MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 976 €1.50 IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 INTERVISTA MAL-MINISTRU TAL-FINANZI CLYDE CARUANA PAĠNA 7 IL-GA ZZET TA ILLUM TERĠA' TIRRITORNA GĦALL-BE JGĦ FIL-ĦWIENET EWLENIN NHAR IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU "Sfortunatament il-Gvern għamel froġa medjatika u ta' kampanja b'deċiżjoni bla sens li jaqbad jippubblika l-liġi l-Ġimgħa, bla kliem u bla sliem, u beda jitkellem fuqha t-Tnejn ta' wara. In-narrattiva kienet laħqet saret u issa l-Gvern qiegħed minn taħt biex jikkonvinċi lin-nies ġenwini dwar bidla li hija essenzjalment tajba." Dan qalu Joseph Muscat, l-Eks Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista, fid-dawl tal-kritika li kien hemm fil- proposta għal-Liġi tal-Ippjanar. Muscat, li għaddejjin proċeduri kriminali kontrih fil-każ tal-Vitals, għamel analiżi fuq il-punti tal-kritika u għamel il-konklużjonijiet tiegħu. Minkejja li Muscat jibqa' mfakkar jew imniżżel bħala l-katalist għall-isplużjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni, hu kien ukoll ħosbien għal xi punti ta' kritika. Kien ukoll kritiku għall-ambjentalisti, imma kien ċar x'jaħseb fuq xi proposti partikolari tal-Gvern, fosthom dik li ministru se jkun jista' jġedded permessi skaduti. Muscat irrisponda u qal li l-għaqdiet ambientali "għandhom raġun u m'għandux għalfejn jiddaħħal dan il- poter. Din il-proċedura ntużat b'mod eċċezzjonali waqt il-pandemija u jekk jerġa' jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali, jerġa' jsir l-istess mingħajr il-bżonn li tiddaħħal din il-bidla fil-liġi." Dil-proposta wasslet lil ħafna nies biex iqabblu dan il-poter mal-poter li kellu l-Eks Ministru, illum mejjet, Lorry Sant, li kien ministru tax-xogħlijiet fi żmien Gvern Laburista fis-snin tmenin. Huwa ċar li kritika bħal din minn Muscat lejn Abela, mhux se tgħin il- proposta fir-riforma li diġà qanqlet rabja kbira fost in-nies u l-għaqdiet. IKOMPLI F'PAĠNA 3 Mitt sena ta' nar JAELLE BORG Mitt sena ta' storja, arti, u passjoni. Din hi l-mitt sena li qed tiċċelebra l-Kamra tan-Nar ta' San Mikiel ġewwa Ħal Lija din is-sena! Għal dawn is-snin kienet u għadha parti mill-qalb tal- festa tas-Salvatur li tiġi ċċelebrata fis- 6 ta' Awwissu — festa li tgħaqqad lill- komunità kollha u li fiha n-nar għandu post speċjali. Il-vjaġġ tagħha huwa wieħed li jixgħel mhux biss is-sema, imma wkoll il-qlub ta' dawk kollha li taw u għadhom jagħtu ħajjithom għal dan il-wirt tant prezzjuż. Fost dawk li b'ħidma ċerta għenu lill- kamra tikber u tagħti l-aqwa tagħha, hemm Karmenu Pirotta — raġel li llum jgħix fl-Awstralja, iżda li qalbu għadha hawn. Karmenu ilu aktar minn 50 sena jagħti minn żmienu u mill-esperjenza tiegħu lill-kamra, u sal-lum, kull sena jiġi Malta xhur qabel il-festa biex jgħin fit- tħejjijiet tan-nar, flimkien ma' ibnu. 'FROĠA' JGĦID MUSCAT LIL ABELA DWAR IR-RIFORMA TAL-LIĠI TAL-IPPJANAR L-ECB jaħarbu milli jikkummentaw fuq il-ħatra ta' Edward Scicluna Muscat lil Abela: Il-Gvern qiegħed minn taħt biex jikkonvinċi lin-nies ġenwini dwar bidla li hija essenzjalment tajba ILENIA DEBONO Sena wara li Scicluna ssospenda ruħu mill-irwol ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali wara pressjoni kbira minn Robert Abela, huwa reġa' rritorna wara talba lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Finanzi. Is- sospensjoni ta' Scicluna kienet rigward il-fatt li qed jaffaċċja proċeduri kriminali wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta Vitals. Dakinhar Robert Abela kien għamel plejtu kbira u qal li Scicluna għandu jirriżenja. Il-gazzetta ILLUM għamlet talba lill- Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde rigward il-ħatra mill- ġdid ta' Edward Scicluna bħala individwu li qed jaffaċċja akkużi kriminali. L-ECB irrispondew li ma jistgħux jikkummentaw fuq l-ingaġġ mill-ġdid ta' Scicluna." Ta' min wieħed jinnota li Lagarde stess affaċċjat akkużi ta' negliġenza dwar pagament ta' €400 miljun li sar mill- intraprenditur Tapie lill-bank Franċiż waqt li hi kienet il-Ministru għall-Finanzi ta' Franza, u kienet instabet ħatja u kundannata mill- Qorti Franċiża imma xorta waħda baqgħet għaddejja bix-xogħol tagħha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 August 2025