MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 • illum Regolamenti stretti għall-boat parties 1.4 miljun turist f 'Malta waqt l-ewwel ħames xhur tal-2025 Xogħlijiet għaddejjin f '14-il spazju miftuħ ILENIA DEBONO Id-Direttorat tal-Portijiet u l-Jottijiet fi ħdan Transport Malta javża li l-mużika trid tintefa sal-11 p.m. u li jrid jinżamm volum baxx meta dawn il-boat parties kummerċjali jkunu viċin żoni residenzjali. Dawn ir-regolamenti joħorġu wara li numru ta' residenti li jgħixu fejn il-kosta lmentaw fuq l-istorbju eċċessiv minn dawn il-boat parties mal-Uffiċċju tal- Ombudsman, tant li dan tal- aħħar spiċċa biex intervjena. Ir-regoli li ħarġu nhar il-11 ta' Lulju jsemmu b'mod partikolari l-boat parties kummerċjali għall-ewwel darba u jgħidu li kull mużika trid tintefa sal-11 p.m. Dawn il-boat parties viċin żoni residenzjali u żoni sensittivi b'mod ambjentali jridu jrażżnu l-volum skont miżuri rispettivi u li sound checks f 'portijiet u bajjiet mhumiex permessi. Transport Malta twissi li jekk dawn ir-regolamenti jinkisru, ħa tittieħed azzjoni mill- awtoritajiet ikkonċernati. Transport Malta toħroġ regolamenti ġodda wara li residenti lmentaw mal-Ombudsman It-turiżmu lejn Malta żdied b'14.3% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2024 Miriam Dalli tgħid li għaddejjin xogħlijiet estensivi f'14-il spazju miftuħ f'Malta ILENIA DEBONO Bejn Jannar u Mejju 2025, Malta laqgħet aktar minn 1.4 miljun turist — żieda ta' 14.3% meta mqabbel mal- istess perjodu fl-2024. Skont data ġdida maħruġa mill- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, in- numru ta' turisti li ġew Malta matul dawn il-ħames xhur laħaq il-1,418,954. F'Mejju biss, ġew irreġistrati 347,317 turist, li minnhom 17,910 ġew għal raġunijiet ta' negozju. Aktar minn 36% tat-turisti li ġew f 'Mejju kellhom bejn 25 u 44 sena, u kważi 45% kienu residenti Brittanniċi, Taljani, jew Franċiżi. It-turisti qattgħu 2.2 miljun lejl f 'Malta f 'Mejju, b'90.7% ta' dawn l-iljieli jintefqu f 'akkomodazzjoni mikrija bħalm'huma lukandi u bed & breakfasts. L-infiq totali mit-turisti f 'Mejju laħaq it-€363.6 miljun — jiġifieri medja ta' €165 għal kull lejl — żieda ta' 16.9% meta mqabbel ma' Mejju 2024. Barra minn hekk, 59.3% tat-turisti żaru Għawdex u Kemmuna waqt iż- żjara tagħhom. Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, l-infiq totali mit-turisti laħaq €1.1 biljun — 21.9% aktar minn dak irreġistrat fl- istess perjodu fl-2024. ILENIA DEBONO Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija, u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli tat lista ta' xogħlijiet li għaddejjin fil-ġonna pubbliċi, f 'risposta għall- mistoqsija parlamentari li għamlet il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għaż- Żgħażagħ u l-Ispazji Miftuħa Bernice Bonello. Dalli semmiet 14-il spazju miftuħ fejn hemm xi tip ta' xogħlijiet għaddejjin. Fil-Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, fil-Belt Valletta, qalet li qed jiġu installati sistemi tal-irrigazzjoni, tiswijiet tas-sistema tad-drenaġġ, u interventi ta' lqugħ tal-ilma sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' perkolazzjoni tal-ilma fl- istrutturi ta' taħt il-ġnien. Inkluż dan, se jiġu installati pompi, filtri tal-ilma u dawl ġdid flimkien ma' għamara ġdida bħal bankijiet u reċipjenti tal-iskart. Hi ddeskriviet xogħlijiet għaddejjin fl-impjant ta' Sant'Antnin fejn minflok ħa jsir park ġdid. Dan il-proġett jiswa madwar €37 miljun u bħalissa qed isiru xogħlijiet preparatorji, bħal tindif tas- sit, skavar ta' ġibjun ġdid u kostruzzjoni ta' ħitan ta' lqugħ għal-landscaping. Huwa mistenni wkoll li jibdew x-xogħlijiet ta' twaqqigħ tal- bini eżistenti fix-xhur li ġejjin. Il-Ministru tkellmet fuq xogħlijiet ta' riġenerazzjoni li qed isiru wkoll fil-Ġnien tal-Marina f 'Tal-Pietà, fejn inħolqot green way għar-roti u ġiri, kif ukoll riabilitazzjoni tal-passaġġi kollha u tibdil ta' ċerti servizzi fosthom dwal, għamara ġdida, u manutenzjoni lill-funtana. Għaddejjin ukoll xogħlijiet ta' estensjoni fil- Family Park ta' Bengħajsa, b'estensjoni ta' 7,000 metru kwadru, kif ukoll proġett tar-Rainwater Harvesting Park f 'Għajnsielem bi spazju multifunzjonali b'diversi attrazzjonijiet. Proġett simili qed isir fi Ġnien l-Appoġġ, Raħal Ġdid, fejn se jinħoloq spazju inklużiv u interattiv. Fost xogħlijiet oħra li semmiet il-Ministru hemm interventi ta' tisbiħ fil- Ġnien tal-Gardjola fl-Isla, ir-riġenerazzjoni ta' Ġnien Saver Zarb f 'San Ġiljan, it-tisbiħ ta' Ġnien Palma f 'Ħ'Attard u r-riabilitazzjoni tas-Simar f 'San Pawl il- Baħar. Fil-Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, fil-Belt Valletta, qed jiġu installati sistemi tal-irrigazzjoni, tiswijiet tas-sistema tad-drenaġġ, u interventi ta' lqugħ tal-ilma ir-regolamenti ġodda ħarġu wara li numru ta' residenti li jgħixu fejn il-kosta lmentaw fuq l-istorbju eċċessiv mill-boat parties

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 July 2025