Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130
opinjoni illum • IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 09 "Din il-bidla hija importanti wisq biex ma tiksibx appoġġ b'saħħtu." D in il-ġimgħa, ir-rifor- ma fl-ippjanar kienet fiċ-ċentru ta' diskussjo- ni nazzjonali. Il-Minis- teru li mmexxi jien qed jippilota din ir-riforma u dawk imħabbra huma tibdiliet li nemmnu fihom bis-sħiħ. Qed nipproponu termini ta' żmien aktar ġusti b'rabta mal-appelli flimkien mal- irregolarizzar tas-sitwazzjoni ta' min fil-passat abbuża mis- sistema. Dawn għandhom jerfgħu r-responsabbiltà tal-aġir tagħhom b'mod ġust — f 'sistema li taqta' wkoll l-abbużi futuri. Filwaqt li nemmen li Malta kollha tista' tingħaqad wara l-ispirtu ta' din ir-riforma huwa minnu wkoll li l-mod li bih qed nissuġġerixxu li nilħqu dawn il-miri ħoloq dibattitu. Kien hemm min qabel iżda wkoll dawk li manifestament ma qablux. Konvint iżda li b'aktar konsultazzjoni nistgħu nsibu metodu li miegħu jaqbel kulħadd. F'dawn l-aħħar snin, l-importanza tal-ippjanar saret dejjem aktar evidenti, u l-Gvern jemmen li viżjoni fit-tul hija kruċjali biex jiġu żgurati standards ogħla u żvilupp sostenibbli. Fil-qalba ta' dan l-approċċ irid ikun hemm id-dixxiplina, iċ- ċarezza, u ċ-ċertezza. L-ebda awtorità jew individwu m'għandhom ikunu 'l fuq mil-liġi, speċjalment fejn jidħol l-iżvilupp. Is-salvagwardjar tal-komunità mill-abbuż u l-irregolaritajiet irid ikun prijorità ewlenija. Dan ukoll iwassal biex jiġi ppreservat l-ambjent uniku ta' Malta u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna. Nindirizzaw l-abbużi tal- passat Matul is-snin, amministrazzjonijiet differenti ħadu deċiżjonijiet li kkompromettew l-integrità ambjentali u l-mod kif jidhru l-irħula u l-bliet tagħna. Ħafna minn dawn il-kwistjonijiet li ilhom għaddejjin għexieren ta' snin, wasslu biex ikollna strutturi illegali u kunflitti li baqgħu mhux solvuti. Dan affettwa l-kwalità tal-ħajja għar-residenti u dgħajjef il-fiduċja pubblika. L-attitudni ta' xi wħud kienet li tiġi evitata l-kontroversja billi jitħalla kollox kif inhu. Madankollu, din l-attitudni tfisser biss li l-inġustizzji u l-illegalitajiet li ma jiġux indirizzati u dawk responsabbli ma jaffaċċjaw l-ebda konsegwenza. Dan l-approċċ fl-aħħar mill- aħħar idgħajjef l-integrità tal- qafas ta' żvilupp ta' Malta. Filwaqt li jirrikonoxxi dawn l-isfidi, il-Gvern qed jieħu pożizzjoni differenti. Nemmnu li għandna niktbu paġna ġdida. Irridu nsewwu l-iżbalji tal-passat u niskoraġġixxu l-illegalitajiet futuri. Insaħħu d-dritt għall-appelli fl-ippjanar Dan ilGvern jemmen li jrid jissaħħaħ b'mod qawwi ddritt tannies li jappellaw minn permess ta' żvilupp. Kien impenn politiku talPrim Ministru li issa qed jitwettaq. Dan bilgħan li rresidenti jgħixu b'mod trankwill mingħajr żvilupp illegali jew irregolari maġenbhom. Għalhekk, għallewwel darba f 'pajjiżna, mhux se jkun iktar aċċettat li jibda xxogħol ta' kostruzzjoni jekk ikun daħal appell fuq dak liżvilupp. Birriforma, malli ċittadin jappella, tidħol fisseħħ sospensjoni li tista' ddum total ta' 10 xhur. F'dan iż-żmien jekk ma taqbilx mal-iżvilupp tista' tirrikorri għat- Tribunal tal-Awtorità tal-Ippjanar u iktar minn hekk għandek rimedju ogħla li hi lQorti talAppell. Din se jibqa' jkollha s-saħħa li tannulla ddeċiżjoni tatTribunal. Dan filwaqt li se jkun hemm miżuri kontra appelli abbużivi jew frivoli. B'hekk, ilproċess kollu se jsaħħaħ iddritt taċċittadin li jappella, u jħares iddritt ta' dak li applika u kiseb ilpermess inizjali. Nindirizzaw l-illegalitajiet passati bi ħsieb għall-futur L-abbozzi ta' liġijiet għandhom ukoll l-għan li jindirizzaw l-illegalitajiet head on. Aħna impenjati li nindirizzaw għexieren ta' snin ta' kostruzzjonijiet illegali u żviluppi mhux awtorizzati. L-għan huwa li terġa' tinkiseb il-legalità u l-ordni, filwaqt li jiġi żgurat li l-iżvilupp jallinja mal-liġijiet tal-ippjanar u mar-regolamenti lokali. Dan beħsiebna nagħmluh billi nżidu l-multi għall-ksur tal-passat. Biex jaġixxi bħala deterrent futur b'saħħtu, il-Gvern qed jippjana wkoll li jgħolli b'mod sinifikanti l-penali għal dawk li jiksru l-liġijiet tal-ippjanar. Tali azzjoni hija konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman. Dan bil-għan li naqtgħu l-attivitajiet illegali u nippromovu kultura ta' konformità u responsabbiltà. Din irriforma ħolistika filqasam talippjanar turi kemm Malta hija mmexxija minn Gvern iffukat fuq ilħtiġijiet talpoplu tiegħu. Ilbidliet proposti jindirizzaw sitwazzjonijiet delikati li ilhom ikarkru snin twal. Millmod kif ixxogħol talkostruzzjoni jibqa' għaddej qisu mhu xejn minkejja li jkun daħal appell ġenwin minn resident viċin dak liżvilupp, salmod kif irregolaritajiet ta' għexieren ta' snin tħallew għaddejjin daqslikieku qatt ma kien xejn mingħajr ħadd ma jħallas ta' għemilu. Kellu jkun dan il-Gvern li jieħu ddeċiżjonijiet. Qatt daqs illum innies mhuma se jkollhom dritt daqstant b'saħħtu biex jipproteġu lilhom infushom kontra żvilupp irregolari. Qatt daqs illum mhuma se jittieħdu passi fuq xogħol illegali filbliet u lirħula tagħna. Minn ċirkostanza fejn prattikament kien jaqbillek li tikser illiġi, għal sitwazzjoni fejn kull irregolarità se tinqabad u min għamilha jrid iħallas tagħha. Birriforma proposta, ilmessaġġ huwa ċar. Pajjiżna jrid jiaħ paġna ġdida flippjanar li tagħfas fuq prattiċi tajba. Din il-bidla hija importanti wisq biex ma tiksibx appoġġ b'saħħtu. Iżda fl-aħħar mill-aħħar il-fiduċja li tana l-pubbliku biex niggvernaw se tfisser ukoll li se naġixxu biex finalment il-bidla meħtieġa ssir. F'dawn l-aħħar snin, l-importanza tal-ippjanar saret dejjem aktar evidenti Ministru għal Ġħawdex u l-Ippjanar CLINT CAMILLERI Tibdil għal ippjanar sensibbli u responsabbli