Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538130
10 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' AWWISSU 2025 • illum opinjoni Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ippjanar, Kostruzzjonni u l-Artijiet STANLEY ZAMMIT I l-Partit Nazzjonalista ilu snin jinsisti għal riforma ta' vera fis-sistema tal-ippja- nar, riforma ġusta, serja, u parteċipattiva li verament toħloq il-bilanċ meħtieġ bejn l-iżvilupp, il-ħarsien tal-ambjent, u l-kwalità tal-ħajja. Fl-aħħar tnax-il sena, Gvernijiet Laburisti, Prim Ministri, u Ministri differenti, qatlu l-evoluzzjoni tal-ippjanar f 'Malta. Dan l-istaġnar intenzjonat fl-aġġornament tas- sistema tal-ippjanar, in-narrattiva kontinwa tal-Gvern dwar il-Local Plans u n-nuqqas serju ta' ppjanar attiv waslu biex is-sistema li għandna llum tħares lura flok 'il quddiem. Id-diversi policies, l-aktar famużi fosthom ikunu id- Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 (DC15) u dawk dwar l-għoli tal-bini f 'pajjiżna, waslu sabiex żdiedet l-ambigwità, naqset iċ- ċertezza, iċċajpret it-trasparenza, inħonqot il-parteċipazzjoni u tnaqqret il-fiduċja fis-sistema tal-ippjanar li ma tirriflettix it- tibdiliet ekonomiċi, demografiċi, ambjentali u kulturali u hi bbażata fuq Pjan Strateġiku għall- Ambjent u l-Iżvilupp li huwa skadut u Pjani Lokali li ilhom li saru kważi għoxrin sena. Illum, l-Awtorità tal-Ippjanar hija wisq aktar iffukata fuq il-permessi u kif se teħles mill-każijiet, milli fuq pjanar sostenibbli. L-abbozzi tal-Gvern: bidliet moħbija, mhux riforma Wara snin iwiegħed riforma fis-sistema tal-ippjanar, kien biss f 'nofs dan is-sajf, malajr malajr, it jiem qabel ma l-Parlament jagħlaq għall-vaganzi u mingħajr l-ebda tip ta' konsultazzjoni, il-Gvern ressaq żewġ abbozzi li jipproponu tibdiliet fundamentali fis-sistema tal-ippjanar ta' pajjiżna li, jekk jiġu approvati, jistgħu jħallu konsegwenzi traġiċi fuq l-ambjent u fuq il- kwalità tal-ħajja tagħna lkoll, inaqqru d-drittijiet taċ-ċittadin, jheddu l-istat tad-dritt, u jkomplu jnaqqsu t-trasparenza u l-kontabbiltà fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-ippjanar. L-abbozz ta' liġi sabiex isiru tibdiliet fil-Liġi tal-Ippjanar jipproponi diregolamentazzjoni estensiva tas-sistema tal- ippjanar, inkluż l-introduzzjoni ta' żviluppi bla permess, lanqas f 'żoni barra miż-żona tal- iżvilupp, l-iskartar tal-ġerarkija tal-pjanijiet, u setgħat arbitrarji lill-Ministru u lill-bordijiet biex jabbandunaw il-politiki stabbiliti skont kif jaqblilhom ... u dan mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ta' konsultazzjoni, studji dwar l-impatti ambjentali, jew skrutinju parlamentari. Il-liġi li tressqet dwar it- Tribunal ta' Reviżjoni tal- Ambjent u l-Ippjanar (EPRT), minkejja l-miżura pożittiva u tant mistennija li tissospendi permessi waqt appell, idgħajjef ir-rwol tal-Qorti tal-Appell u jirriduċi l-awtonomija tal-Qorti għall-korp ta' reviżjoni. Il-PN jemmen li din mhix riforma tal-ippjanar. Dawn huma numru ta' tibdiliet moħbija intenzjonati sabiex jinħoloq u jiġi istituzzjonalizzat qafas ta' eċċezzjonijiet permanenti. L-Awtorità tal-Ippjanar, mhux uffiċċju tal-permessi Wasal iż-żmien li l-Awtorità tal-Ippjanar tirritorna lejn il- funzjoni tagħha ewlenija, dak ta' ppjanar strateġiku għall-ġid komuni. Dik li kellha tkun Awtorità b'viżjoni, b'poter ta' ppjanar strateġiku għal ġenerazzjonijiet futuri, spiċċat tiffunzjona bħallikieku hija uffiċċju tal-permessi. Huwa għalhekk meħtieġ investiment immedjat u kontinwu fir-riżorsi umani, fl-għodod u fil-kapaċitajiet tagħha, biex tkun tista' tmexxi pjanifikazzjoni serja f 'kuntest ekonomiku, soċjali, u teknoloġiku