MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 • illum opinjoni Segretarju Ġenerali tal-Partit Momentum MARK CAMILLERI GAMBIN D ak li darba kienu għelieqi tal-patata f 'Ħal Farruġ, illum sar raħal żgħir illegali li jkopri madwar 150,000 metru kwadru. L-istorja ta' Montekristo hija kronaka ta' kif l-illegalità tista' ssir normalità meta l-istituzzjonijiet iċedu quddiem il-poter tal-flus u l-politika. Fis-snin disgħin, Charles Polidano, magħruf bħala 'iċ- Ċaqnu', akkwista din l-art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ) għal skopijiet iddikjarati bħala "agrikoli". Madankollu, bejn l-2000 u l-2008, l-għelieqi bdew jagħmlu wisa' għal kumpless sħiħ li tfaċċa mingħajr permessi: kċejjen industrijali, gaġeġ għal żoo, swali tal-avvenimenti, palazz, u anke birrerija. F'Novembru tal-2013, f 'tentattiv ta' infurzar li baqa' wieħed simboliku, l-Awtorità tal- Ippjanar (dak iż-żmien il-MEPA) waslet bil-bulldozers. B'reazzjoni, iċ-Ċaqnu imblokka d-daħla bit-trakkijiet tiegħu u bagħat lill- ħaddiema d-dar. Minn dakinhar, ma twaqqgħet l-ebda ġebla. Issa, fl-10 ta' Lulju 2025, l-istess Awtorità tal-Ippjanar tat il-barka tagħha lil dan l-abbuż. B'żewġ permessi, ġew regolarizzati madwar 145,000 metru kwadru b'"kontribuzzjoni" ta' €1.8 miljun. Biex ipoġġi l-melħ fuq il-ferita, il-Prim Ministru ta' Malta, bla ebda mistħija, spjega li dan huwa preċiżament l-iskop tal-proċess ta' sanzjonar. Iżda €1.8 miljun x'inhuma għal imperu bħal taċ-Ċaqnu? Ċuċata. Dan hu l-istess imprenditur li it qabel rebaħ kuntratt ta' €35 miljun għall-bini tal-flyovers tal-Imsida, u dan huwa biss wieħed minn bosta kuntratti. Biex nimu l-kobor tas- sit, iż-żoo waħdu, li jkopri 45,000 metru kwadru, huwa ekwivalenti għall-ispazju ta' 360 appartament. Skont stħarriġ tal-impatt ambjentali (EIA) tal-2024, kważi s-sit kollu għandu problemi serji. Madwar 82,000 metru kwadru ta' art agrikola ġiet okkupata illegalment għaż- żoo u l-produzzjoni tal-inbid, filwaqt li l-45,000 metru kwadru regolarizzati jinkludu l-"Animal Park & Family Fun Park". Kull metru kwadru ta' Montekristo huwa magna li tiġġenera l-flus, grazzi għall- kunsens taż-żewġ partiti l-kbar. Is-sit joffri firxa wiesgħa ta' servizzi kummerċjali: • Brauerei Montekristo & Rare Pub & Grill: Birrerija bi stil Ġermaniż u steakhouse li jattiraw folol kbar, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa. • Swali għall-Avvenimenti: Il-Palazz, il-Pjazza, e Roof Garden u r-Renaissance Suites jospitaw tiġijiet, funzjonijiet kbar u attivitajiet ta' ġbir ta' fondi politiċi. • Attrazzjonijiet oħra: Hemm ukoll areni għall- horse riding, wirjiet storiċi bħan-"Knights Spectacular Dinner Show", u spazji kbar li jospitaw il-Fiera l-Kbira u avvenimenti sportivi bħall- boxing. Dan kollu huwa riżultat ta' ehim bipartitiku sieket. Kemm il-Partit Laburista, kif ukoll il-Partit Nazzjonalista baqgħu jinqdew mill-faċilitajiet taċ-Ċaqnu, tant li hu stess ma jiddejjaqx jammetti li kkontribwixxa għall-bini tal- kwartieri ġenerali taż-żewġ partiti. L-eżempji huma bla għadd: minn rallies lussużi ta' kandidati Laburisti bħal Keith Azzopardi Tanti u Julia Farrugia