Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130
aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 • illum 04 L-istokk ta' vetturi bil- liċenzja jaqbeż l-450,000 fit-tieni kwart tal-2025 Ir-Roads Policing Unit ġiet imsejħa 153 darba f 'xahrejn Fi tmiem Ġunju 2025, l-istokk ta' vetturi bil-liċenzja attiva f 'Malta laħaq aktar minn 450,000, b'żieda sostanzjali f 'karozzi tal-passiġġieri u vetturi elettriċi Il-Unit issejħet għal 153 inċident f ' iżjed minn 20 lokalità differenti JAELLE BORG L-istokk ta' vetturi bil-mutur b'liċenzja attiva f 'Malta kompla jiżdied fit-tieni kwart tal-2025, u fi tmiem Ġunju laħaq l-450,794 vettura. Dan ifisser żieda ta' 3,339 vettura meta mqabbel mat- tliet xhur ta' qabel, b'medja ta' 37 vettura ġdida kuljum. Skont l-aħħar statistika ppubblikata, 73.8% tal-vetturi kienu karrozzi tal-passiġġieri, filwaqt li 14.3% kienu vetturi kummerċjali jew agrikoli. 11.3% oħra kienu jinkludu muturi u scooters megħjuna b'enerġija elettrika, ATVs u muturi b'erba' roti. Ix-xarabanks u l-minibuses baqgħu f 'livelli baxxi, b'anqas minn 1% tas-suq. Matul l-istess perjodu, ġew liċenzjati 7,917-il vettura ġdida, fosthom 4,737 kienu karrozzi tal- passiġġieri — li jirrappreżentaw 59.8% tat-total. 1,989 vettura oħra kienu muturi u roti megħjuna b'enerġija elettrika (25.1%). Interessanti li aktar minn nofs dawn il-vetturi kienu 'ġodda' (58.7%), filwaqt li 41.3% kienu użati. Medja ta' 87 vettura kuljum ingħataw liċenzja ġdida fit-tieni kwart tas-sena. Madankollu, kien hemm ukoll moviment sostanzjali ta' vetturi li tneħħew mit-toroq b'xi forma ta' restrizzjoni. Bejn April u Ġunju 2025, 9,366 vettura ġew imneħħija temporanjament jew permanenti. Minn dawn: 39.4% ġew iggaraxxjati, 29.6% ġew mibjugħin mill-ġdid, waqt li 29.0% ġew skreppjati. Fl-istess perjodu, 4,816-il vettura reġgħu ġew irreġistrati wara li tneħħew mir- restrizzjonijiet, l-aktar wara li nbiegħu jew ġew meħlusa mill- ġdid. L-istatistika turi wkoll li, sal- aħħar ta' Ġunju, 262,047 vettura kienu jaħdmu b'magna petrol (58.1%), filwaqt li 34.6% kienu bil- magna diesel (155,846 vettura). L-interess fil-vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew ibridi komplew jiżdiedu, bi 19,493 vettura f 'din il-kategorija — 4.3% tal-istokk nazzjonali. Il-vetturi plug-in hybrid bid-diesel raw żieda ta' 7.2%, waqt li dawk fully electric żdiedu b'6%, u mild hybrid bil- petrol b'5.1% meta mqabbla mal- ewwel kwart tas-sena. Dan ir-rapport juri b'mod ċar it-trend ta' tkabbir u diversifikazzjoni fil-flotta tal- vetturi f 'Malta, b'aktar għażliet sostenibbli jibdew jieħdu sehem gradwali fis-suq. Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fl-20 ta' Mejju, 2025, Rikors numru 410/2025, minn Godfrey Pace fejn talab li tiġi ddikjarata miftuħa favur Godfrey Pace u Suzanne Pace, ġenituri tad-decujus fi kwota ta' nofs (1/2) indiviż bejniethom u r- rimanenti nofs (1/2) indiviż favur Abigail Pace oħt id-decujus is- suċċessjoni ta' Kristine Pace, xebba, bint Godfrey Pace u Suzanne Pace née Theuma, imwielda Tal-Pietà, Malta, kienet residenti Pembroke, Malta, u mietet Pembroke, Malta, fid-29 ta' Jannar, 2025, ta' 33 sena, u li kellha karta tal-identità numru 0054492M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 20 ta' Ġunju, 2025 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali ILENIA DEBONO Is-sezzjoni ġdida tal-Korp tal-Pulizija ddedikata għall- infurzar tar-regolamenti tat- traffiku, ir-Roads Policing Unit (RPU), issejħet u attendiet għal 153 inċident fis-seba' ġimgħat li ilha topera. Dawn in-numri ħarġu wara li saret mistoqsija parlamentari mid- Deputata Nazzjonalista Graziella Galea lill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri. In-numri nqasmu ġimgħa b'ġimgħa minn mindu beda jopera l-qasam speċjali fis-27 ta' Mejju 2025. L-ewwel ġimgħa, mis-27 ta' Mejju sal-31 ta' Mejju, l-RPU issejħu fi tmien inċidenti f 'seba' rħula differenti: San Pawl il- Baħar, Ħaż-Żabbar, Tal-Pietà, Ħal Qormi, Birżebbuġa, Birkirkara, u San Ġiljan. Il-ġimgħa li tibda mill-1 ta' Ġunju u tispiċċa fis-7 ta' Ġunju, il-unit issejjaħ 23 darba, f 'bosta rħula fosthom iż-Żurrieq, Raħal Ġdid, iż-Żejtun, il-Mellieħa, il- Ħamrun, il-Mosta, Ħal Qormi, il-Marsa, San Pawl il-Baħar, Birkirkara, Marsaskala, Tas- Sliema, l-Isla, il-Fgura, l-Imġarr, u Ħ'Attard. Bejn it-8 ta' Ġunju u l-14 ta' Ġunju, huma ssejħu 29 darba fi 22 raħal differenti: l-Imġarr, iż-Żurrieq, San Pawl il-Baħar, Ħ'Attard, Raħal Ġdid, il-Mosta, Tal-Pietà, in-Naxxar, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, Santa Venera, is- Swieqi, Marsaskala, San Ġiljan, l-Imsida, is-Siġġiewi, il-Gżira, il-Mellieħa, il-Fgura, iż-Żejtun, u l-Kalkara. Mill-15 ta' Ġunju sal-21 ta' Ġunju huma kienu fuq il-post fi 23 inċident f 'San Pawl il-Baħar, il-Fgura, il-Marsa, il-Furjana, Ħal Tarxien, San Ġwann, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun, Marsaxlokk, Raħal Ġdid, Ħal Luqa, il-Gudja, San Ġwann, il- Qrendi, u Birkirkara. Fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju, mit- 22 sat-30, kien hemm l-iżjed drabi fejn issejħu fuq il-post l-RPU, 32 darba f 'San Ġiljan, Tas-Sliema, iż-Żejtun, l-Imsida, Ħal Luqa, Birkirkara, is-Siġġiewi, Tal-Pietà, Raħal Ġdid, il-Qrendi, il-Gżira, il-Ħamrun, in-Naxxar, il-Furjana, ir-Rabat, l-Imġarr, il-Mosta, Santa Venera, San Pawl il-Baħar, Ta' Xbiex, il-Mellieħa, il-Belt Valletta, Marsaxlokk, u San Ġwann. Fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju, mill-1 sas-7, kien hemm 12-il inċident fejn issejħu fuq il-post fin-Naxxar, il-Ħamrun, San Ġiljan, iż-Żejtun, Raħal Ġdid, il- Mellieħa, Marsaskala, Tas-Sliema, u l-Mosta. Bejn it-8 ta' Lulju sal-14 ta' Lulju, ġew irrappurtati 26 inċident fejn marru l-RPU f 'bosta rħula inkluż il-Fgura, iż-Żejtun, il-Gżira, u l-Imqabba. Ir-Roads Policing Unit hija sezzjoni ġdida tal-Korp tal-Pulizija ddedikata għall-infurzar tar-regolamenti tat-traffiku