Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M a kinitx daqstant mistennija ċ-ċamata li qalgħet Roberta Metsola mingħand Matthew Caruana Galizia, it-tifel ta' Daphne Caruana Galizia. Caruana Galizia kien qed jitkellem dwar l-atteġġjament fjakk u apoloġetiku ta' Roberta Metsola, il-President tal- Parlament Ewropew, fil-konfront ta' dak li qed jiġri f 'Gaża. Ġo Gaża qed naraw atroċitajiet kbar u barbariżmu liema bħalu. Caruana Galizia kien qed isemmi l-fatt li ġurnalisti ġo Gaża qed imutu mġewħin. Huwa fatt magħruf li Caruana Galizia huwa jew kien viċin il-kamp ta' Metsola. Il-fatt li tkellem b'dal-mod huwa sinifikattiv ħafna. Huwa fatt magħruf ieħor li Metsola ilha li wriet empatija sproporzjonata għall-kawża tal-Gvern lemini ta' Iżrael u ftit li xejn uriet solidarjetà mal-poplu Palestinjan. Ħlief forsi għal xi wiċċ teatrali solenni biex mingħaliha tagħti l-impressjoni li għandha xi għafsa ta' qalb għall-qtil bla qies ta' 58,000 Palestinjan. Mhux sigriet li l-EPP hija dominata mill-partit konservattiv Ġermaniż (CDU-CSU) li għandu problema storika meta jittratta affarijiet marbutin ma' Iżrael minħabba dak li ġara bejn l-1933 u l-1945. U Metsola tiddependi fuq l-appoġġ tal-Ġermaniżi biex tkompli tirrenja bħala l-President tal-Parlament Ewropew dominat mill-grupp politiku l-EPP. Issa nafu kemm Metsola tikkalkula kull mossa u kull deċiżjoni politika. Inkluż il-fatt li kellha ċans tieħu r-riedni tal-Partit Nazzjonalista mingħajr xkiel, u minflok għażlet li tpappiha ġewwa Brussell. Imma jekk l-għażliet ta' Metsola nistgħu nifhmu minn fejn oriġinaw, id- deċiżjoni li Abela bħala Prim Ministru jibqa' jwebbes rasu biex ma jagħrafx l-Istat ta' Iżrael hija stramba għall-aħħar. Anzi inspjegabbli. Malta u l-mexxejja politiċi Maltin dejjem kienu tarka għall-poplu Palestinjan. Metsola u Abela tbiegħdu minn din ir-rabta storika u ideoloġika, u din hija konferma oħra kemm verament hija nieqsa r-ruħ soċjali fid-dimensjoni politika Maltija. Il-politika miskina ta' Metsola u Abela fil-konfront tal-ġenoċidju f 'Iżrael