MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 • illum opinjoni "Illum il- ġurnata, il-ħin sar l-akbar sfida tagħna. Ħafna drabi nħossu li m'għandniex biżżejjed mumenti biex ninvolvu ruħna." Professjonist fl-Iżvilupp tal-Komunità JENSON ELSWORTH B ħalissa qegħdin ngħixu fi żmien fejn kollox jiġri b'ritmu tant mgħaġġel li ħafna drabi nitilfu s-sens tal-preżent. Il-ħajja moderna, bi pressjonijiet kontinwi u sfidi ġodda li naffaċċjaw kuljum, kultant twassal biex ninsew l-im- portanza tal-għaqda bejn in-nies, il-konverżazzjoni ta' filgħodu mal-ġirien, u l-valuri komuni li jżommuna magħqudin bħala komunità waħda. Fost din il-ġirja, ix-xogħol fil- komunità jibqa' t-tiira ta' dak il-ġid ġenwin li jista' jinkiseb biss meta naħdmu id f 'id. X'inhu l-Iżvilupp tal- Komunità? L-Iżvilupp tal-Komunità (bl- Ingliż Community Development) huwa filosofija li temmen li kull komunità għandha fiha s-saħħa, il-kapaċità u l-ħila biex tindirizza l-bżonnijiet diversi tagħha, u tagħmel il-bidliet meħtieġa. Ma jfissirx li nistennew lil xi ħadd "ieħor" biex isolvi l-problemi tagħna, iżda li nagħrfu s-saħħa li għandna flimkien: il-ġirien, il-ħbieb, il-familji, il-ħaddiema, il-voluntiera, li bi mħabba, b'konnessjoni u determinazzjoni nistgħu nagħmlu differenza. Il-mapping tar-riżorsi tal- komunità huwa eżerċizzju li jagħraf il-ħiliet, ir-riżorsi, il-kapital, u l-potenzjal tal- lokalità ġeografika li tgħix fiha. Dawn jinkludu talenti, stejjer, organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, spazji fiżiċi, u anke riżorsi kulturali u ambjentali. Dan l-eżerċizzju huwa pass essenzjali biex nimu kemm aħna "sinjuri" f 'potenzjal u f 'possibilitajiet. Dawn il-ħiliet u stejjer, meta jinġabru u jittieħdu bis-serjetà, juri l-identità unika ta' kull lokal. Fl-opinjoni tiegħi dan huwa eżerċizzju li jsir, imma mhuwiex iddokumentat biżżejjed, speċjalment għan-nies ta' warajna jew għal min ifassal il-politika. Dan iservi bħala għodda għal proġetti komunitarji, żvilupp infrastrutturali, riċerka soċjali, u fl-aħħar mill-aħħar, parteċipazzjoni attiva. L-istorja u l-kultura bħala ġieħ It-tip ta' komunità li tkellimt fuqha hija komunità ġeografika. Iżda, jeżistu diversi komunitajiet oħrajn bħall-komunità ta' interess, komunità diġitali, jew komunità ta' prattika. Kif ukoll, il-komunità mhix biss grupp ta' nies; hija wkoll ġabra ta' memorji, tradizzjonijiet, u stejjer li jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra. Meta naħdmu fuq proġetti kulturali jew letterarji, bħall-ġbir ta' rakkonti minn residenti u anzjani, ma nkunux qed inħarsu lura biss, iżda qed nibnu pont għal ġejjieni. Dawn l-istejjer ma jsaħħux biss l-għarfien tal-istorja tagħna, iżda jqanqlu sens ta' kburija u appartenenza (dik il- kelma famuża belonging). Sfidi ta' ħajja moderna Illum il-ġurnata, il-ħin sar l-akbar sfida tagħna. Ħafna drabi nħossu li m'għandniex biżżejjed mumenti biex ninvolvu ruħna. Jaf dik hi l-verità. Jiena ġej minn realtà ta' volontarjat. Ma jfissirx li ma kellix bżonn naħdem, jew għaliex kelli ħafna ħin fuq idi, iżda għax xtaqt nagħti lura lill-komunità tiegħi. Din tista' ssir