-sit https://tsmalta.com/events/tolkien/ Tolkien Fest: ċelebrazzjoni tal-ħajja, l-opra, u l-adattamenti ta' J.R.R. Tolkien Il-wirja toffri opportunità rari biex wieħed jesperjenza d-diversità u l-fond tax-xogħol artistiku ta' Carmelo Mangion 'Revisiting Maleth' hi l-verżjoni mtennija tal-proġett li rrappreżenta lil Malta fl-2019 fit-58 edizzjoni tal-Biennale tal-Arti ġewwa Venezja (Ritratt: Kunsill Malti għall-Arti)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 July 2025