Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669
intervista IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 • illum 06 'Jekk nilħaq spalla ma' Fit-tieni programm ta' Xtra Sajf, Saviour Balzan jintervista lil Alex Borg Inti stajt tistenna naqr'oħra sabiex tieħu dan l-irwol. Għaliex ħadt din id-deċiżjoni issa? Ma kinitx deċiżjoni faċli, jiġifieri minn mindu rreżenja Bernard Grech għamilt ġranet sħaħ nirrifletti. Ħadt iż- żmien għax naf ir-responsabbiltà ta' dan l-irwol. Naf x'qal Robert Abela li jekk ikun hemm tibdil fit-tmexxija hemm ċans li jkun hemm elezzjoni ġenerali. Ikkalkulajt kollox. Ħassejt illi issa huwa l-mument għaliex il-partitarji u l-partit sejħuli llum. Irrid ngħin lill-PN jirbaħ l-elezzjoni li jmiss u nemmen li kapaċi nagħmluha jekk kollha flimkien niġbdu ħabel wieħed, u jekk ikun hemm bidla interġenerazzjonali fil-messaġġ, fil- viżjoni, fl-inklużjoni ta' żgħażagħ, fil-midja tal-partit, u fil-mod ta' kif nagħmlu l-politika. Illum hemm mitt elf vot li ma jridux jivvutaw PL jew PN, voldieri ma togħġobhomx il-politika ta' dawn il-partiti. Ftit ġranet qabel ir-riżenja ta' Bernard Grech, smajna isem Roberta Metsola u Adrian Delia. Inti u Adrian Delia kellkom relazzjoni speċjali. Kif wasalt biex l-iżjed persuna viċin tiegħek sar il-kompetitur tiegħek u tgħid pubblikament li għadkom ħbieb? Dik hi l-verità. Jien għandi relazzjoni ma' kulħadd. Qabel ma ħadt din id- deċiżjoni tkellimt ma' kulħadd inkluż ma' Metsola, Grech u Delia. Kieku d-deċiżjoni kienet ibbażata fuq l-interess personali tiegħi, kont nieħu pass lura. Imma ħassejt l-għajta tal-partit kienet ikbar. Kieku ma ħadtx dan il-pass kont nittradixxi lill-partit. L-ikbar lealtà tmur lejn Malta u Għawdex. Iż-żgħażagħ ma jistgħux jibqgħu gallarija. Għalhekk irrid nibni din l-alleanza ta' bidla. Jien inwiegħed jekk nirbaħ il-fiduċja tal- partiti, nirrikonoxxi l-passat glorjuż tagħna imma rridu nħarsu 'l quddiem issa. Partit miftuħ li jilqa' lil kulħadd, u fejn nagħmlu żball nammettuh. L-isbaħ mod ta' kif nagħmlu l-politika huwa qalb in-nies. Kien hemm qisu trend dwar kif il- kapijiet preċedenti ħadu deċiżjoni b'mod reattiv. Eżempju mhux joħroġ deċiżjoni, bħal kwistjonijiet bħal tal- kannabis u tal-ewtanasja, imbagħad minflok jieħu deċiżjoni, il-PN jinġibed lura u jkollu deċiżjoni twila. Kieku inti kif tegħlibha din il-problema? It-tmexxija ta' qabli mill-2013 'l hawn kellha t-tajjeb u l-ħażin. Kollha kellhom tagħhom. Jien inħobb inħares 'il quddiem u fejn ħa nieħu l-partit. Jien irrid li l-PN ikun il-protagonist u jikteb l-istorja. Meta l-PN kien il-protagonist, il-pajjiż dejjem mexa 'l quddiem. Il-PN jista' jkun li kien spiċċa "one issue" party? Jiġifieri jitkellem fuq