MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 05 Mark Camilleri u Robert Abela Hu kkummenta fuq il-fatt li Delia kien l-ewwel Deputat Nazzjonalista li kkontesta tliet darbiet għal din il-kariga, u meta tela' mat-tieni darba ġie mkeċċi mid-deputati l-oħra. Huwa kkummenta wkoll fuq kif Roberta Metsola "ċaħdet ix- xewqa tal-Partit Nazzjonalista" li tikkontesta għal dan l-irwol meta d-deputati kollha kienu ċerti li hi ħa tilqa' din is-sejħa, imma hi ppreferiet li tibqa' Brussell fejn ħolqot kaos ikbar. Micallef innota wkoll l-età ta' Borg, fejn qal li ta' 29 sena ddeċieda li jikkontesta għal dan l-irwol meta tradizzjonalment politiċi ta' bejn l-20 u d-29 sena jiġu kkunsidrati għall-Kunsilli Lokali. Huwa tkellem fuq ir-regoli li ġew imposti fuq iż-żewġ kandidati, li ma jistgħux jiddibattu bejniethom u kif il- kumitat elettorali tal-PN qed "jiddiskrimina" bejn il-ġurnalisti billi jagħżel min jista' jintervista lill-kandidati. Din, skontu, hija turija ċara li, la l-partit, u l-anqas il-kumitat elettorali ma jafdaw iż-żewġ kandidati. L-amministrazzjoni ta' Robert Abela Meta mistoqsi jagħmel paragun bejn l-amministrazzjoni ta' Robert Abela u dik ta' Joseph Muscat, Micallef qal li kull politiku għandu l-istil ta' tmexxija tiegħu b'karatteristiċi differenti. Madankollu, hu qal li wieħed jista' jara li kien hemm kontinwità bejn amministrazzjoni għall- oħra, speċjalment fit-tħassib ekonomiku u t-tkattir tax- xogħol. Kontinwità li skontu sarrfet f 'appoġġ simili fl-aħħar tliet riżultati elettorali. Kwistjoni li tkellem fuqha Micallef kienet il-gwerra f 'Gaża, u r-rikonoxximent tal- istat Palestinjan mill-Gvern Malti. Hu qal li personalment jemmen li Malta għandha tirrikonoxxi l-Palestina bħala stat u li jittama li dan ma jdumx biex issir. Hu faħħar ix-xogħol diplomatiku tad-Deputat Prim Ministru Ian Borg flimkien ma' dak ta' Robert Abela li huwa wieħed "ekwa u tajjeb ħafna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 July 2025