MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

"Wieħed irid dejjem jikkordina mal- entitajiet ikkonċernati sabiex jinstab il-bilanċ bejn l-attività u l-ħajja tal-Belt mal-bżonnijiet tar-residenti u d-dritt li jgħixu fi trankwillità" Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Il-belt kapitali ta' kuljum tattira lejha eluf ta' persuni; turisti, ħaddiema, u persuni li jidħlu fil-kapitali għal ħin ta' mistrieħ u divertiment. Għaldaqstant wieħed irid dejjem jikkordina mal-entitajiet ikkonċernati sabiex jinstab il-bilanċ bejn l-attività u l-ħajja tal-Belt mal- bżonnijiet tar-residenti u d-dritt li jgħixu fi trankwillità. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Dmirna hu li nippreservaw il-wirt storiku u l-istorja rikka fil-belt kapitali. Il-belt li għandha stat ta' wirt dinji tal-UNESCO, jixirqilha li kull żvilupp li jsir jitfassal b'tali mod li jkun inkorporat mal-estetika u l-istorja tal-kapitali. Bħala Kunsill ma niddejqu xejn li nkunu minn ta' quddiem li noħorġu kontra proposti ta' żvilupp li jistgħu jħallu impatt negattiv fuq l-estetika u l-skyline tal-kapitali. Dan biex isir b'rispett lejn il-wirt storiku, lejn il-wirt dinji tal-UNESCO, u lejn ir-residenti Beltin. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Bħala kunsill dejjem naħdmu fuq proġetti ta' tisbiħ fil-Belt fosthom biex insebbħu u niġġeneraw spazji miuħa u pjazez ewlenin fil-Belt Valletta. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il-prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Il-prijorità ewlenija hija l-kwalità tal-ħajja tal-Beltin: aktar servizzi soċjali, infurzar effettiv, ambjent aktar nadif, u żieda fl- inklużjoni soċjali għall-ġid komuni. Din is-sena bdejna nwettqu diversi proġetti li jħallu impatt tanġibbli, li jgħinu lir-residenti Beltin fosthom bis-servizz ta' għajnuna fil- homework lit-tfal Beltin u l-ewwel ċentru ta' matul il-jum għall-anzjani fil-Belt Valletta. Proġett ieħor huwa dak tal-ECO Valletta, proġett ambjentali li għandu l-għan li jagħmel il-belt kapitali aktar sostenibbli. Din l-inizjattiva tħeġġeġ lin-negozji jwettqu Corporate Social Responsibility (CSR) biex jikkontribwixxu b'mod attiv, fosthom bit- tħawwil ta' siġar f 'żoni pubbliċi u fi sħubija mar-residenti biex jadottaw siġar huma stess fil-post fejn jgħixu. Bi sforz kollettiv, ikollna kapitali ħafna isbaħ u aħjar. Xi proġetti ippjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Bħalissa għaddejja ħidma intensiva biex b'passi ffukati u ritmu tajjeb naslu għal bidla konkreta — dik li l-Belt Valletta tgħaddi għal status ta' muniċipalità. Il-belt kapitali jixirqilha dan l-appoġġ, u wasal iż-żmien li ningħaqdu aktar minn qatt qabel biex nimxu għal-livell li jmiss. Il-pjanijiet tagħna għall- futur jiffukaw fuq it-tisħiħ tas-servizzi lejn l-anzjani tagħna, l-introduzzjoni ta' inizjattivi mmirati għaż-żgħażagħ fil-lokalità, u ħidma aktar mill-qrib mal-komunità Beltija. Se nżidu l-impenn fuq il-proġetti infrastrutturali fosthom it-titjib tal- bankini. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir- residenti? II-kwistjoni tal-iskart se tittieħed bis- serjetà, bi proposti konkreti li diġà ressaqna 'l quddiem, u bl-istatus ta' muniċipalità jkollna aktar saħħa biex nimplimentaw servizzi ġodda f 'dan il-qasam. Il-manutenzjoni hija kwistjoni oħra li trid tiġi indirizzata. Il-Belt jidħlu eluf ta' nies kuljum, u għalhekk jeħtieġ li ssir manutenzjoni fil-pront. