MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Fatal Deception: Film Malti b'suċċess internazzjonali Fatal Deception, film bl-Ingliż maħdum Malta, qed jikseb suċċess f 'bosta festivals tal-films barra minn xtutna. Il-kast u l-crew wara dan il-proġett huma kollha Maltin, u waqt il-ġbid tal- produzzjoni kienu mmexxija mill-moħħ wara l-film, Aleandro Bartolo. Aleandro huwa attur lokali li ħa sehem f 'bosta produzzjonijiet, kemm televiżivi u anke fuq il-palk. Is-sena l-oħra hu għażel li jikteb serje ta' films qosra bl-għan li dawn jiġu sottomessi, kemm għall-festivals tal-films lokali, kif ukoll barra minn Malta. Fatal Deception huwa propjament l-ewwel minn din is- serje ta' films, bil-kumplament tal-films l-oħra huma ppjanati għax-xhur u s-snin li ġejjin. Għal dan il-proġett ġew magħżula kast ta' atturi ta' kalibru, kollha kemm huma b'esperjenza vasta fir-reċtar. Fil-partijiet prinċipali nsibu lil Pearl Saliba (fil-parti ta' Natalie), li kienet ukoll involuta fil-kitba tal- iskript, lil Myron Ellul (fil-parti ta' Jason) u lil Jonathan Vella (fil- parti ta' Joshua). Fuq l-għażla tal-atturi, Aleandro kkummenta hekk: "Ridt xogħol ta' kwalità u għalhekk kien hemm bżonn kast b'saħħtu. Saru auditions u l-atturi ntgħażlu minn qalb grupp sabiħ ta' talent. Bqajt impressjonat bil-livell ta' talent li hawn li għadu ma ġiex skopert." Il-film s'issa rebaħ fl-Awstralja fejn fost l-unuri rebaħ l-aħjar film qasir, l-aħjar direttur, u l-aħjar ċinematografija. Rebaħ ukoll l-unur tal-aqwa film qasir waqt festival tal-films f 'Dubai. Barra dawn l-unuri, Fatal Deception ġie magħżul biex jikkompeti għal unuri oħra ġewwa Venezja, Pariġi, Berlin, u Los Angeles. Ir-riżultati joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin. Aleandro kkonkluda billi qal: "Dan is-suċċess huwa sforz il- ħidma kollettiva ta' grupp ta' nies li, għalkemm ma dehrux, kienu parti integrali mit-tim. Insemmi b'mod speċjali lil Pearl Saliba li għenet ħafna u kienet koprodutriċi miegħi, lil Darren Michael Navarro, u Martina Catania li flimkien ġibdu u editjaw il-film. Grazzi wkoll lil kull min għen b'postijiet għall-filming u props li kellna bżonn." Fatal Deception se jiġi ppubblikat dalwaqt għall-pubbliku. Għal iżjed informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit https://www.kavallierr.com/ għall-aħħar aġġornamenti. Il-proġett tal-mużew il-ġdid tal-Konkatidral ta' San Ġwann daħal f 'fażi trasformattiva. Din l-aħħar sena kienet waħda fejn fiha sar progress sinifikanti f 'din l-inizjattiva ambizzjuża. Il-ħidma kollaborattiva u ddedikata tat-tim involut kienet immirata biex tikseb bilanċ delikat iżda essenzjali bejn l-innovazzjoni u l-preservazzjoni ta' wieħed mill- aktar siti storiċi għeżież f 'Malta. Dan il-proġett mhux biss se jipprovdi dar permanenti għas- sett ta' arazzi Fjammingi Barokki tal-Konkatidral — magħrufa mad- dinja kollha u l-akbar sett komplut tat-tip tiegħu — iżda se jiġu esebiti wkoll artefatti rari reliġjużi mill- kollezzjoni tal-fidda, ilbies liturġiku, u kotba korali tas-seklu 16. Għall- ewwel darba, il-pubbliku se jkollu l-aċċess għal partijiet