MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 07 konferenza li tinkludi dawk il-membri tal-PN u l-fergħat kollha tal-PN, biex niddefinixxu u ma nibqgħux qisna mitlufin jekk m'għandniex dak li jgħaqqadni. Qabel kellna dawk il-fehmiet bażiċi. Dawk huma l-fehmiet bażiċi tagħna. F'din il-konferenza jiġu magħżula l-fehmiet bażiċi li ħa jwassluna għall-futur. Dan ħa jsolvi l-problema u ħa jassigura li ħa jkun hemm għaqda vera, u mhux għall-konvenjenza tal-personaġġi. Eżempju l-ambjent m'għandux ikun riżultat tal-iżvilupp imma fiċ-ċentru. It-tesserati tal-PN għandhom ċerta età. L-età għandha bżonn tkun aktar żagħżugħa. Kif tista' tirrappreżenta l-ġenerazzjoni l-ġdida? L-ewwel nies dan veru. Iż-żgħażagħ illum, hemm ħafna fiex jgħaddu ż-żmien u s-soċjetà nbidlet. Il-fatt li ż-żgħażagħ mhux tesserati ma jfissirx li m'hemmx żgħażagħ li mhux qed jipparteċipaw jew li aħna ma naħsbux fiż- żgħażagħ. Meta kont kap tal-partit, bdejna fergħa ta' żgħażagħ oħra u sejjaħnielha "Team Start". Żrajna tama. Illum minn dik il- fergħa, hemm tnejn fil-parlament, minority leaders, u sindki madwar Malta. Iż-żagħżugħ mhuwiex il-futur ta' pajjiżna, imma l-issa. Proposta oħra, iż-żgħażagħ ma jistudjawx sabiex isiru ħaddiema ta' xogħlijiet li għada pitgħada ma jibqgħux jeżistu. Minflok, ninvestu sabiex isiru l-ħassieba tal-pajjiż. Dik parti mill-viżjoni tiegħi. Każ partikolari, Montekristo. Il- Gvern iddeċieda biex jissanzjona lil Montekristo. Ftit rajt politiċi jitkellmu fuq din. X'taħseb fuq din id-deċiżjoni? Jien ma rridx nitkellem fuq każ partikolari wieħed għax inkun irrid naqra kollox mill- bidu sal-aħħar u nara x'wassal għal dik id- deċiżjoni. Ħa nsemmilek każ ieħor li ġie quddiemna l-parlament, ta' Manoel Island; każ li naf iktar fuqu. Li tiġi sanzjonata xi ħaġa illegali, jien dejjem kontra. Jien ma naqbilx li l-ewwel isiru l-illegalitajiet, tkabbarha u tkompli tkabbarha, u mbagħad tiġi aġevolat billi titbierek. Dik it-tweġiba tiegħi. Jekk irridu naraw każ b'każ, irridu naraw kif, u għalfejn, ir-rapporti. Semmejtlek il- każ l-ieħor għax dħalt fih u rajtu. Kien hemm kuntratt fuq Manoel Island li jgħatti d-drittijiet u l-obbligi. Jekk il-Gvern qed jaspira, li m'għamilx hekk għax ħlief U-Turns m'għamilx, beda jilgħab il-karta tal-populista. Lil min ħa nikkuntenta, il- bond holders, dawk li ffirmaw il-petizzjoni. Dak prinċipju, dak sewwa? Is-sewwa jitlob li Manoel Island issir park, dik tgħid l-opinjoni tiegħi u ta' ħafna. Jekk min kellu l-kuntratt kisru hu, iħallsu hu, jekk kien il-Gvern, iħallsu l-Gvern. Anke f'ta' Manoel Island, dan kien każ ċelebri. Bernard Grech dam idur mal-lewża. Il-problema kbira li jkollok sitwazzjoni fejn jiġu ġurnalisti u jistaqsuk fuq Manoel Island, u ma tistax tirrispondi "ma studjajthiex". Naqbel fuq ta' Bernard Grech. Le, le, imma jien qed intik il-prinċipju. Jien diġà weġibtha din qabel. Għamilt dan il-paragun biex tajtek stqarrija b'saħħitha ħafna. Jien qed ngħidlek ... inti għandek il-policies u r-regoli, irridu nobduhom. Min ma jimxix magħhom, jekk jien irrid inbiddel, inbiddel il-liġi. Ma naċċettax li dawk il-liġijiet jistgħu jinkisru b'impunità. Il-liġi trid tiġi għal kulħadd. Ebda ħlas, ebda donazzjoni, ebda negozju, m'għandu jinfluwenza lill-Gvern. Jekk tħares lejn kull sondaġġ tara li l-ikbar inkwiet fost in-nies huwa: