MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta waqt il-laqgħa bejn il-mexxejja tal-partiti politiċi, Alex Borg qajjem il-kwistjoni tal-finanzjament tal-partiti kien hemm is-soltu risposti li nsibu kemx- ejn mhux konvinċenti. Robert Abela rrisponda meta mistoqsi mill-istampa li Borg ried iqajjem din il- kwistjoni biex isolvi l-problemi tal-finanzi tal-Partit Nazzjonalista. U mbagħad il-media tal-One kompliet billi għamlet il- punt li kieku dawn il-flus ħerġin mit-taxxi tal-poplu. Borg għamel punt importanti li l-finanzjament tal-partiti ssolvi l-problema tad-dipendenza tal-partiti fuq il-flus ta' min irid jinfluwenza. L-argument li t-taxxi tal-poplu ħa jmorru biex jiffinanzjaw il-partiti kieku l-finanzjament tal-partiti jseħħ, huwa argument akk. Allaħares insemmu fejn qed imorru t-taxxi tal-poplu. Jew irridu nsaħħu d-demokrazija jew iridu nilagħbu bil-kliem. Illum huwa sigriet magħruf li n-negozji l-kbar jagħtu flejjes enormi lill-partiti politiċi, imma l-iktar il-partit li għandu ċ-ċwievet tal-poter f 'idejh. Mid-disgħinijiet, mid-dellijiet ta' tanġentopoli kien hemm l-għajta tal- bżonn li jkun hemm finanzjament tal- partiti. Mill-bidu nett kien hemm l-attitudni mill-partit fil-gvern li din ma ssirx. Għax min hu komdu fis-siġġu tal-poter hekk jaqbillu. Bil-finanzjament għaqli tal-partiti politiċi jinfetħu orizzonti ġodda għat- trasparenza fil-politika Maltija, kif ukoll il-possibbiltà li l-politiċi Maltin jagħmlu u jieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi u importanti speċjalment fil-qasam tal- kostruzzjoni fejn il-plejers f 'dan il-qasam għandhom poteri bla tmiem. Dan il-poter jużah jew jeżerċitawh, mhux għandhom il-voti, iżda għax għandhom is-saħħa tal-flus. Huwa għalhekk li din il-gazzetta tisħaq li r-riforma fil-finanzjament tal-partiti għandha tkun prijorità. U li Robert Abela għandu jikkunsidra li tinfetaħ diskussjoni dwar dan. U fuq l-ippjanar U huwa għalhekk li r-riforma fil-liġi tal-ippjanar għandha tiġi rtirata minnufih. U dan mhux għax qalu Alex Borg, imma għax din il-mossa fl-aħħar ta' Lulju kienet eżerċizzju ċar favur l-interessi ta' min irid ikompli jistupra lil dan il-pajjiż. U dan meta hemm l-għajta u l-karba anke minn bosta Laburisti ġenwini li pajjiżna għandu bżonn ikollu regolamenti tal-Ippjanar aktar stretti li jħarsu l-interessi kulturali, soċjali, ambjentali, u storiċi ta' dan il-pajjiż. Qabel ma jaqa' d-dmugħ Qabel ma nibdew nintilfu fuq l-impatt soċjali tal-qtil ta' Charlie Kirk — li aħna ċerti li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin u d-dinja ma kinux jaf bih — importanti li nieqfu minuta u naraw x'kien joħroġ minn ħalqu. Bniedem li l-ereżijiet li qal u l-mibegħda li ħarġet minnu, Alla biss jista' jimmaġinahom. Kirk kien bniedem reazzjonarju li jrid irodd l-arloġġ lura. Persuna li uża l-Bibbja biex jargumenta u jfaħħar il-politika estremista kontra n-nisa, il-gays, is-suwed, favur Iżrael, u favur ovvjament Donald Trump. Min qatlu għamel ħażin. Imma f 'dik l-art imbierka tal-Amerka fejn l-aċċess għall-armi huwa faċli daqs l-aċċess għal xi ġugarell, il- fibra morali ilha li spiċċat u telqet. U min f 'pajjiżna ma jagħrafx dan, jagħmel hekk għax ma jafx jew ma jridx ikun jaf. Iva, il-finanzjament tal-partiti bżonn kbir

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 September 2025