MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni illum • IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 09 "Il-valur ta' Marsaskala jinsab fil-karattru tagħha: lokalità ta' ħdejn il- baħar, kwieta, b' ikel lokali, u ambjent naturali prezzjuż. Dan hu l-ġid li għandna nippreservaw, mhux inċedu." Residenta ta' Marsaskala CAROLINE CARUANA M arsaskala, raħal maħbub minn ħafna, jinsab f 'nofs trasformazzjoni. Kull tant żmien, jidher li jerġa' jiġbed l-attenzjoni tal-awtorita- jiet. Madanakollu, ħafna drabi l-interventi jidhru reattivi aktar milli parti minn viżjoni ċara u sostenibbli. Għalkemm xi wħud jippreżentaw Marsaskala bħala lokalità minsija, ir-realtà hija ferm differenti. Fl-aħħar snin, ir-raħal ra żieda qawwija fil-popolazzjoni, li wasslet għal żvilupp bla preċedent. Sfortunatament, ħafna minn dan il-bini żdied b'mod mhux ippjanat u spiss b'livell medjokri li jnaqqas, aktar milli jsaħħaħ, il- karattru uniku ta' dan ir-raħal. Il-problema mhix l-iżvilupp innifsu, imma n-nuqqas ta' direzzjoni, ta' studji serji u ta' konsultazzjoni wiesgħa mal- komunità. Bla pjan ċar, żvilupp bħal dan jista' jwassal għal impatti negattivi li diffiċli jiġu rkuprati. Aktar u aktar meta jidher li l-iżvilupp qed isir fuq il-kundizzjonijiet ta' investituri, mhux fuq dawk tal-komunità. Nieħdu pereżempju l-proposta tal-Yacht Marina; proġett li qajjem reazzjoni qawwija mill- komunità ta' Marsaskala. In-nies tkellmu b'leħen wieħed biex jiddefendu l-identità u l-karattru ta' dan ir-raħal, u l-Gvern, f 'dak il-każ, sema' l-karba tagħhom u rrinunzja għalih. Din kienet rebħa importanti għal dawk li jemmnu fi żvilupp għaqli u b'rispett lejn il-komunità. Illum, qegħdin naffaċċjaw proposta oħra, is-servizz tal-passenger ferry minn Marsaskala. Din il-proposta qatt ma ġiet diskussa u ppreżentata b'mod uffiċjali, u allura hija waħda li tmur kontra l-prinċipji bażiċi ta' ppjanar sostenibbli. Xi ħaġa bħal din m'għandhiex tkun moħbija, għaliex pjanijiet ta' dan it-tip għandhom jiġu diskussi mar-residenti u n-nies affettwati kollha mill-bidu nett, u mhux meta l-pjan ikun diġà sar u wasal biex jibda jitwettaq. Il-bajja ta' Marsaskala mhix port, u allura xi ħtieġa hemm għal servizz bħal dan meta diġà jeżisti wieħed f 'Bormla, port kenni b'faċilitajiet adattati tefgħa ta' ġebla bogħod? Xi ħtieġa hemm għal servizz bħal dan meta vjaġġ minn Marsaskala se jtawwal il-ħin tal-ivjaġġar u mhux iqassru? Jekk hu minnu li dan is-servizz huwa għar- residenti, qiegħed jigi ppjanat illi Marsaskala se tirċievi influss ta' residenti minn lokalitajiet viċini? Għax f 'dak il-każ, żgur li t-traffiku se jiżdied u mhux jonqos ġewwa r-raħal tagħna. Għaliex allura rridu nkomplu npoġġu pressjoni fuq lokalità kostali bħal din? Proġett bħal dan iwassal għal tniġġiż fl-arja u fil-baħar, ħsejjes mhux mixtieqa, nuqqas ta' żoni għall-għawm, żieda fit-traffiku, pressjoni fuq parkeġġ u infrastruttura, kif ukoll impatt serju fuq is-sit tan- Natura 2000 – Il-Magħluq. Barra minn hekk, iżid il-pressjoni turistika f 'raħal li diġà qiegħed ibati mill-konsegwenzi ta' żvilupp bla kontroll. L-ebda studju li sar, jekk sar, ma ġie ppreżentat b'mod trasparenti. F'nuqqas ta' evidenza ċara li l-passenger ferry ma jagħmilx ħsara serja, dan is-servizz m'għandux jiġi approvat. In-nuqqas ta' ġustifikazzjoni loġika jsaħħaħ biss is-sensazzjoni li dan mhux proġett maħsub għall-ġid tal- komunità, imma se jservi biex jaqdi interessi oħra. L-ekonomija ma tistax tibqa' tintuża bħala skuża biex ninjoraw l-impatti fuq l-identità lokali. Mhuwiex minnu li Marsaskala hija nieqsa minn attività ekonomika. Il-ħwienet tal-ikel u x-xorb huma spiss mimlijin. Għalhekk, l-argument li hemm bżonn proġetti kbar sabiex "jitqajjem" ir-raħal ma jreġix meta wieħed jara r-realtà. Huwa wkoll żball li nibqgħu npoġġu t-turisti qabel ir- residenti. It-turist għandu jkun milqugħ u rrispettat, iżda mhux b'detriment għall-komunità. Il-valur ta' Marsaskala jinsab fil-karattru tagħha: lokalità ta' ħdejn il-baħar, kwieta, b'ikel lokali, u ambjent naturali prezzjuż. Dan hu l-ġid li għandna nippreservaw, mhux inċedu. Jekk irridu li Marsaskala verament tirnexxi, irridu nindirizzaw il-problemi li jeżistu llum b'rispett lejn l-identità tagħha, mhux nibdluha f 'xi kopja ta' lokalitajiet oħra bħall- Buġibba jew San Ġiljan, li issa qed jissieltu mal-konsegwenzi koroh ta' żvilupp eċċessiv u nuqqas ta' viżjoni sostenibbli. Huwa għalhekk li hemm bżonn approċċ li jippromovi l-kwalità tal-ħajja qabel il-qligħ immedjat. Il-Malti jgħid: "Qis mitt darba u aqta' darba." Dan jgħodd l-aktar meta niġu biex nieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jbiddlu lokalità għal dejjem. Nittama li dawk f 'pożizzjoni ta' tmexxija jimu dan, u jagħmlu l-għażliet mhux għall-ġid tal-it, imma għall-ġid komuni; għalina llum, u għal dawk li ġejjin warajna. Marsaskala: Minn raħal b'karattru għal lokalità taħt pressjoni Residenti ta' Marsaskala u attivisti fl-2024 ipprotestaw kontra yacht marina fil-bajja tar-raħal (Ritratt: James Bianchi)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 July 2025