MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 Borg kien qed jippożizzjona lilu nnifsu għall-kap qabel ir-riżenja ta' Grech IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Tant hu hekk illi f 'artiklu kontroversjali li ġie ppubblikat f 'dan il-ġurnal f 'Mejju, kien inkiteb li Alex Borg kien qed jippożizzjona lilu nnifsu għall-kap, u dan fid-dawl ta' kif l-eks kap Bernard Grech kien tilef kull opportunità li jagħmel xi avvanz politiku. Borg ma kellu l-ebda 'appoġġ' pubbliku speċjali. Tant hu hekk li l-uniku deputat li kellu l-kuraġġ juri l-appoġġ lejh kien Tony Bezzina. L-ebda deputat ieħor ma kellu s-sinsla joħroġ għonqu għalih; sintomu tal-apatija enormi fil-klassi antika tad-deputati Nazzjonalista. Il-kamp ta' Delia kien beda ħażin fil-kampanja imma hekk kif il-kampanja estendiet fil-ġranet tas-sajf, Delia, li kien minn taħt, beda juri avvanzi fuq Borg. Żewġ sondaġġi interni wrew li Delia kellu maġġoranza fuq Borg b'1,800 sa 2,000 vot. Imma kien hemm persentaġġ ta' voti, madwar 30% li kienu indeċiżi u l-biċċa l-kbira minnhom kienu nisa. Borg kien konxju minn dan u għamel minn kollox biex jattakka din is-sezzjoni b'mod aggressiv fl-aħħar ġimgħa. Jgħidu x'jgħidu, il- personalità u l-imġiba ta' Alex Borg u s-sieħba tiegħu jagħmlu l-koppja aċċettabbli ħafna għall-pubbliku Malti u Għawdxi. It-tnejn li huma persuni eleganti — biex ma ngħidux attraenti — u ma' dan hemm il-fatt li Alex Borg jitkellem b'mod kajman u moderat, minkejja li hemm bosta li jgħajruh konservattiv u favur in-negozji l-kbar. L-iktar element importanti għal dawk li appoġġjaw lil Borg hu li jafu li l-PL jibża' minn Borg u li riedu lil Delia bħala kap tal-PN. Il-mistoqsija fuq dawk qrib Borg hija jekk Robert Abela hux se jiddeċiedi li jmur għal elezzjoni bikrija. Huma jargumentaw li mhux ideali jagħmel hekk, imma jekk il-Prim Ministru jieħu din id-deċiżjoni, huma konvinti li l-enerġija ta' Borg kapaċi tgħaqqad lill-PN f 'qasir żmien u tattira armata voluntiera. Tant huma konvinti minn dan, li fi ħdan il-PN diġà hemm ħsieb biex il-PN ikun lest għal elezzjoni bikrija. F'Mejju, il-gazzetta ILLUM tkellmet dwar il-fatt li Borg kien qed ilesti ruħu għall-post vakanti ta' kap tal-PN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 September 2025