MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Festa Għeneb fis-Siġġiewi Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi organizza l-attività "Festa Għeneb fis-Siġġiewi" ilbieraħ, attività mimlija ħajja u kultura li tiċċelebra l-ħsad tal-għeneb lokali u t-tradizzjoni twila tal-vitikultura fir- raħal. Din l-attivita' tgħaqqad flimkien it-tradizzjoni, l-istorja, l-ikel, u d-divertiment f 'lejla waħda ta' ċelebrazzjoni li turi r-rabta bejn il- komunità agrikola, l-identità tagħna, u l-fidi li nħaddnu. L-attrazzjoni ewlenija tal-attività kienet l-Esebizzjoni tal-Għeneb, li kienet tinkludi varjetajiet differenti ta' għeneb mill-għelieqi fertili tas-Siġġiewi u wirja ta' inġenji agrikoli. Saret ukoll kompetizzjoni tal-inbid magħmul fid-djar, kif ukoll sessjonijiet ta' wine tasting imqabbel ma' ikel tradizzjonali Malti. Inizjattiva ġdida grazzi għall-fondi Ewropej li ġew miksuba permezz tal- Fondazzjoni Gal Majjistral kien proġett bl-isem Fil-Kċina mas-Sindku li rat lis- Sindku tas-Siġġiewi flimkien mat-tfal tal-membri tal-Kunsill Lokali, kif ukoll mistednin speċjali, jaqsmu riċetta tipika waqt sessjoni ta' tisjir dak il-ħin fejn intużaw ingredjenti lokali u staġjonali. Barra minn hekk, il-pubbliku kellu l-opportunità jduq u jesperjenza prodotti artiġjanali minn diversi reġjuni Ewropej, fosthom Sqallija u Spanja. Dawn kienu jinkludu togħmiet lokali u nbid tipiku minn dawn it-territorji, parata barokka ispirata mill-istil storiku ta' Noto fi Sqallija, kif ukoll wirja ta' disinn bil- melħ ippreżentata mill-organizzazzjoni magħrufa tal-Infjorata ta' Noto. Element storiku u spiritwali kienet il- wirja mtellgħa fil-Knisja tas-Siġġiewi bl- isem 'Frott il-Fidi', wirja reliġjuża li kienet tinkludi vestimenti reliġjużi rari mis- seklu 17, relatati mal-Ordni tal-Kavallieri ta' Malta, li kellhom rwol kruċjali fl- iżvilupp tal-vitikultura fis-Siġġiewi. Il-pjazza inbidlet f 'ċentru ta' festa u kultura, b'bejgħ ta' ikel tradizzjonali, suq ta' artiġjani, u żona iddedikata għat-tfal b'logħob u attivitajiet addattati għalihom. Kien hemm żewġ żoni ta' divertiment joffru spettakli matul il-lejla kollha — wieħed għal mużika varja, u ieħor li ffoka fuq mużika folkloristika Maltija, inkluż għana tradizzjonali. Din l-attività saret bl-appoġġ finanzjarju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Diviżjoni għall- Gvern Lokali u tal-Awtorità Maltija għat- Turiżmu. Filwaqt li kien qed jitkellem dwar l-avveniment, is-Sindku tas-Siġġiewi Julian Borg qal: "Festa Għeneb fis- Siġġiewi hija aktar minn ċelebrazzjoni tal-frott tagħna — hija ġieħ lill-wirt tagħna, lill-fidi tagħna, u lill-ispirtu komunitarju li jgħaqqadna." Nhar il-Ġimgħa 12 ta' Settembru 2025, il-MaltaPost nediet id- disa' serje ta' bolol li juru statwi reliġjużi li jinsabu f 'diversi knejjes madwar Malta u Għawdex. Din il-ħarġa filatelika tinkludi dawn l-istatwi proċessjonali: Il-Madonna tal-Karmnu — Il- Balluta; San Pietru — Birżebbuġa; Il-Madonna tal-Karmnu — Il- Fgura; Qalb ta' Ġesu — Il-Fontana, Għawdex; Sant'Antnin — Għajnsielem, Għawdex; Marija Bambina — Il-Mellieħa; San Bastjan — Ħal Qormi; San Ġorġ Preca — Is-Swatar; Il-Madonna tal-Grazzja — Ir- Rabat, Għawdex; u Il-Madonna tal-Abbandunati — Il-Wardija. Ħarġa filatelika tal-bolol — Festa Maltija, Serje IX

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 September 2025