MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Minn dielja għal vastità Minn Dielja għal Vastità hija biċċa xogħol qawwija u impressjonanti ta' Vince Piscopo, fotografu professjonali stabbilit u s-Segretarju Onorarju attwali tas-Soċjetà Fotografika ta' Malta. Waqt li jitbiegħed minn formati tradizzjonali, dan ir- ritratt b'narrattiva qawwija jaqbad il-mument ta' ħelsien kuraġġuż, tadama ċkejkna li titbiegħed mid-dielja u tintrema fl-ilma. Għalkemm att sempliċi fil-wiċċ, isir metafora profonda għall- kuraġġ li wieħed għandu bżonn biex iħalli warajh dak li hu familjari u jaqbeż fl-abbissi tal-inċertezza bit-tama li jsib futur aħjar. Ix-xogħol Minn Dielja għal Vastità jitkellem dwar l-impuls uman lejn it- tkabbir, it-trasformazzjoni u t-tama. Huwa omaġġ viżiv lil dawk li jaffaċċjaw l-għażla impossibbli li jħallu pajjiżhom f 'kundizzjonijiet perikolużi, fit-tfittxija għal sigurtà, dinjità, u futur aħjar. Ix-xogħol jissimbolizza s-saħħa meħtieġa biex wieħed jaqbeż il-konfini tal-kumdità personali u l-libertà li tista' tiġi mill-ħelsien. Dedikat lil dawk affettwati mill-gwerra u l-konflitt, ix- xogħol ta' Piscopo jolqot b'fond emozzjonali sinċier u b'eżekuzzjoni artistika preċiża. Ix-xogħol se jintwera flimkien ma' għażla kurata ta' fotografija artistika stampata, fil-Palazz Wignacourt, Rabat, Malta mit-2 ta' Awwissu, bħala parti mill-kontribuzzjoni tas- Soċjetà Fotografika ta' Malta għall-Jum Dinji tal-Fotografija aktar tard dan ix-xahar. "Ingħaqdu magħna biex nonoraw ir-reżiljenza tal- ispirtu uman, ritratt wara ieħor," appella l-fotografu Vince Piscopo. Il-Kostituzzjoni ta' Malta — id-dokument li jagħti d-drittijiet u l-libertajiet lill-poplu Malti — ġiet spjegata b'mod sempliċi u aċċessibbli permezz ta' sit elettroniku ġdid: www.constitutionofmalta.com. Is-sit qed joffri mod ġdid kif il-Kostituzzjoni tista' tiġi mifhuma minn kulħadd, irrispettivament mill-età jew il-livell ta' għarfien legali. L-artikli tagħha ġew maqsuma f 'verżjonijiet differenti għal tfal ta' 5 snin, 10 snin, 15-il sena, u wkoll għall-adulti, sabiex kulħadd ikun jista' jsib spjegazzjoni li tagħmel sens għalih. Fuq is-sit jinsabu wkoll paġni b'ħarsa ġenerali lejn il-Kostituzzjoni u oħra li tispjega l-istorja ta' Malta bħala pajjiż sovran u repubblika. L-għan ewlieni hu li titqajjem iktar kuxjenza dwar id- drittijiet ċivili, kif jaħdmu l-istituzzjonijiet tagħna, u għaliex il-Kostituzzjoni hi daqshekk importanti fil-ħajja ta' kuljum. Is-sit bħalissa hu offrut bl-Ingliż, iżda nispera li fil-futur qarib ikun jista' jiġi tradott għall- Malti wkoll, sabiex ikun aċċessibbli għal firxa iktar wiesgħa ta' nies. Kull min hu interessat li jgħin fit-traduzzjoni hu mistieden jagħti l-kontribut tiegħu. B'din l-inizjattiva, qed nittama li jsir pass importanti lejn edukazzjoni ċivika għal kulħadd — fejn il-Kostituzzjoni ma tibqax biss dokument legali, iżda ssir għodda ta' għarfien u sors ta' kburija nazzjonali. F'pajjiż li għażel li jmexxi lilu nnifsu bħala stat indipendenti u repubblika sovrana għandna nkunu kburin bil-Kostituzzjoni tagħna — u l-ewwel pass biex napprezzawha hu li nifhmuha. Sit ġdid biex il-Kostituzzjoni ta' Malta ssir iżjed aċċessibbli Is-sit joffri mod ġdid kif il-Kostituzzjoni tista' tiġi mifhuma minn kulħadd Omaġġ viżiv qawwi lill-kuraġġ, il-bidla, it-tama, u l-libertà f'dawn iż-żminijiet diffiċli ta' gwerra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 August 2025