li qed jinbidel b'pass mgħaġġel. Ir-riforma tas-sistema tal- ippjanar hija propjament waħda minn dawn l-għodod. Ippjanar għal żmienna: data, intelliġenza artifiċjali, u parteċipazzjoni B'reazzjoni għall-isfidi globali u l-obbligi internazzjonali ta' Malta dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), il-Partit Nazzjonalista jemmen li għandna nibnu ekosistema ta' ppjanar ġdida, immexxija mid- data, megħjuna b'intelliġenza artifiċjali (AI), u bbażata fuq kollaborazzjoni sħiħa u djalogu kontinwu mal-komunitajiet, mal-NGOs, mal-iżviluppaturi, mal-industriji varji u ma' kull min huwa interessat jew milqut. L-AI hija għodda oħra neċessarja sabiex tiġi analizzata d-data, jingħarfu t-trends, jiġu identifikati l-anomaliji, u jiġu studjati xenarji differenti biex ikunu jistgħu jittieĦdu deċiżjonijiet informati. Il-proċess innifsu tal- applikazzjoni għall-iżvilupp għandu jinkludi proċess ta' medjazzjoni u kjarifikazzjoni. B'dan il-proċess ta' djalogu, immexxi minn persuna indipendenti, kull min huwa interessat — l-iżviluppatur, il-Kunsill Lokali, l-NGOs, il- konsulenti tal-Awtorità u oħrajn — ikunu jistgħu b'mod strutturat u ddokumentat jiltaqgħu u jiddiskutu dak li ma jkunux qed jaqblu dwaru u fejn hu possiBbli jikkonverġu għal soluzzjoni. B'dan mhux biss jitnaqqas iż-żmien tal-proċess tal-applikazzjoni, imma jitnaqqsu l-litigazzjonijiet u jitħaffef il-proċess tal-appell. Riforma mibnija mal- pubbliku, mhux minn wara dahru Wara l-pressjoni b'saħħitha tal- Partit Nazzjonalista u l-pressjoni qawwija mill-pubbliku, il- Ministru Clint Camilleri ġie mġiegħel jagħmel pass lura u stqarr pubblikament li l-Gvern ma ressaqx liġijiet biex jiġu approvati b'għaġla. Dan ukoll juri id-dgħufija tal-proposti mressqa. Il-Partit Nazzjonalista jemmen li r-riforma trid tinbena mal- poplu u mhux minn wara dahru. Ir-riforma għandha tħares id-drittijiet tar-residenti, tagħti saħħa lill-kunsilli lokali u tippreserva l-integrità tal- komunitajiet tagħna speċjalment dawk sensittivi storikament u ambjentalment. L-approċċ tal-Gvern imur kontra dawn il-prinċipji. Malta għandha bżonn terġa' tibni sistema soda u funzjonali ta' ppjanar li tħares lejn il-futur b'mod ħolistiku u tipprovdi kwalità ta' ħajja li hija aċċessibbli u sostenibbli. Dan jista' jintlaħaq biss permezz ta' policies komprensivi, koerenti, trasparenti u ġusti, mibnija fuq kompetenza b'saħħitha u fuq parteċipazzjoni ċivika wiesgħa, permezz ta' proċessi simplifikati u ħafna aktar ċari. Huwa possibbli li jkollna żvilupp sostenibbli ta' valur ogħla u b'anqas spejjeż — żvilupp li hu lest għall-futur, responsabbli, ta' kwalità u li jħares l-ambjent u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħna. Fuq kollox, irridu sistema li tippjana; sistema li tibbilanċja l-bżonnijiet ekonomiċi mar- responsabbiltà ambjentali u l-ġid soċjali fit-tul. Sistema li taħdem, mhux biss għal min jiflaħ, imma għal kulħadd, b'mod ġust, u trasparenti. Lesti nikkontribwixxu, lesti mmexxu Il-Partit Nazzjonalista jħares lejn l-ippjanar bħala pedament ta' politika pubblika serja; ippjanar li jfassal u li jantiċipa, u mhux biss reattiv għall-kriżjiet li nħolqu mill-istess sistema. Il-Partit Nazzjonalista għalhekk jerġa' jappella biex jiġu rtirati l-emendi proposti u biex jinbeda proċess ta' konsultazzjoni nazzjonali serju. Aħna lesti nagħtu l-kontribut tagħna f 'din ir-riforma. Malta għandha bżonn rinaxximent fl-ippjanar — ippjanar li jagħmel minn Malta post aħjar fejn ngħixu. Il-PN b'viżjoni pożittiva għall-ippjanar: ġustizzja, parteċipazzjoni, u kwalità ta' ħajja aħjar Il-Partit Nazzjonalista jemmen li r-riforma trid tinbena mal-poplu u mhux minn wara dahru