Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912
aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 • illum 04 Ħaddiema full-time jiżdiedu bi 3.4% sa Frar tal-2025 ILENIA DEBONO In-numru ta' ħaddiema full- time fi Frar tal-2024 kien 284,422, bl-ikbar numru ta' dawn il-ħaddiema fil-qasam tal- kummerċ u tat-tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi kien 34,406. 232,410 minn dawn kienu impjegati mas-settur privat, filwaqt li 52,012 kienu impjegati mas-settur pubbliku. 172,356 mit-total kienu ħaddiema rġiel u l-112,066 kienu nisa. 30,489 kienu jaħdmu fuq bażi self-employed u l-253,933 l-oħra kienu impjegati. L-ikbar numru ta' ħaddiema ġew mill- gżira ta' Malta b'267,819 u 16,603 ħaddiema mill-gżira Għawdxija. 347 ħaddiem kienu ingaġġati ma' organizzazzjonijiet ekstraterritorjali, li hu s-settur bl- inqas ħaddiema. Iż-żieda ta' 3.4% ġiet riflessa fin- numru ta' ħaddiema full-time li laħaq il-294,249, u l-ikbar numru ta' ħaddiema baqa' fis-settur tal- kummerċ u tat-tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi, li dan issa jimpjega 36,008, voldieri żieda ta' 1,602 ħaddiema. L-ikbar impjegatur baqa' s-settur privat, b'żieda ta' 7,865 ħaddiema, jiġifieri n-numru totali laħaq 240,275. In-numru ta' ħaddiema mal-Gvern żdiedu minn 52,012 għal 53,974. In- numru ta' ħaddiema rġiel żdied għal 177,453, waqt li n-numru ta' ħaddiema nisa żdied għal 116,796. Ħaddiema Maltin żdiedu għal 276,575 waqt li ħaddiema Għawdxin żdiedu għal 17,674. Il-maġġoranza tal-ħaddiema għadhom impjegati, u dan in- numru żdied għal 262,929, Min-naħa l-oħra, in-numru ta' ħaddiema fuq bażi self-employed żdied għal 31,320. Il-ħaddiema part-time li għandhom ukoll xogħol full-time żdied minn 41,786 fi Frar tal-2024 għal 45,821 għal Frar tal-2025. Min-naħa l-oħra, il-ħaddiema part- time li m'għandhomx impjieg ieħor żdiedu minn 74,831 għal 80,810. Is-settur tal-kummerċ u t-tiswija ta' vetturi bil-muturi u muturi baqa' popolari ferm, kemm bejn ħaddiema li jaħdmu full-time u part-time, u anke dawk li jaħdmu part-time biss. Dawk li jaħdmu part-time biss f 'dan il-qasam żdiedu minn 5,782 għal 5,856, u dawk li għandhom żewġ xogħlijiet, inkluż part-time f 'dan il-qasam, żdiedu minn 5,198 għal 5,486. "L-atleti barranin għandhom li jagħmluha aktar F'sensiela ġdida fejn inpoġġu ma' diversi personalitajiet, il-ġurnal ILLUM qed jagħti lok lill-isportivi Maltin li qed jirrappreżentaw lill- pajjiż f 'kompetizzjonijiet barranin. Dil-ġimgħa intervistajna lil Jacob Micallef, sewwieq tal- Karting fil-kategorija OK senior fejn hi meqjusa bhal L F1 tal-karting. AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għal-Fondi Ewropej qed iniedi sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Intervent 78.2.1: Skambju tal-Għarfien u Tixrid tal-Informazzjoni: Appoġġ għal Servizzi ta' Konsulenza L-ewwel sejħa ta' dan l-intervent ser tagħlaq il-Ġimgħa 19 ta' Settembru 2025 f'nofsinhar. (dati ta' għeluq addizzjonali sussegwenti jistgħu jiġu notifikati fuq il-websajt https://fondi.eu/ ) Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal https://fondi.eu/ fejn wieħed jista' isib il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll il-linji gwida u l-applikazzjoni ta' din is-sejħa. Ser issir sessjoni ta' informazzjoni; wieħed jista' jirreġistra l-interess tiegħu biex jattendi din is-sessjoni sal-Ġimgħa 8 ta' Awwissu 2025. Biex tirreġistra' għal dawn is-sessjonijiet u/jew għal aktar informazzjoni tista' taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċċempel lis-SEM fuq 2779 7300. Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu bl-imejl fuq fondi.eu@gov.mt