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Bħala Sindku naħdmu id f 'id ma' diversi awtoritajiet u dejjem nagħżlu li nsibu bilanċ bejn il-ħtiġijiet tar-residenti u l-attività kummerċjali fil-Belt Valletta. Ta' kuljum nisma' lir-residenti u nara li fejn il- kompetenza ma tkunx f 'idejn il-Kunsill, inwassal it-tħassib tagħhom lill-awtoritajiet ikkonċernati. Bidliet leġiżlattivi riċenti naqqsu l-età minima għas-sindki għal 16-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Nixtieq nara aktar involviment taż- żgħażagħ fil-ħajja pubblika u fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet lokali. Bħalissa qed naħdmu ħafna fuq il-Kunsill Lokali tat-Tfal, inizjattiva fejn tfal u żgħażagħ mill-Belt qed jiltaqgħu regolarment, jiddiskutu ideat, u joħolqu proposti konkreti għall-proġetti li jistgħu jtejbu l-komunità tagħhom. Din l-esperjenza qed turina kemm hemm entużjażmu, għerf u viżjoni fost iż-żgħażagħ tagħna u kemm jistgħu jkunu katalisti għal bidla pożittiva. Minkejja li fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ma kienx hemm żgħażagħ ta' 16-il sena li kkontestaw f 'din l-elezzjoni, inħoss li din ir-riforma leġiżlattiva hija pass fid- direzzjoni t-tajba. Nemmen ħafna fl-enerġija żagħżugħa, nemmen li għandna npoġġuhom fiċ-ċentru tal-politika tagħna, nagħtuhom spazju biex jesprimu ruħhom, jindirizzaw sfidi kontemporanji u jipparteċipaw b'mod attiv fit-tfassil tal-politika lokali. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? In-nies huma l-qofol tal-politika tiegħi u għaldaqstant it-tbissima fuq fomm anzjana u l-kelma grazzi mingħand ir-residenti li jkunu qegħdin japprezzaw xogħolna huwa l-ikbar sodisfazzjon li jkolli ta' kuljum. intervista IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 • illum 16 'It-tbissima fuq fomm anzjana u l-kelma grazzi mingħand ir-residenti huwa l-ikbar sodisfazzjon li jkolli ta' kuljum' Sekonda mas-Sindki: Il- gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il- ġurnal ipoġġi ma' Olaf McKay, is-Sindku tal- Belt Valletta. Il-Belt Valletta, il-kapitali ta' Malta, hija belt storika u kulturali li tinsab fuq il-peniżola bejn il-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsamxett. Mibnija mill-Ordni ta' San Ġwann wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, il-belt ġiet imsemmija f 'ġieħ il-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette. Il-Belt tlestiet fl-1566 u hija magħrufa għall- arkitettura Barokka tagħha, b'bini bħall-Konkatidral ta' San Ġwann u l-Palazz tal-Gran Mastru. Attrazzjonijiet oħrajn li wieħed jista' jsib il-Belt jinkludu l-Barrakka ta' Fuq, ġnien panoramiku li joffri veduti spettakolari tal-Port il-Kbir, u l-Forti Sant'Iermu, fortifikazzjoni li kienet ċentrali fid-difiża tal-Belt fl-Assedju l-Kbir. Fl-1980, il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta' Wirt Dinji mill- UNESCO minħabba l-importanza storika u kulturali tagħha. Il-Belt Valletta hija wkoll ċentru kulturali vibranti, b'diversi festivals u avvenimenti matul is- sena, inkluż il-Valletta International Baroque Festival u l-Valletta Film Festival. Olaf McKay, is-Sindku tal-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 August 2025