Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669
intervista IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 • illum 04 Jason Micallef fuq Johann Grech, Mark IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Matul dawn l-aħħar xhur qamu diversi kontroversji rigward deċiżjonijiet li ħa l-Gvern. Micallef ta l-opinjoni tiegħu fuq it minn dawn, inkluż il- kuntratt ta' €25,000 li ngħata lil Mark Camilleri mill-Kunsill Malti għall-Arti. Micallef qal li ma jaqbilx ma' din id-deċiżjoni hekk kif jemmen li Camilleri "ma kienx jistħoqqlu." Kontroversja oħra kienet dik, ta' Kurt Buhagiar li reġa' daħal fil-kariga tiegħu mal-Awtorità tal- Artijiet wara li ġie sospiż minħabba l-involviment tiegħu fil-mewt ta' Jean Paul Sofia. Micallef beda billi qal li f 'okkażjonijiet ta' pressjoni kbira fuq il-Gvern, bħal dawn, ma tkunx qed tidher l-istampa kollha fil-pubbliku. "M'hemmx dubju li l-persuna għandha kull dritt li taħdem, lil hinn jekk kellhiex każ il-Qorti fil- passat," stqarr Micallef. Skontu, ma nkisret l-ebda liġi meta Buhagiar reġa' daħal fl-impjieg tiegħu mal-Awtorità tal-Ippjanar. Fl-isfond ta' dan, Kurt Buhagiar qed jaffaċċja akkużi, flimkien m'erba' individwi oħra, għall-qtil involontarju ta' Sofia. Każ ieħor kontroversjali huwa l-illegalitajiet tal-binja ta' Montekristo u l-multa ta' €1.8 miljun. Micallef reġa' tenna li f 'deċiżjonijiet bħal dawn ikun hemm raġunijiet differenti għala sar hekk. L-industrija tal-films u l-valur miżjud Wara li ħarġet l-ispiża totali tal- Mediterrane Film Festival ta' din is-sena kienet €5 miljuni, Micallef kien minn tal-ewwel li qal li b'dik is-somma setgħu jittellgħu serje ta' attivitajiet kulturali differenti iżjed minn darba. Huwa tenna li hu mhux kritiku tal-industrija tal-films imma ta' din in-nefqa. Hu qal li matul dawn l-aħħar 15- il sena, hu kellu rwoli fejn kellu jamministra fondi pubbliċi mal-Gvern, u f 'dawn l-irwoli hemm ċerti proċeduri amministrattivi li wieħed irid jimxi magħhom inkluż dik tal- procurement, xi ħaġa li hu qal dejjem mexa magħha. "Jien nemmen li kull uffiċjal pubbliku għandu josserva dan," hu qal, u b'hekk hu jidderieġi l-kritika tiegħu lejn dawn iċ- ċerti attivitajiet popolari fejn m'għandux ikun hemm "infiq bla rażan." Micallef qal li m'hemmx ġustifikazzjoni għall-infiq ta' somma kbira mill-fondi pubbliċi fuq attività daqstant kbira meta dak l-ammont jista' jintuża għal diversi attivitajiet oħra li jiswew ħafna inqas bl-istess effett, jew anke akbar. Il-Kap Eżekuttiv faħħar ix- xogħol tal-Kummissarju tal- Films Johann Grech, speċjalment ir-rinnovar tal-infrastruttura tal-kwartieri tal-Kummissjoni li kienet ħalliet taqa' fi stat t'abbandun taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Hu qal li jinkorla meta jara attivitajiet "sproporzjonati u extravaganti" bħal dawn itappnu x-xogħol siewi li jagħmlu kemm il-Kummissjoni tal-Films u kemm il-Gvern. "Niskanta kif il-Kummissarju stess ma jindunax li bl- extravaganza tal-Mediterrane qed jittappan ix-xogħol tajjeb li qed jagħmel hu." Il-kaos tal-Partit Nazzjonalista Hekk kif bħalissa l-Partit Nazzjonalista għaddej minn strutturar intern