il-kostruzzjoni, l-ambjent, l-istorbju, it-traffiku, u l-overpopulation. Dawn il-problemi nagħrfuhom, imma l-ikbar problema hi li m'għandniex soluzzjonijiet politiċi ċari. Jien kont kelliem għat-trasport fejn għamilt sensiela ta' proposti, short-term, medium- term, u long-term. Ċari kienu dawn, bħal pereżempju trasport b'xejn, imma nżid nies minn barra sabiex naqdi t-trasport b'xejn imma ma naqsux il-karozzi fit-triq, ma ġara xejn. Mela on the long-term allura għandna bżonn sistema tat-trasport tal-massa fejn wieħed jippreferi jieħu lilha minflok il- karozza tiegħu. Medium-term, li jkun hemm parkeġġi sabiex tnaqqas id-drabi li karozzi jduru fit-triq. Il-kostruzzjoni u l-iżvilupp bla rażan, l-ambjent ma jistax ikun il-prezz tal-iżvilupp. Jekk l-ambjent ikun fil-qofol tal-iżvilupp, l-affarijiet jinbidlu. Iż-żewġ partiti jridu jaqblu għall-50 sena li ġejjin. Nirfes il-kallijiet li hemm bżonn. Jekk ma nirfsux jien, ħa jirfsuh dawk l-20,000 li ġejjin is-sena d-dieħla fejn m'għandniex iżjed fejn indaħħlu f 'dan il-pajjiż. F'għaxar snin żidna l-popolazzjoni b'25%, mingħajr ma ħsibna għat-traffiku, għas-saħħa, għall-enerġija ... xejn. Flok il-gvern intebaħ, ħa jibqa' jżid. Irridu nbiddlu l-mudell ekonomiku li ma jibqax jiddependi fuq l-influss tal-barranin. Viżjoni 2050 ... sa dik is-sena ħa nżidu n-numru ta' turisti li jżuruna sa' 4.5 miljun. Ġenn! Ħa ngħidlek għalfejn. Illum għandna tliet miljun turist. Dawk li jisparaw il-fire extinguishers, li jtellgħu l-bagalji bit- tarjola, dawk li jiġġieldu fit-toroq, dawk li jidħlu tmienja ġo karozza. Dawk illi ... għadu kif kien hemm l-istatistika li qalet li Malti jonfoq id-doppju ta' turist. Low level tourism. Ħadd ma jridhom ħlief il-Gvern. Irridu nbiddlu l-mudell ekonomiku u nġibu aktar turisti ta' kwalità. L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi qed tgħid li m'hemmx bżonn inkomplu nżidu n-numru ta' turisti. Jekk qed tibni l-5 star, trid tikkonverti u tgħolli l-livell tat-turisti, u iżjed turisti li jużaw dawn is- servizzi. Kwalità mhux kwantità. Hemm ħafna affarijiet f'pajjiżna li qatt ma indirizzajna, pereżempju s-sistema elettorali. Adrian Delia, jekk jiġi elett kap tal-PN u anke Prim Ministru, jindirizzahom dawn it-temi li kienu skartati miż-żewġ partiti? Naħseb li għandha ssir diskussjoni u azzjoni fuq il-finanzjament tal-partiti, illi mbagħad tagħti lok li jkollok tisħiħ tal-partiti li mhumiex tradizzjonali. Hemm bżonn ili naraw x'inhuma l-aqwa sistemi sabiex ikollok l-iktar rappreżentanza wiesgħa li jkollok demokrazija iżjed raffinata. Id-demokrazija għandha l-problema li minflok ikollok il-it dinastiji, ikollok dawk tal-poplu. Jekk ikollok ekonomista li jista' jgħin il-futur tal-pajjiż imma mhux popolari u mhux tajjeb man- nies, tajjeb hekk? L-aqwa mħuħ ma jistgħux jitilgħu għax mhumiex l-iktar imħuħ sexy. Aħna għandna pajjiż żgħir li m'għandniex fejn ninħlew fuq dawn. Irridu nattiraw il-professjonisti u ż-żgħażagħ tagħna fil- parlament. Irridu l-aqwa nies sabiex imexxu l-pajjiż. Alex Borg, ħabib intimu tiegħek u tal- fazzjoni tiegħek. Staqsejtu kieku hu kellu jkun Prim Ministru, fuq il-Persons of Trust. Din il-kultura ta' "npoġġi biss nies tiegħi u mhux kompetenti". Kieku inti ssir Prim Ministru lest li tbiddilha? Il-problema ta' dan il-Gvern huwa li jkollok nies jgħinuk qrib tiegħek. Mhux