MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

Għall-kważi 20 sena, l-Air Malta kienet dejjem għaddejja minn trikki trakki. Imbagħad il-kumpanija ddeċidiet li tagħlaq u tinbeda b'kumpanija b'isem differenti. X'ġara minn dakinhar 'l hawn? Din ma kinitx xi ħaġa superfiċjali. Kienet xi ħaġa li l-Kummissjoni Ewropea ordnat. It-talba min-naħa tal-Gvern u n-naħa tiegħi kienet li nimu mill-iżbalji tal- passat u ntukom il-kelma tagħna li dawn mhux ħa jirrepetu ruħhom. Għalhekk issa qed noperaw prodott li għandu sens finanzjarju għall-kumpanija. Il-kumpanija l-ġdida topera fi 17-il rotta. Tmur u tiġi, kemm jista' jkun timla s-siġġijiet, u tara li tindirizza n-nefqa tal-operat tagħha. Dak hu l-għan ta' din il-kumpanija. Kien hemm bżonn azzjoni dwar kemm kien hemm nies jaħdmu mal-Air Malta, issa KM. Apparti hekk, il- prattiċi tax-xogħol ukoll. Din kienet neċessarja imma ġiet bi prezz. Il-poplu Malti kellu jħallas prezz għoli. Il-mod tal-irtirar qed jagħmel tajjeb għalihom il-Gvern għax il-kumpanija fil- bidu kellha elf ruħ, illum għandha 420 ruħ bejn wieħed u ieħor, in-numru neċessarju biex ittajjar tmien ajruplani. B'kollox in- nefqa kienet ta' €400 miljun biex twaqqfet il- kumpanija l-ġdida, b'numru ta' investiment fil-kapital. Imbagħad dak l-ammont kien hemm madwar €135 miljun, b'€60 miljun li kellu x'jaqsam ma' skemi ta' irtirar kmieni għal 300 ruħ u 300 oħra ngħataw impjieg alternattiv mal-Gvern. Hemm €74 miljun li se jagħmel tajjeb għalihom il-Gvern. L-iskemi tal-irtirar tal-piloti ... kważi €500 miljun. Kemm kont ċert li dan l-investiment għoli, bħala ministru, kien ġustifikat? Sal-Kummissjoni Ewropea stess taċċetta l-fatt li pajjiż żgħir bħal dan, l-unika konnettività hija bl-ajru. Bħala Malta, nitolbu li jkun hemm linja tal-ajru nazzjonali. Mill-bidu, il-Kummisjoni ma kinitx konvinta li għandna jkollna waħda. Ċipru, wara li kienet għalqitilhom, ma tathomx permess biex terġa' tiaħha, u ma kinux konvinti li m'għandhomx jagħmlu hekk magħna. Imma wara ħafna battibekki u diskussjonijiet, il-Kummissjoni bidlet fehmitha. Jien ninsab konvint li pajjiżna għandu bżonn linja nazzjonali tal-ajru hekk kif din il-linja tmur f 'destinazzjonijiet fejn il-low cost carriers ma jmorrux. Però, dan kollu ma jaffettwax il-fatt li fit-tul din il-linja trid tagħmel profitt. Il- Kummissjoni Ewropea qalet li wara tliet snin mit-twaqqif tal-kumpanija, tridu tibdew taħsbu sabiex tipprivatizzaw parti minn din il-linja tal-ajru. Lura għall-element tal-profitt, servizz u l-pożizzjoni unika ta' Malta vis-a- vis linja nazzjonali tal-ajru. Inti kont ċar fuq il-kwistjoni tal-azzjonijiet industrijali tal-ALPA, għedt li jien mhux se niċċaqlaq pulzier. Mhux ħa niċċaqlaq mill-kelma tiegħi għax mhux ħa nitlef il-kelma tiegħi mal- Kummissjoni Ewropea. Fuq prinċipju, bħal kwalunkwe ħaġa oħra jekk hemm ehim, ma nippretendix li wara x-xilep ikun ġewwa tiġi tipprova tirwili jdejja biex tieħu dak li trid. Ma naħsibx li dan il-ehim għamiltu mat-tfal, issa nistenna li dak li ġie maqbul jinżamm. Kieku l-ALPA għandhom raġun, fil- kuntest tal-ingaġġ x'inhi l-kwistjoni tal-KM? Jiena u l-kumpanija konna għedna li dawk in-nies li huma eleġibbli sabiex jieħdu din is-somma jridu jiħduha fuq erba' snin. Hemm timetable ta' erba' snin li kull min hu eleġibbli jieħu l-flus u jitlaq. Ma jista' qatt jiġi ingaġġat, la mal-kumpanija, u lanqas mal-Gvern. Imma l-kumpanija trid tara kif ħa tagħmel ingaġġ ta' bdoti oħra sabiex jieħdu post dawk li telqu. L-istorja qiegħda, li l-ALPA jridu t-terminu jitwal sabiex il-First Officers, voldieri l-grad ta' taħt il-kaptan, iridu biżżejjed ħin sabiex jilħqu kaptani. Dak ifisser li minn erba' snin isiru sitta, tmienja, għaxra. Jiġifieri l-logħba hija ċara ... inġebbdu dawn l-erba' snin fil-ħidma mal-linja nazzjonali tal-ajru u fl-istess waqt għandna ċ-ċekk tad-deheb. Jekk hemm dawn l-azzjonijiet industrijali, il-Gvern mar il-Qorti. Ġara xi ħaġa b'dan? Il-Qorti għadna ma morniex, tajna avviż li nistgħu naslu s'hemmhekk. Jiena ili nisħaq matul dawn l-aħħar jiem biex inġib lil kulħadd li jgħix f 'dan il-pajjiż konxju