bl-irwol tal-Kap vakanti, Micallef qal kif mhijiex xi ħaġa tajba li jkun hemm oppożizzjoni ma tiffunzjonax sew fil-parlament, speċjalment kif il-parlament Malti jaħdem bis-sistema ta' duopoly. Hu tenna kif il-kostituzzjoni ta' Malta tagħti l-poter lill-Prim Ministru sabiex iħabbar elezzjoni ġenerali meta hu jaħseb li hemm bżonn, bla ma jikkonsulta ma ħadd, u għandu d-dritt jagħmel dan jekk jaħseb li hu xieraq. Meta mistoqsi jekk hemmx xi kandidat bejn Alex Borg u Adrian Delia li hu jaħseb ikun aħjar bħala Kap tal-Partit, Micallef ma tax indikazzjoni ċara ta' preferenza bejn wieħed jew ieħor. Madankollu, Micallef qal li l-għażla qiegħda bejn Adrian Delia, li storikament għandu esperjenza jmexxi partit u Alex Borg li kulm'għandu esperjenza bħala Deputat Nazzjonalista f 'dawn l-aħħar tliet snin. Mix-xellug: Jason Micallef jitkellem fuq Johann Grech, Roberta Metsola, Mark Camilleri u Robert Abela F' intervista esklussiva mal-ġurnal ILLUM, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef jitkellem fuq diversi temi kurrenti bħall-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (2021-2027) Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE jħabbar it-tnedija ta' sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt. Objettiv Speċifiku 1.1 – It-tisħiħ Ekonomiku, Soċjali & Ambjentali t'Attivitajiet Sostenibbli tas-Sajd Din is-sejħa se tkun miftuħa għal sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFA u MFB u se tiffoka b'mod speċifiku fuq id-Diversifikazzjoni t'Attivitajiet tas-Sajd li jindirizzaw l-iżvilupp ta' attività kumplimentari. L-attivitajiet jistaw jinkludu xi investimenti abbord bastimenti tas-sajd, turiżmu tas-sajd, ristoranti, kif ukoll servizzi ambjentali relatati mas-sajd u attivitajiet edukattivi, fost ħwejjeġ oħra. L-Investimenti jistgħu anki jindirizzaw it-tagħmir mill-ġdid ta' bastimenti tas-sajd mal-kosta fuq skala żgħira għall-attivitajiet kumplimentari għal sajd kummerċjali biex jiżdied il-potenzjali għal opportunitajiet ta' xogħol anċillari fuq l-art. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi elettronikament fuq id-database tal-Fondi Strutturali fuq is- sit sfd.gov.mt/application sa mhux aktar tard mill-10 t'Ottubru 2025, il-31 ta' Diċembru 2025, il-31 ta' Marzu 2026, it-30 ta' Ġunju 2026, it-30 ta' Settembru 2026 u l-31 ta' Diċembru 2026 f'nofsinhar. Biex tissottometti l-proposti tal-proġetti mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, wieħed jista' jikseb il-formola tal-applikazzjoni onlajn fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/replacement-or-modernisation- of-engines-of-fishing-vessels-scheme/. Kwalunkwe mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt. Tliet sessjonijiet ta' informazzjoni se jittellgħu f'dawn id-dati: 1. It-Tnejn 21 ta' Lulju 2025 – Għawdex, Gozo Experimental Farm, Ix-Xewkija fl-10.00 a.m. 2. It-Tlieta 22 ta' Lulju 2025 - Marsaxlokk, Pompei Hall fil-5.00 p.m. 3. L-Erbgħa 23 ta' Lulju 2025– San Pawl il-Baħar, Alleluia Hall, Triq San Franġisk fil-5.00 p.m Wieħed jista' jirreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi jaċċessa l-kodiċi QR hawn taħt: