Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669
www.illum.com.mt NRU 974 €1.50 IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 ONE TEAM YOU DON'T HAVE TO WAIT FOR SUCCESS TO HAPPEN. WE HELP YOU BUILD IT. Not a franchise INTERVISTA MA' ALEX BORG, KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA PAĠNI 6 - 7 IKOMPLI F'PAĠNI 4 - 5 Minkejja l-patt imxajtan bejn Adrian Delia u Roberta Metsola, Alex Borg qiegħed il-favorit mat-tesserati tal-PN skont numri li rat din il-gazzetta. U fost it-tesserati hemm sentiment li minkejja li Borg huwa iżgħar fl-età, iktar jista' jkun ta' sfida għal Robert Abela. U anki għal xi diriġenti tal-Partit Laburista hekk kif jammettu li Alex Borg jaf ikun ferm aktar diffiċli bħala avversarju politiku. Delia wkoll għandu l-iżvantaġġ li qed isib appoġġ minn dawk l-istess nies li kkalpestawh ħames snin ilu, inkluż nies li kienu kontrih bil-kbir inkluż l-eks politiku Jason Azzopardi, ikkunsidrat bħala persuna b'karattru kattiv, vendikattiv, u responsabbli mid-disseminazzjoni ta' chats privileġġjati minn data sigrieta fil-Qorti tal-bloger Mark Camilleri. Il-gazzetta ILLUM tista' tikkonferma li ma' deputati Nazzjonalisti oħra, Azzopardi esprima appoġġ għal Delia u dan wara li għamel snin jattakkah. L-appoġġ tal-old guard tal-PN, kif ukoll tan-nies ta' Metsola, b'mod inkredibbli qed tirrabja lit-tesserati li din il-ġimgħa se jkomplu jisimgħu lil Alex Borg waqt li jieħu vantaġġ bil-fatt li Adrian Delia jinsab imsiefer fuq btala personali. Apparti l-intriċċi tal-kampanja, osservaturi ma nnutawx xi dikjarazzjonijiet diverġenti bejn iż-żewġ kandidati, ħlief għall-fatt li Delia qed jipprova jlissen kritika mill-kamp Laburista biex jiggalvanizza lit- tesserati. L-aħħar waħda kienet marbuta ma' posters li tweħħlu quddiem il-parlament ta' Robert Abela u martu Lydia. Delia qisu kien jaf bihom u beda jipprova jitfa' ż-żejt fin-nar billi insinwa li ġejja waħda kbira. U kumbinazzjoni rrepetieha Jason Azzopardi ... bħas-soltu dejjem preżenti meta jkun hemm każijiet bħal dawn. Sorsi minn Kastilja qalu lil din il- gazzetta li jafu għal xiex qed jirreferu l-posters u jafu kemm l-istorja hija mibnija fuq il-ħolm. Qalu wkoll lil din il-gazzetta li l-persuni li weħħlu l-posters dehru ċari fuq is-CCTV u huma magħrufin li jappartjenu għal fazzjoni partikolari tal-PN. ALEX FUQ QUDDIEM HEKK KIF ADRIAN JIKSEB L-APPOĠĠ TA' JASON AZZOPARDI Skont Jason Micallef, il- Vitals kienet vendetta politika JASON AZZOPARDI JAGĦMEL U-TURN KBIR U JAPPOĠĠJA LIL DELIA Alex Borg (xellug) għadu minn ta' quddiem hekk kif Jason Azzopardi (fin-nofs) jappoġġja lil Adrian Delia (lemin) "Huwa impossibbli li l-ebda mexxej fid- dinja jagħmel kollox tajjeb," beda l-appell tiegħu Micallef. Hu enfasizza l-appoġġ tiegħu speċjalment fir-rigward tal-inkjesta tal-Vitals fejn hu insista li din kienet vendetta politika. Micallef qal li llum il-ġurnata kulħadd induna li din verament kienet vendetta politika u "froġa sħiħa" hekk kif l-inkjesta ġiet tiswa miljuni u ilha għaddejja żmien twil filwaqt li l-kumpanija li fetħet l-inkjesta tħallset u għalqet. Barra minn hekk, hu qal li kull min ipparteċipa sabiex tinġabar l-evidenza ma jridx jixhed, u Harbinson stess irriuta li jagħti kull tip ta' xhieda, sal-ġurnata li saret l-intervista, fenomenu li qatt ma ġrat qabel. Riżultat ta' dan, hu jemmen li l-avversarji ta' Muscat li ħarġu għall-attakk kontrih waqt il-proċeduri, inkluż il-Partit Nazzjonalista u l-għaqda ċivili Repubblika, iridu jneħħu l-kapitlu tal-każ tal-Vitals mill-istorja ta' Malta. Il-ġurnal ILLUM poġġa bilqiegħda mal- Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef sabiex jiddiskuti bosta ġrajjiet kurrenti, fosthom l-appoġġ tiegħu lejn l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat. Chats li juru lil Azzopardi jkompli ma' Delia fuq il-posters li dehru fil-parlament