b'diversi modi. Anke it ħin iddedikat, siegħa fil-ġimgħa jew azzjoni żgħira jista' joħloq bidla li jaf ikun hemm bżonn. Tista' tkun siegħa fi grupp tal-anzjani, xogħol diġitali, għajnuna fil-festi, sapport lil timijiet sportivi, għajnuna fil-knejjes, jew sempliċement tagħmel qadja lill-ġara tiegħek. Ix-xogħol fil-komunità mhux biss jagħti benefiċċju lil ħaddieħor, iżda jsaħħaħ lilek bħala persuna. Il-volontarjat iħaffirlek triq għall-passjoni u dak is-sodisfazzjon huma imprezzabbli. Huwa magħruf li l-volontarjat jgħin biex iħalli sens ta' skop u kuntentizza fil- ħajja. Il-qawwa tal-għaqda u l-azzjoni kollettiva Meta persuni jiltaqgħu u jaqsmu l-ideat tagħhom, fl-opinjoni umli tiegħi, tkun tnisslet fjamma żgħira jew il- frażi li nħobbu nużaw 'inkunu żrajna żerriegħa". Din tfisser li d-diskussjoni, il-proġett, u l-azzjoni ikunu ħadu l-ħajja. Il-problemi jistgħu jiġu solvuti bil-kreattività, u l-komunità ġenerali tkun qiegħda tissaħħaħ pass pass. Pereżempju, li torganizza tombla jew attività ta' divertiment għal komunità jfisser ħafna. Ma tkunx qiegħed tippromovi pjaċir biss, iżda tkun ħloqt spazju ta' fiduċja, konnessjoni, u – ferm aktar importanti – spazju ta' konverżazzjoni. Opportunità fejn in-nies jgħaddu l-ideat tagħhom, jiskopru bi bżonnijiet komuni, jidentifikaw passatempi simili, u tkun tajt bidu ta' relazzjonijiet ġodda. Passi żgħar li jistgħu joħolqu bidla kbira • Agħrfu l-potenzjal lokali: osservaw x'hemm madwarkom li jista' jissaħħaħ jew jittejjeb. Wisq aktar, ara xi jsir fil-komunità, x'għaqdiet jeżistu, x'ħila u x'passatempji għandha l-ġara tiegħek. • Involvu ruħkom anke b'mod żgħir: azzjoni sempliċi; bħal tgħin f 'attività jew tibni relazzjoni mal-ġirien, tgħinek iżżomm ruħek aġġornat mal-ħajja lokali. • Oħolqu jew ingħaqdu f 'inizjattivi: proġetti kulturali, attivitajiet soċjali, u diskussjonijiet huma pedamenti ta' bidla. Anke sempliċement titkellem fuq il-pultruna quddiem il-bieb tad-dar, qiegħed toħloq spazju ta' diskussjoni. • Irrakkontaw u isimgħu: Tkellmu mal-membri l-oħra tal-komunità. Isma' l-ġar jirrakkonta u jaqsam l-istorja tiegħu jew tal-lokalità. Dan ikun qiegħed jgħin biex il-memorja tal-komunità tibqa' ħajja. Tisma' x'kien isir qabel, x'kien jaħdem qabel, u kif nistgħu nirreplikawh illum il- ġurnata. • Żomm solidarjetà f 'qalbek: kull azzjoni għandha valur meta tkun maqsuma mal-oħrajn. Ix-xogħol fil-komunità jfakkarna li minkejja l-ħajja mgħaġġla, aħna ma nistgħux ngħixu waħedna. Il-frażi 'No Man is an Island' hija frażi użata ħafna, imma użata għal raġuni validi. Il-vera saħħa tinsab fil-konnessjoni mal-oħrajn u fl-għarfien li flimkien nistgħu noħolqu ambjent aktar b'saħħtu u b'valuri li jibqgħu. F'dinja li dejjem tħeġġiġna nimxu aktar malajr u nħaffu l-pass tagħna, tajjeb naħsbu ftit li l-akbar rivoluzzjoni hi li nieqfu ftit, li nħarsu madwarna u nagħmlu differenza fejn 'aħna naħsbu' li l-aktar għandha bżonn issir. Ix-xogħol fil-komunità f 'ħajja mgħaġġla Kull komunità għandha fiha s-saħħa, il-kapaċità u l-ħila biex tindirizza l-bżonnijiet diversi tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 August 2025