MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Jack Elam (1920-2003). Il-parti ta' ruffjan u ta' bully kienet tixraq ħafna lil dan il-character actor ta' għajn waħda (tilef ix- xellugija fi ġlieda meta kien tifel). Darba kien iddikjara hekk: "My face is all I've got" u tassew li l-fattizji ta' wiċċu għenuh ferm f 'dawn l-irwoli ta' "heavy". Spikka l-aktar bħala xi traditur kattiv f 'Westerns bħal The Comancheros (1961), Rancho Notorious (1952), The Man From Laramie (1955) u oħrajn. Sergio Leone għażlu bħala wieħed li fil-bidu jistennew il-ferrovija ġejja biex mingħalihom joqtlu lir- Raġel li Jdoqq l-Orgni tal- Ħalq (Charles Bronson) fil- kapulavur Western Once Upon A Time In The West (C'Era Una Volta Il West, 1968). F'Kiss Me Deadly ikun il-paladin prim ta' gangster potenti. Leo Gordon (1922-2000) kien ukoll kittieb tal-films. F'karriera ta' aktar minn 40 sena fil-films u t-televiżjoni deher l-aktar bħala wieħed selvaġġ u vjolenti, però ġieli wkoll interpreta partijiet simpatiċi. Kien il-ħabsi ewlieni f 'Riot In Cell Block 11, ħadem ma' Vincent Price f 'The Haunted Palace (1963) u ta' gangster f 'The Big Operator (1959). Vic Morrow (1929-1982). Niftakruh bħala l-bully/kattiv tal-klassi fi Blackboard Jungle (1955) u f 'Portrait Of A Mobster (1961) kien il-gangster famuż Dutch Schultz. Il-mewt traġika tiegħu ġrat waqt l-iffilmjar billejl ta' Twilight Zone: The Movie (1983) meta kkraxxja helikopter u qatagħlu rasu. L-attriċi Jennifer Jason Leigh (Morrow) hi t-tifla tiegħu. Aldo Ray (1926-1991). Aktar milli l-kattiv, Aldo Ray kien bniedem ta' natura ħarxa, kapaċi jaħdem kummiedji u anki ta' xi suldat ta' stoffa waqt is-servizz jew xi battalja, kif ukoll xi kriminal. Fost dawn insibu The Naked And The Dead (1958), We're No Angels (1955), The Day They Robbed The Bank Of England (1960), The Siege Of Pinchgut (1959) u Nightmare In The Sun (1963). Fil-film Inglourious Basterds (2009) tad-Direttur Quentin Tarantino, il-parti tas-suldat Aldo Raine (Brad Pitt) hi ovvjament omaġġ għal Aldo Ray f 'The Inglorious Bastards (Quel Maledetto Treno Blindato — 1978). Robert J. Wilke (1914-1989). Kien fl-aħjar vena tiegħu bħala l-viljakk f 'numru kbir ta' Westerns, ġieli f 'partijiet żgħar. Meta ismu beda jissemma fil-krediti tal-bidu tal-film, impressjona ġo films bħal Tony Rome (1967), The Hallelujah Trail (1965), Days Of Heaven (1978), From Here To Eternity (1953) u speċjalment bħala infermier f 'Shock Treatment (1964). Al Lettieri (1928-1975). Alfredo Lettieri kellu wiċċ li jbeżża' u għaldaqstant kien pedina naturali għall-films tal- gangsters u l-Mafja. F'dan il- ġeneru, dan l-attur Amerikan ta' dixxendenza Taljana ħadem f 'The Getaway (1972) il-ħin kollu jsus wara Steve McQueen biex joqtlu, jipprova jintimida lil Charles Bronson f 'Mr. Majestyk (1974), hedded lil John Wayne f 'McQ (1974), però żgur li jibqa' mfakkar f 'The Godfather (1972) iffissat li joqtol lil Marlon Brando bħala Virgil "The Turk" Sollozzo. Iżda hu jinqatel mal- Ispettur korrott minn Al Pacino waqt ikla f 'ristorant. Hu miet fl- età ta' 47 sena fi New York City minn attakk tal-qalb. Ħadem ukoll f 'Pulp (1972), maħdum hawn Malta. In-numru ta' character actors li dehru ġo films Amerikani u tawhom realiżmu palpabbli hu kbir ferm; xtaqt ninkludi wkoll oħrajn bħal Victor Buono, Elisha Cook Jr., Ray Danton, Ted de Corsia, John Ireland, Richard Jaeckal, Victor Jory, Marc Lawrence, Charles McGraw, Frank Silvera, George Kennedy, John McIntire, George Macready, Rip Torn, Patrick O'Neal, Robert Webber u diversi oħrajn, imma l-ispazju ma jippermettix. Nixtieq inżid fl-aħħar li l-grupp mużikali The Hollies fl-1969 ħarġu l-kanzunetta popolari "He Ain't Heavy, He's My Brother" biex jenfasizzaw li l-kelma "heavy" mhix xi ħaġa li tixraq fuq il-bniedem. 14 films IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 • illum Carmel Bonnici Kienu jsejħulhom 'The Heavies' IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Boomerang (1947)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 July 2025