MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 05 SEAN FENECH X'inhi l-esperjenza tiegħek bil- kompetizzjonijiet u x-xena sportiva barra minn Malta? L-esperjenza tiegħi barra minn Malta kienet waħda ferm intensiva u ta' sfida, iżda fl-istess ħin ferm ta' sodisfazzjon. F'kompetizzjonijiet bħal FIA u WSK qed naffaċċja l-aqwa sewwieqa fid-dinja fil-kategorija tiegħi. Hija esperjenza li teħtieġ dedikazzjoni sħiħa u taħriġ kontinwu. Tgħallimt ħafna u kull tellieqa barra sservi bħala opportunità biex nitjieb u nitgħallem aktar. X'inhuma l-ikbar differenzi li nnutajt bejn ix-xena sportiva lokali u dik barranija? Il-livell ta' kompetizzjoni u l-organizzazzjoni huma żewġ aspetti fejn il-barranin jispikkaw. Barra minn Malta, is- sistemi huma professjonali ħafna, b'appoġġ tekniku kontinwu, strateġiji sofistikati u timijiet kbar li jaħdmu wara kull atleta. Hawn Malta għadna lura f 'dawn l-oqsma, u l-opportunitajiet għal tkabbir huma aktar limitati. Hemm xi differenzi sinifikanti bejn it- taħriġ ipprovdut Malta u dak ipprovdut barra? U jekk iva, x'inhuma? Iva, hemm differenza evidenti. Barra, it- taħriġ huwa ppersonalizzat, b'għalliema u coaches b'esperjenza internazzjonali li jagħmlu analiżi fil-fond tal-prestazzjoni tiegħek. Barra minn hekk, għandek aktar sessjonijiet eżaminattivi, tagħmir teknoloġiku avvanzat u aċċess għal korsi professjonali. F'Malta dan kollu għadu pjuttost limitat. Tħoss li l-atleti li jitħarrġu Malta għandhom l-istess kwalità ta' taħriġ u/ jew tagħmir li għandhom atleti barranin? B'mod ġenerali le. F'Malta għad hemm nuqqas ta' investiment fit-tagħmir, fir-riżorsi u fit-taħriġ professjonali. L-atleti barranin għandhom ħafna aktar għajnuna u faċilitajiet, u b'hekk tkun aktar faċli għalihom biex jilħqu livell għoli aktar malajr. Kif tħossok dwar il-fatt li qed tirrappreżenta lil pajjiżek? Tħoss xi tip ta' pressjoni biex tagħti l-aqwa prestazzjoni f'isem il-pajjiż? Inħossni onorat ħafna li qed nirrappreżenta lil Malta fuq livell internazzjonali. Huwa mument ta' kburija kull darba li npoġġi l-bandiera Maltija fuq is-suit tiegħi. Hemm ċerta pressjoni, iva, iżda din tgħinni nimmotiva ruħi biex dejjem nagħti l-aħjar li nista', mhux biss għalija, imma għal pajjiżi wkoll. Meta tispjega lil atleti oħrajn li int minn Malta, x'inhi r-reazzjoni tagħhom? Ħafna drabi jkunu sorpriżi, għax Malta mhux magħrufa daqs pajjiżi oħra fil-karting. Iżda dan iqanqal interess, u ħafna drabi jirrispettaw ħafna l-fatt li qed nikkompeti fuq dan il-livell għoli minkejja li ġej minn pajjiż żgħir. Kultant isiru kurjużi biex jafu aktar dwar is-sistema sportiva tagħna. Taħseb li Malta tista' tappoġġa lill-atleti tagħha b'mod aħjar? Speċjalment fejn jidħlu atleti li qed jirrappreżentaw lill- pajjiż barra minn xtutna? Iva, nemmen hekk. Għandna bżonn aktar investiment fl-isports, speċjalment għal dawk li qed jirrappreżentaw lil Malta barra. L-appoġġ finanzjarju, infrastrutturali u tekniku jista' jagħmel differenza kbira biex jgħin lill-atleti Maltin jilħqu l-potenzjal tagħhom. Biddillek il-perspettiva tiegħek f'kwalunkwe mod il-fatt li qed tikkompeti barra? Kif għenitek timmatura bħala sportiv dil-esperjenza? Żgur li iva. Il-fatt li qed nikkompeti barra għenni nara kemm hemm x'nitgħallem u kemm hemm livell għoli li jista' jintlaħaq. Għenitni nsir aktar dixxiplinat, determinat u konxju mill-ħtieġa li dejjem nitjieb. Tgħallimt ukoll kif inlaħħaq ma' pressjoni u nżomm iffokat f 'sitwazzjonijiet diffiċli. Riċentement, il-Gvern Malti ħabbar il- miżura li jħallas sitt xhur sħubija għall- gym għaż-żgħażagħ bejn it-18 u l-20 sena. X'taħseb dwar din il-miżura? Hija miżura tajba li tħeġġeġ stil ta' ħajja attiv fost iż-żgħażagħ. Madankollu, nittama li jkun hemm aktar inizjattivi mmirati speċifikament lejn atleti kompetittivi u professjonali li għandhom bżonn aktar minn sempliċi aċċess għall-gym. Tixtieq tagħlaq b'xi esperjenza partikolari kemm ilek tikkompeti barra? Waħda mill-aktar esperjenzi li baqgħet f 'moħħi kienet meta gejt mal-ewwel 10 ġol- finali ta' tellieqa tal-FIA din is-sena. Kien mument ta' sodisfazzjon kbir, u ġieli jġegħelni niakar kemm sar sagrifiċċju biex nasal hemm. Dak il-mument tani motivazzjoni biex inkompli niġġieled għal aktar suċċess. Nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lil Malta Motorsport Federation, Sports Malta, Kart Republic, GLD motorsports, lil missieri u ommi, u lil dawk kolla li għenuni nasal fejn qiegħed issa. għandhom ħafna aktar għajnuna u faċilitajiet aktar faċli biex jilħqu livell għoli aktar malajr" "Huwa mument ta' kburija kull darba li npoġġi l-bandiera Maltija fuq is-suit tiegħi. Hemm ċerta pressjoni, iva, iżda din tgħinni nimmotiva ruħi biex dejjem nagħti l-aħjar li nista', mhux biss għalija, imma għal pajjiżi wkoll."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 July 2025