Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912
www.illum.com.mt NRU 973 €1.50 IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 INTERVISTA MA' ADRIAN DELIA, KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA PAĠNI 6 - 7 Il-mexxej u l-Prim Ministru Laburista Robert Abela nieda proposta ta' liġi fl- ippjanar li qed tiġi mqabbla mal-agħar żminijiet ta' Lorry Sant, il-ministru Laburista magħruf għall-isfreġju ambjentali fit-tmeninijiet. Li qed jipproponi Abela, li kien l-avukat tal-Awtorità tal-Ippjanar fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, ifisser li jkun hawn free for all fil-kostruzzjoni u diżastru ambjentali. Il-proposti jagħtu poteri diskrezzjonarji kbar lill-kumitati tal-Awtorità li issa se jiġu appuntati għal għaxar snin minflok tlieta. Barra minn hekk se tingħata intepretazzjoni wiesgħa tal-liġi b'mod speċjali għal dak li għandu x'jaqsam ma' għoli tal-bini. Proposta oħra tgħid li l-Qorti ma jkollhiex jedd tindaħal fid- deċiżjoni tal-Awtorità. Abela l-Ħamis informa l-grupp parlamentari li l-liġi proposta ħa ttejjeb is- sitwazzjoni u indika li n-Nazzjonalisti ma kinux se jopponu. Imma skont ħafna li kienu preżenti u jibżgħu minn Abela jemmnu li dan mhux se jkun il-każ. Sorsi fil-PN qalu li kien hemm attentat mill-Gvern biex jikkonvinċu l-PN biex fuq din il-proposta tal-liġi ma jmorrux għall-kumitat. Abela qal internament li ried jevita li jagħti ċans li din il-liġi tiġi diskussa fil-kumitat u tmur mill-ewwel plenarja. Ovvjament kienu bosta dawk il-ministri li wrew tħassib għal dak li qed jagħmel Abela. Ministru qalilna li: "S'issa ħadd m'għandu l-kuraġġ jaffaċċjah, imma dan qabeż il- linja. Mela f 'Ġunju li għadda rbaħna żbrixx l-elezzjonijiet Ewropej u fost l-iktar affarijiet li bihom kienu mdejqa n-nies kien hemm il-kostruzzjoni u l-isfreġju ambjentali. Abela qed jaħseb li l-għaqdiet ambjentali u l-media mhux se joqomsu. F'din għandu żball kbir." Ministru ieħor qalilna: "Qed jaħseb għax kien avukat tal-Awtorità u ħadd mhu se jiem x'qed jipprova jagħmel. Dan irid jagħti carte blanche lill-iżviluppaturi u mhux qed jiem il-burdata tan-nies. Dak li jiġrilek meta tkun imdawwar minn yes men biss." Ilbieraħ il-PN wera it snienu u kkritika l-proposta. Imma hemm xewqa minn Kastilja li l-kap il-ġdid tal-PN mhux se juri oġġezzjoni għal din il-proposta tal-liġi. Sakemm morna għall-istampa, Alex Borg u Adrian Delia ikkritikaw bl-aħrax il-propsta tal-gvern. IKOMPLI F'PAĠNA 3 PA S TA Ż ATA ROBERT ABELA JRID JIFTAĦ IL-BIBIEN GĦAL FREE FOR ALL FIL-KOSTRUZZJONI Minkejja r-riżultat tal- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej fejn kien hemm messaġġ ċar lill-Gvern biex jisma' l-karba tan- nies dwar il-pjaga tal- kostruzzjoni, Abela jagħmel l-oppost u jagħti carte blanche lill-iżviluppaturi Robert Abela