storiċi fil- kumpless tal-Konkatidral li ilhom magħluqa snin sħaħ, u b'hekk se joffri esperjenza kulturali u reliġjuża aktar rikka u immersiva. Pass importanti huwa t-tlestija tal-kostruzzjoni tal-kamra tal- arazzi, li testendi 'il fuq minn aktar minn 45 metru bejn żewġ toroq, kif ukoll il-bini ta' koppla li fiha se tiġi esebita l-Capella Ardente. Barra minn hekk, inbniet struttura arkitettonika kumplessa: taraġ ċirkulari, mibni bl-użu ta' elementi tal-konkrit prefabbrikati, li ġew ittrasportati u mmuntati fuq il-post. Se jsir ukoll li tond u speċjalizzat fiċ-ċentru ta' dan it-taraġ li se jiggwida lill-viżitaturi bla xkiel tul il-livelli kollha tal-mużew. Il-faċċati fuq l-erba' naħat tal- kamra tal-arazzi bħalissa qed jinbnew b'ġebla tal-franka lokali, estratta b'attenzjoni minn siti lokali. Dawn il-faċċati jikkonsistu f 'aktar minn 2,370 blokka, kollha ddisinjati u maħduma waħda waħda. Wara proċess rigoruż fil-kontroll tal- kwalità, il-ġebel jiġi ffurmat f 'blokok speċifiċi u maħduma bi preċiżjoni tal-ogħla livell bl-użu ta' tagħmir robotiku teknoloġiku avvanzat. Il-faċċata mhux biss tirrifletti s-sengħa u t-teknoloġija kontemporanja, iżda tintegra wkoll il-mużew b'mod armonjuż mal- ambjent storiku tat-toroq tal-Belt Valletta — Sit ta' Wirt Dinji tal- UNESCO. Ix-xogħlijiet ta' restawr u konservazzjoni huma sinonimi mal-Konkatidral ta' San Ġwann u jsiru b'mod kontinwu fi ħdan l-organizzazzjoni. Bħala parti mill-proġett ta' dan il-mużew, ġew restawrati diversi partijiet storiċi u arkitettoniċi importanti, fosthom il-gallarija tal-injam li tħares fuq Triq il-Merkanti, il-faċċati tal-bitħa interna, u l-Caravaggio Wing, li tinsab fil-kantuniera bejn Triq il- Merkanti u Triq San Ġwann. Ix- xogħol ta' konservazzjoni għadu għaddej ukoll fuq it-taraġ storiku li jwassal għall-Kripta tal-Bartolott, filwaqt li l-Kripta nnifisha ġiet kompletament irrestawrata u se tkun iddedikata għall-wiri tal- kollezzjoni tal-fidda. Dawn il-kisbiet jenfasizzaw l-impenn kontinwu tal- Fondazzjoni biex twassal l-ogħla standard fil-qasam kulturali. Il- Konkatidral ta' San Ġwann diġà huwa l-iktar sit kulturali li jżuruh f 'Malta u li jattira viżitaturi li jfittxu esperjenzi sinifikanti li jħallu impatt li jdum ferm wara ż-żjara tagħhom. Dan l-impatt se jissaħħaħ b'mod sinifikanti mal-kumplament tal-proġett tal-mużew il-ġdid, li mistenni jsir, mhux biss simbolu tal-wirt storiku, artistiku, u religjuż ta' Malta, iżda wkoll sors ta' ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet futuri. Permezz tiegħu, il-pubbliku se jkun imħeġġeġ li jesplora iktar fil-profond l-istorja, l-arti, u l-ispiritwalità, li jiffurmaw il- qalba ta' din il-ġawhra nazzjonali. Il-mużew il-ġdid tal-Konkatidral ta' San Ġwann dieħel f 'fażi ġdida Il-wirja toffri opportunità rari biex wieħed jesperjenza d-diversità u l-fond tax-xogħol artistiku ta' Carmelo Mangion Kast u crew ta' Fatal Deception. Mix-xellug għal-lemin: Aleandro Bartolo, Charlene Vella, Jonathan Vella, Pearl Saliba, Myron Ellul, Martina Catania, u Darren Michael Navarro

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 July 2025