MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

"Li jkollok bankina dejqa ħafna jew b'rampi mgħawġa ħafna li ma tkunx tista' timxi fuqha hija ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tagħna" Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? L-indafa hija xi ħaġa importanti ħafna u hija waħda li tinkwetani, b'mod speċjali min iħammeġ barra, meta ma noħorġux l-iskart skont l-iskeda, u anke meta ma nnaddfux wara l-annimal domestiku tagħna li niħduh għal mixja kuljum. Dan joħloq inkonvenjent għan-nies li jkunu qed jimxu u jkerrah l-estetika tal-post. Barra minn hekk, iħalli nuqqas ta' aċċessibbiltà u mobbiltà fuq il- bankini madwar ir-raħal. Li jkollok bankina dejqa ħafna jew b'rampi mgħawġa ħafna li ma tkunx tista' timxi fuqha hija ta' inkonvenjent kbir għal resident tagħna. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-kunsill tagħna, għalkemm m'għandu xejn li jwaqqaf żvilupp jew permess li jkun qed jiġi ppjanat jew jibni, xorta waħda jieħu interess u jagħmel riċerka fuq il-permess u t-tip ta' bini li ħa jiġi żviluppat. Fejn il-kunsill jara li ma jaqbilx mal-estetika jew mal-ippjanar tal- binja, joġġezzjoni bil-perit tagħna. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Fir-raħal tagħna għandna diversi spazji miuħa, fosthom Ġnien Reusett, Aviation Point View li permezz ta' ehim ta' sponsorship mill-MTA, se nsebbħu u nirranġaw ex pitch tal-boċċi, Pjazza Żerniq, Bandli ta' Triq il-Barrieri, u grazzi għal Project Green, ħa jkun hemm ieħor fi Triq Nerik Scerri. Għalkemm għandna diversi spazji miuħa fil-lokalità, hemm dejjem post għal titjib, partikolarment biex inżidu żoni li joffru opportunitajiet għar-rilassament u l-attivitajiet komuni. Aħna qed nippjanaw proġetti li jinkludu aktar spazji miuħa biex intejbu l-kwalità tal-ħajja għar-residenti tagħna. Fosthom, ir- raħal tagħna ġie ppremjat bi proġetti ta' Vjal Kulħadd li se joffru ambjent ħadrani li jagħti aktar arja nadifa lill-qalba tar-raħal, filwaqt li ntejbu l-estetika tiegħu. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil- ħames snin li ġejjin? Il-prijorità tal-lokalità tagħna fiż-żmien li ġej ħa tkun li niżguraw l-iżvilupp sostenibbli fil-lokalità tagħna u jiżdied b'mod li jipprovdi aktar opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku u għas-sostenibbiltà ambjentali, inkluż it-tisħiħ tas-servizzi għall-anzjani u ż-żgħażagħ. Nixtiequ wkoll li r-raħal tagħna jkun proġett pilota bħal irħula oħrajn barra minn xtutna, fil-waqt li noħolqu parkeġġi alternattivi għall-karozzi fil-qalba ta' raħalna, sabiex hekk verament inkunu sostenibbli fil- pjan tagħna. Xi proġetti ppjanati hemm għal-lokalità tiegħek fil-futur qarib? Fir-raħal se jkun hemm diversi proġetti oħra. Fosthom se nkomplu naqilbu l-mejnijiet tal-ilma minn sistemi antiki għal dawk moderni. Se nsaħħu l-infrastruttura tal- elettriku u fl-istess ħin intejbu l-infrastruttura tat-toroq fir-raħal tagħna. Ġnien Reusett se jissebbaħ. Se ntejbu wkoll is-sistema tad- dawl għal waħda low light u se ssir ukoll sistema awtomatika sabiex issir il-ġestjoni tal-ilma iktar sostenibbli. Għalhekk, Aviation Point View se jissebbaħ permezz ta' ehim u sponsor mill-MTA, li se tkompli tiġi użata mill-Koppin u minn dawk id-dilettanti tal- ajruplani li jiġu barra minn xtutna. Ukoll, se jiġu implimentati proġetti ta' Vjal Kulħadd bis-saħħa ta' Infrastructure Malta, wieħed f 'Misraħ Kirkop, u ieħor fi Triq in-Niċċa tal- Madonna. Fl-aħħar u mhux l-inqas, se jkun riġeneralizzat il-pitch tal-boċċi sabiex jiġi rrestawrat għall-komunità. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Li huwa nieqes l-aktar hu ċentru kulturali u ċentri ta' attivitajiet soċjali għal kulħadd. Aħna qed naħdmu biex nistabbilixxu spazji fejn ir- residenti jistgħu jiltaqgħu, jgħixu esperjenzi kulturali, u jipparteċipaw f 'attivitajiet. Hemm ukoll bżonn ta' aktar infrastruttura fejn jiltaqgħu l-anzjani u ż-żgħażagħ. Inħoss li r-raħal tagħna għandu bżonn iwassal aktar informazzjoni dwar attivitajiet kulturali, kif ukoll informazzjoni dwar xogħlijiet fit-toroq u meta jiġu affettwati s-servizzi ta' tal-linja. Għalkemm nagħmlu avviżi fuq il-midja soċjali u nolqtu ħafna mir-residenti, xorta waħda nħoss li qed ninsew faxxa ta' nies, b'mod speċjali lill-anzjani tagħna li mhumiex familjari mal-użu tat-teknoloġija. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? L-għajnuna mill-awtoritajiet hija dejjem apprezzata, u minn dejjem sibna għajnuna, iżda l-isfidi lokali jistgħu jinvolvu problemi speċifiċi li jeħtieġu aktar riżorsi, b'mod speċjali fondi allokati. Meta nikkumpara r-raħal tagħna ma' rħula oħra nara li għalkemm aħna żgħar, għandna raħal kbir għax f 'raħalna għandna żona edukattiva li tikkonsisti fi skejjel kbar u żona industrijali. Dan iwassal għal iktar bżonn ta' investiment fl-infrastruttura reġjonali tal-lokalità u inkonvenjent għar-residenti tal-madwar. Bidliet leġiżlattivi riċenti naqqsu l-età minima għas-sindki għal 16-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? L-involviment taż-żgħażagħ jista' jġib ideat u enerġija ġdida għal ħajja komunitarja aktar dinamika. Għandna obbligu li nħeġġu l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċessi lokali u naħdmu biex inżidu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-pjanifikazzjoni u l-iżvilupp. intervista IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 • illum 16 "Fl-opinjoni tiegħi, li tkun sindku jfisser li trid tkun tħobb ir-raħal u lir-residenti tiegħu' Sekonda mas-Sindki: Il- gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Matthew Agius Zammit, is-Sindku ta' Ħal Kirkop. Ħal Kirkop huwa raħal żgħir fin-Nofsinhar ta' Malta qrib l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. B'popolazzjoni ta' madwar 2,500 ruħ, dan ir- raħal għandu storja rikka li tmur lura għal żminijiet Preistoriċi. Ir-raħal huwa magħruf għall-menħir, ġebla Preistorika wieqfa li saret simbolu ta' Ħal Kirkop. Barra minn hekk, hemm katakombi Paleokristjani li jixhdu l-preżenza ta' komunitajiet bikrin Insara. Il-Knisja Parrokkjali ta' San Leonardu, mibnija fil-bidu tas-seklu 16 u ddedikata fl-1782, hija wkoll punt ta' interess importanti. F'Ħal Kirkop jinstabu żewġ każini tal-banda: l-Għaqda Mużikali San Leonardu u l-Għaqda Mużikali San Ġużepp, li jikkontribwixxu għall-ħajja kulturali tar-raħal. Barra minn hekk, ir-raħal huwa magħruf għall-Irkottafest, festival annwali li jiċċelebra t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-irkotta f 'Malta. Matthew Agius Zammit, is-Sindku ta' Ħal Kirkop

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 July 2025