erbgħa, ħamsa, imma għoxrin, tletin, erbgħin. Ikkorrompa dik il-fiduċja. Nagħżel lil min nagħżel mhux għax nafdah biss jew għax ta' kulur imma fuq il-kompetenza tiegħu. M'għandix problema b'xi ħadd kompetenti, bi twemmin politiku ieħor. Jekk inti jkollok tisħiħ taċ-ċivil, ikollok segretarji permanenti li mhumiex appuntati, ifisser b'mod estrem illi mingħajr ministri, il-pajjiż jibqa' jaħdem normali. Imma mbagħad il- ministru jagħti direzzjoni. Huma qegħdin hemm għall-kontinwità. Fuq ċerti affarijiet li jieħdu s-snin, eżempju trasport tal-massa, irridu nitilqu mill-problema li għandu dal- gvern li jaħseb biss għall-ħames snin jekk hu jerġa' jiġi elett. Ejja naħsbu fuq 30, 50 sena. Ejja ngħidu, pereżempju, għandna bżonn ninvestu fl-enerġija tar-riħ. Ejja naqblu fuqha anke jekk tieħu għaxar snin. Iktar kemm naqblu fuq dawn, iżjed igawdu n-nies. Inti kont strumentali fil-każ tal-Vitals u kien hemm inkjesta li qajmet ħafna rix. Numru kbir ta' nies tresqqu l-Qorti. Kurżità ... inti taqbel mal-kritika fil- konfront tal-inkjesta jew taħseb li hi perfetta? Jien għamilt kawża biex inġib l-isptarijiet lura u rnexxieli. Stidint lill-Gvern jieħu l-passi sabiex jirkupra l-erba' mitt miljun u rriuta. Il-Prim Ministru intervjena fil- kawża sabiex jgħidlu tiħux l-erba' mitt miljun. Ma nagħmel l-ebda kumment sabiex il-qrati jagħmlu xogħolhom. Jien noqgħod kawt biex ma nimponix li naħseb jien fuq proċess li għadu għaddej. Ikun perikoluż. Persuna li kienet imressqa u tkompli tinsisti li m'għamlet xejn ħażin. Ronald Mizzi kien Segretarju Permanenti u reġa' ġie ingaġġat f'xogħlu. Taqbel magħha meta dan kien akkużat kriminalment? Jekk hemm il-proċeduri kriminali għadhom għaddejjin, naħseb li m'għandux jirritorna għall-post tax-xogħol. Mhux għal din il-persuna biss. X'fiduċja jista' jkollu ċ-ċittadin jekk jiġri hekk? Każ ieħor partikolari kien ta' Kurt Buhagiar, imsemmi fil-każ ta' Jean Paul Sofia. X'tikkummenta fuq dan? Assolutament ma naqbilx. Nikkundanna bil-kbir l-iskuża fqira li ta l-Prim Ministru li qal għax qed jieħu paga. Jekk hemm il- proċeduri nistennew. Jekk tasal anke sa Prim Ministru, ħa tirrispondi bl-istess mod bħal issa jew ħa ttini xi skuża? Le, ma jimpurtax. Ili tmien snin fil- politika. Kien hemm min qabel u min ma qabilx. Jekk urejt ħaġa waħda biss kienet konsistenza f 'dak li għedt u f 'dak li għamilt. Ma nista nimmaġina l-ebda ċirkostanza li ħa tbiddel dak kif naġixxi, ngħid, u nemmen. Meta l-PL ħares lejn iż-żewġ kandidati qal li Alex Borg għadu żgħir, u jħares lejk u jgħid matur, kariżmatiku u għandu ma' xiex jaqbad. Kif ħa taġixxi issa? Ngħidlek biss li Robert Abela u l-Gvern Laburista tant huwa mifni bi problemi, b'korruzzjoni, b'dak li huwa ħażin, li nispera li jaċċetta dibattitu fejn nelenkaw dak kollu li qed jagħmel għall-interess personali tiegħu u ta' sħabu u kontra l-interess tal-pajjiż. Isemmili darba li jien aġixxejt kontra l-ġid tal-pajjiż. Jekk tirbaħ, x'jiġri minn Alex Borg? Jiena emmint f 'Alex Borg u għadni nemmen fih. Naħseb li għandu futur sabiħ ħafna fil-partit. U jekk titlef? Naħseb għandi ħames snin preċident li wrejt li anke fejn tli, bqajt naħdem, bqajt leali, għax l-ewwel mhux jien imma l-partit u pajjiżna. għaddejjin, naħseb li m'għandux jirritorna għall-post tax-xogħol"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 July 2025