li aħna bħala nies li jħallsu t-taxxa ħallasna dawn il-miljuni kollha, u ma naħsibx li huwa xieraq li jiġu rringrazzjati b'dan il- mod. Mhux qed nagħmel dan b'suppervja imma qed nagħmel dan għax kull ministru ta' qabli li daħal f 'xi negozjat fuq xi ħaġa, mis-saba' ttiħditlu l-id. Jien għamiltha ċara li dawn l-affarijiet diġà ġew innegozjati. Il-bdoti minn dejjem kienu jieħdu għalihom anke jekk issemmihom. X'se jiġri issa? X'se jiġri ma nafx, però jien m'iniex ħa niċċaqlaq pulzier minnha. Jekk ikun hemm effett fuq it-titjiriet, ma nkunx ġibtu jien b'idi. Qed nagħmel il-pożizzjoni tiegħi ċara daqs il-kristall. Jien ma nara l-ebda mod kif din tista' tiġi solvuta min-naħa tiegħi ħlief li l-KM, f 'każ estrem, ma tibqax parti mill- portafoll tiegħi. Fuq il-kwistjoni ta' tkabbir tal- kumpanija. Hemm ċertu sentiment li tuża l-linja nazzjonali tal-ajru. Tmien ajruplani u 17-il destinazzjoni. Fejn jista' jsir tkabbir hawnhekk? Imkien, għaliex din hija xi ħaġa li ħarisna lejha fit-tul. Il-KM ma tista' qatt tikkompeti f 'destinazzjonijiet oħra jew ma' kumpaniji ta' low cost carriers. Għaliex jekk tmur f 'destinazzjonijiet oħra m'hemmx biżżejjed domanda min-nies jew mhux ħa jkun hemm is-siġġijiet mimlijin għal raġunijiet ta' prezzijiet, kif ukoll ma tistax tikkompeti ma' low cost carrier li tbigħlek siġġu bi €30. Għalhekk dejjem sostnejt li din il- kumpanija ma tistax tesperimenta li tmur f 'destinazzjonijiet oħra għax titlef il-flus. L-għan aħħari hu li l-kumpanija ssir parti minn grupp ta' kumpaniji tal-ajru oħra sabiex tgawdi minn "economics of scale" u tibbenefika minn traħħis ta' spejjeż. Bejn wieħed u ieħor, qed nipproġettaw li kieku l-ispejjeż tal-kumpanija jonqsu b'€25 miljun. Il-KM ma tikkunsidrax xi ħaġa fejn taf li fiskalment se jkolla vantaġġ? Qed nikkunsidraw żewġ affarijiet. Waħda li ġġib iżjed volum ma' pajjiżi terzi u għaddejjin ċertu taħditiet, u rridu naraw fejn ħa jwasslu dawn. Qed naraw xi ħaġa oħra li tista' żżid id-dħul tal-kumpanija matul is-snin. Jekk ikun hemm aktar interess f'destinazzjoni partikolari, il-KM ma tikkunsidrax iżżid il-frekwenza? Kif qiegħda bħalissa tiġi qed taqdi d-domanda kurrenti. Il-kumpanija għandha apparat li minnu nkunu nafu n-nies kollha li ġejjin hawn Malta minn fejn huma ġejjin. Għall-prezzijiet tal-kumpanija u l-volumi li qed inħarsu, il-kumpanija qed taqdi l-esigenza tas-swieq eżistenti. It-togħma Maltija. X'inhuma l-affarijiet li jagħmlu l-linja awtentika, lil hinn mid-disinn fuq l-ajruplan? Niem dan it-tip ta' romantiċiżmu għal kwalunkwe ħaġa li tista' tkun Maltija. Iżda din hija xi ħaġa li naħseb inbidlet u saret aktar brutali wkoll. Il- brutalità f 'dan is-settur qiegħda li jekk fit-tul, din il-kumpanija ma taqlax flus, bir-romantiċiżmu kollu tagħha tispiċċa tagħlaq. Kemm ili ministru, rajt, smajt u ddedikajt ħin għall-kumpanija. L-għan tiegħi għaliha huwa li tersaq lejn punt fejn tagħmel il-flus għax bl-intenzjonijiet tajba xorta terġa' tmut. Ma naħsibx li jkollna stewards mhux Maltin għal raġuni li meta noħorġu s-sejħa għal din il-kariga jkun hemm numru ta' applikazzjonijiet Maltin, u l-kriterja ta' stewards u tal-piloti mhux l-istess. Hemm ħafna xnihat, baġit ta' qabel l-elezzjoni, baġit li jattakka l-klassi medja, baġit tal-Milied. Kif tiddeskrivih? Sewwa ... naħseb dejjem baġits tajbin kelli. Jekk wieħed biss iħares lejn tas-sena l-oħra, tax cut sostanzjali u l-elezzjoni ma ġietx. Meta ġejja l-elezzjoni ma nafx. Li nista' ngħidlek hu li dejjem nara u nassigura li jkun baġit tajjeb daqs jekk mhux iktar minn tas-sena ta' qabel. Fl-istess waqt innaqqas id-defiċit u hekk se nkompli nagħmel. Il-Ministru tal-Finanzi jargumenta li ftehim ma jinbidilx f 'nofs triq. Qal dan meta kien qed jitkellem ma' Saviour Balzan waqt il-programm Xtra. intervista illum • IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 07 Clyde Caruana jerġa' jinsisti li mhux se jiċċaqlaq pulzier fil-kwistjoni mal-piloti tal-KM "Ma naħsibx li dan il-ftehim għamiltu mat-tfal, issa nistenna li dak li ġie maqbul jinżamm."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 August 2025