MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Fl-aħħar artiklu tiegħi dwar aspetti u tendenzi fiċ-ċinema tajt omaġġ lil diversi atturi maskili ta' stoffa, mhux tant rinomati (character actors), li dehru f 'ħafna produzzjonijiet aktarx dwar il-kriminalità u l-vjolenza f 'partijiet sekondarji jew partiċelli fejn isimhom aktarx ma kienx jidher, imlaqqmin 'e Heavies'. Numru sinifikanti ta' atturi nisa, matul iż-żmien ukoll ikkumplimentaw lill-irġiel billi ħadmu ġo films qawwija f 'xi rwoli ta' ħajja laxka jew li tmur kontra l-liġi. Ma nistgħux ngħidu li dawn aġixxew bl-istess intensità sovverżiva daqs dawk maskili, però aktar fil-kuntest simili tat-tip ta' xi Lady Macbeth. Ġeneralment, dawn itturmentaw lil żwieġhom jew irġiel oħra li suppost iħobbu b'infedeltà, rgħiba, jew kilba għall- poter jew flus. Hollywood ma tantx kien joffri lil dawn in-nisa ċans li jesiġu xi kuntratt ta' qtil, jew li jippjanaw xi serqa elaborata, jew li jmexxu xi ċorma nies irrabjati biex jgħallqu lil xi ħadd, u b'hekk jieħdu l-liġi f 'idejhom. Kien hemm każi fejn dawn iddominaw bil-kbir fil-malizzja u l-qerq bħal Barbara Stanwyck f 'Double Imdemnity (1944), jew Ruth Roman f 'Lightning Strikes Twice (1951) u r-rivalità palpabbli li tisplodi fl- aħħar bejn Joan Crawford, sid ta' burdell u Mercedes McCambridge li trid tkeċċiha mill-belt fil-Western klassiku u uniku Johnny Guitar (1954), iddominat bil-kbir minn dawn iż-żewġ nisa. Jean Peters, fid-deher xempju ta' innoċenza u dinjità bin-niket fuq wiċċha, minn taħt qed tħejji b'mod velenuż kif takkwista fortuna fi Blueprint For Murder (1953). Dawn it-tip ta' atturi femminili ġew imlaqqmin "Broads" (Wesgħin). Dawn huma nisa li fuq il-liżar il-kbir jgħixu ħajja laxka, prostituti b'qalb tad-deheb jew bla qalb, ipokriti jew li jbiddlu l-burdata ma' kull riħ, kantanti f 'xi post baxx tad-divertiment, tax-xorb jew tal-logħob tal-karti l-aktar fil-Westerns biex jattiraw lejhom lill-irġiel, anki ħbieb intimi ma' xi gangster infami. Ta' min isemmi li dawn it-talin fil- maġġoranza tal-każi mhumiex daqshekk ħorox daqs l-irġiel li semmejt fl-artiklu preċedenti. L-azzjonijiet ħżiena li jwettqu fuq il-liżar ċinematografiku m'għandhom x'jaqsmu xejn mal- ħajja privata tagħhom. F'dan ir-rapport m'iniex se ninkludi atturi ta' fama li xi drabi, ġieli fil-bidu tal-karriera tagħhom ħadmu partijiet tal-ħżiena. Fost dawn insibu lil Joan Crawford, Shelley Winters, Joan Bennett, Cyd Charisse, Linda Darnell, Yvonne De Carlo, Rhonda Fleming, Ava Gardner, Susan Hayward, Rita Hayworth, Jennifer Jones, Shirley Jones, Mercedes McCambridge, Dorothy Malone, Jayne Mansfield, Vera Miles, Rita Moreno, Kim Novak, Ruth Roman, Jane Russell, Lizabeth Scott, Barbara Stanwyck, Stella Stevens, Claire Trevor, Lana Turner, u oħrajn. Se niffoka fuq uħud mill-character actors nisa li żejnu dawn il-films f 'partijiet aktarx żgħar sa mill-1939 sas- snin sittin. Jiddispjaċini m'għandix spazju nsemmi lil kulħadd. Marie Windsor (1919-2000). Mill-ħafna films li rajt matul is- snin, naturalment fuq video jew DVD, din l-attriċi saret famuża biex tinterpreta karattri ta' xi "femme fatale" (mara ta' reputazzjoni ħażina) ġo films klassiċi u nqisha l-favorita tiegħi ta' dan il-ġeneru. Ammirajtha bil-kbir f 'e Narrow Margin (1952), wieħed mill- isbaħ xogħlijiet ta' baġit modest bħala Mrs. Frankie Neall, pulizija sigrieta li matul vjaġġ bil-ferrovija taħseb li hi xi qattiela u tispiċċa maqtula. Spikkat ukoll ġo Force Of Evil (1948) u e Killing (1956) u oħrajn tant li kienu laqqmuha "Queen of the B Movies" (Reġina tal-films pulizjeski/kriminali ta' baġits minimi). Kienet purament maħluqa għal dawn l-irwoli! Mari Blanchard (1923-1970). Din kienet l-istilla tal-films modesti tas-snin ħamsin, b'wiċċ diċenti mhux addattat għal xi waħda vizzjuża. Dehret f 'diversi Westerns u f 'Machete (1958) bħala l-mara mdejqa ta' wieħed sid ta' pjantaġġun taz-zokkor. Mietet f 'età żgħira ta' 47 sena mill-marda tal- kanċer. Joan Shawlee (1926-1987). Bjondija, dejjem ferħana u anki vulgari, kienet fl-element naturali tagħha ġo films bħal Some Like It Hot (1959), e Apartment (1960), Irma La Douce (1963), e St. Valentine's Day Massacre (1967) u f 'e Wild Angels (1966), dwar gang ta' sewwieqa ta' muturi fejn isibuha bħala Momma Monahan. Audrey Totter (1917-2013). Sikwit kienet tinterpreta xi waħda qalila ta' bla emozzjoni. F'Tension (1949) tgħajjar lill- ispiżjar żewġha "Little Pill Pusher" u tirridikolah, kif ukoll wara tissieħeb miegħu biex joqtlu lill-maħbuba tiegħu. Fil-Western e Woman ey Almost Lynched (1953) għandha dwell bil-pistola ma' mara oħra. Carolyn Jones (1930-1983). Fl-ewwel parti tagħha kellha d-distinzjoni dubjuża li tidher bħala statwa tax-xema' f 'House Of Wax (1953), li kien bit-3D. Kienet it-tfajla ta' Mickey Rooney bħala l-protagonist gangster Baby Face Nelson (1957) u wara t-tfajla ta' Elvis Presley f 'King Creole (1958). F'dawn iż-żewġ films hi tmut. Ħallietna ta' 53 sena bil-marda qerrieda tal-kanċer. 14 films IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 • illum Carmel Bonnici Kienu jsejħulhom 'The Heavies' IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Marie Windsor Elvis u Carolyn Jones (King Creole)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 August 2025