Portelli, għal dinners elettorali ta' Silvio Schembri; minn tombla organizzata mill-Eks Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo għal fundraisers mill-MŻPN. Anke meta esponenti bħal Mario Galea sejjaħ għal bojkott fl-2015, il-partit tiegħu stess injorah. Kif kitbet il-gazzetta MaltaToday: "Polidano hedded, xaqqaq u qeda lill-politiku; fl-aħħar il-bully għamel tiegħu." Il-liġi tal-bully: għaliex tapplika għalik u mhux għalihom? Il-mudell taċ-Ċaqnu, li issa qed jiġi replikat minn oħrajn bħal Joseph Portelli f 'Għawdex, huwa bbażat fuq tliet pilastri: • Ibni l-ewwel, innegozja wara: Bena żoo, birrerija u torri psewdo-barokk mingħajr l-ebda permess, għax kien jaf li l-multa eventwali kienet se tkun prezz żgħir x'wieħed iħallas meta mqabbla mal-profitti ġġenerati. • Uża l-impjiegi bħala arma: Kull theddida ta' infurzar kienet tiġi milqugħa bi stqarrija li "1,000 impjieg" kienu fil-periklu, u b'hekk il-politiċi kienu jirtiraw. • Immonetizza l-illegalità: Billi joffri l-post għall- attivitajiet taż-żewġ partiti, ħadd ma kellu l-kuraġġ politiku li jwaqqa' sala fejn kien għadu kif organizza attività ta' ġbir ta' fondi. Għaċ-ċittadin komuni, din is-sitwazzjoni hija daqqa ta' ħarta. Jekk inti tibni gallarija 6 ċm akbar milli suppost, taffaċċja multi kuljum, ittri mill-Qorti, u theddid ta' twaqqigħ. Iċ-Ċaqnu, min-naħa l-oħra, jibni żoo illegali u jiġi ppremjat b'permess. Kull darba li l-Awtorità tal-Ippjanar taħfer lil dawn il-"bullies", tkun qed tgħakkes lill-familji li jridu jsegwu l-liġi u li għadhom qed iħallsu d-dejn fuq appartament modest. Tmut il-fiduċja fil- ġustizzja, jogħlew il-prezzijiet tal-art, u jintilfu l-pulmuni ħodor li għandhom igawdu wliedna. L-Appell ta' Momentum Momentum isostni li mhux kull politiku huwa l-istess u jipproponi soluzzjonijiet konkreti: • Projbizzjoni totali fuq regolarizzazzjonijiet f 'żoni ODZ. • Multi li jeskalaw kull ġimgħa sakemm l-istrutturi illegali jitneħħew, mingħajr limitu fuq l-ammont finali. • Lista sewda ta' postijiet li jospitaw attivitajiet politiċi waqt li jkollhom infurzar pendenti. • Irkupru awtomatiku ta' siti illegali li jinjoraw ordni finali ta' infurzar. Kull ewro li l-bully jaqla' minn fuq art illegali huwa ewro misruq mill-arja nadifa ta' wliedek, mid- dritt tiegħek għal spazji miuħa, u mill-fidi tiegħek fis-saltna tad-dritt. Jekk nibqgħu siekta, inkunu qed nistiednu liċ-Ċaqnu jew lil Portelli li jmiss biex ikomplu jħarbtu dak li fadal minn Malta. Sfida lill-politiċi tiegħek: staqsihom min ħallas għall- attivitajiet li organizzaw f 'Montekristo. Itlobhom juruk l-irċevuti. Bl-imġiba tagħhom, qed juruk biċ-ċar li l-liġijiet huma magħmula għalik, imma qatt għalihom u għall-ħbieb tagħhom fin-negozju. Jekk xbajt minn din l-arroganza, m'intix waħdek. Wasal iż-żmien li din is- sistema tinbidel. Ingħaqad ma' Momentum illum sabiex flimkien inġibu l-bidla li pajjiżna għandu bżonn, fejn il-liġi tkun verament ugwali għal kulħadd u l-ġustizzja ma tkunx tista' tinxtara. Montekristo: simbolu ta' abbuż bla rażan €1.8 miljun x'inhuma għal imperu bħal taċ-Ċaqnu?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 July 2025