MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

Kienet elezzjoni fejn inti rbaħt kontra kollox? Biex inkun onest, bejni u bejn Adrian ma' rebaħ ħadd u ma tilef ħadd. Huwa biss il-PN li rebaħ. F'elezzjoni demokratika, ikun hemm wieħed li ħareġ rebbieħ. Però ma jkunx hemm tellief, xi ħadd li ma jkunx rebaħ. Din l-elezzjoni kienet importanti fejn il-partit wera li kien ħaj. Jekk segwejtu l-attivitajiet li għamilna, kemm jien u kemm Adrian, tara ċertu entużjażmu mill-partitarji. Xi ħaġa pożittiva f 'dan il-mument kruċjali f 'pajjiżna fejn għandna elezzjoni ġenerali wara l-bieb, turi li l-partit għadu partit ħaj. Irridu nżommu dan il-momentum sabiex tiġi meta tiġi l-elezzjoni ġenerali, inkunu preparati b'sens ta' appartjenament mal-partit. Il-PN ma jinstabx f'sitwazzjoni faċli, b'kap ta' partit jirreżenja ftit qabel elezzjoni ġenerali. Il-fatt li l-elezzjoni għall-kap baqgħet sal-aħħar, taħseb li hi simbolika għall-bżonn ta' riforma li għandu l-PN? Ħa tbiddilha s-sistema elettorali? Tifhem li f 'ċirkostanzi fejn ikollok elezzjoni daqshekk viċin, il-Kummissjoni Elettorali trid tara li kull vot ingħadd kif suppost. F'elezzjoni fejn intrebħet b'44 vot, trid tara li żgur kollox għaddej kif suppost. Rigward ir-riforma, jien dejjem tkellimt ċar fuq kif nemmen li hemm bżonn iżjed outreach għaż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ m'għandhomx bżonn min jippritkalhom imma li jkunu katalisti politiċi huma. Irrid li jkollhom poteri importanti fuq fejn irridu li jimxi l-PN. Ir-riżultat ġie kważi 50/50, il-PL diġà beda jikkritika li din simbolika għal partit maqsum. Kif tirreaġixxi għal dan? Mhux maqsum għax kulħadd f 'demokrazija għandu għażla. Il- fatt li ġejna qrib xulxin sinjal li n-nies raw potenzjal fina t-tnejn imma mbagħad irid jirbaħ xi ħadd. Nemmen li kulħadd qiegħed f 'dgħajsa waħda, avviċinawni nies li vvutaw lil Delia. Hemm fejn naħdmu, jien ha nagħmel outreach fuq nies li vvutaw lil Delia u forsi għadhom mhux komdi bija. Irrid nara li l-partit ikun unit, għax partit magħqud jista' jkun partit rebbieħ. Għalhekk il-PL qed jattakka biex idaħħal flieles, għax l-ikbar biża' tal-PL huwa PN magħqud. Għamilt numru ta' avvenimenti matul il- kampanja. Issa li rbaħt, se tkun qed tippubblika kif iffinanzjajt il-kampanja tiegħek? Dażgur. Nemmen ħafna fit- trasparenza. Fil-ġranet li ġejjin, se nsib mezz sabiex nippubblika l-infiq u d-donazzjonijiet. Anke l-kontijiet tal-partit, insib mezz kif dawn se nippubblikawhom. Dan sabiex nuru kif anke mill- Oppożizzjoni, nuru li aħna trasparenti. Ma tistax tkun fil- gvern qabel ma tirranġa d-dar tiegħek. Tal-kontijiet smajnieha ħafna mingħand il-mexxej preċedenti. Għandek xi kalendarju ta' meta dawn ħa joħorġu? Fi żmien qasir, fi ftit xhur żgur sa nagħmel mezz biex nippubblikahom. Ħafna minnhom huma lesti, huwa imperattiv li sal-elezzjoni ġenerali jkunu ppubblikati. Inti kont għedt li se tqabbad kumitat tekniku fuq il- finanzjament tal-partit. Għandek f'moħħok min se jkun f'dan il-kumitat tekniku? Diversi persuni li se nagħmel mezz sabiex niltaqa' magħhom. Fi ftit ġranet sa nippubblika isimhom. Hemm xi nies fil- partit u oħrajn barra mill-partit. Il-maġoranza diġà aċċettaw. Ħa tkun qed tbiddel il- portafolli tax-Shadow Ministries? Il-fatt li l-elezzjoni ġenerali qiegħda wara l-bieb, dan huwa imperattiv. Jien mhux ħa neqleb kollox ta' taħt fuq imma hemm ċerti affarijiet bħas-solitudni li nemmen għandha tingħata iżjed importanza. Iva, hemm il-portafoll tas-saħħa mentali imma nixtieq li s-solitudni tingħata indipendenza minn dan. Hemm ukoll l-Intelliġenza Artifiċjali, parti kruċjali minn ħajjitna li m'għadhiex kwistjoni tal-futur imma tal-preżent. Sitwazzjoni stramba f'idejk b'żewġ eks mexxejja preċedenti, nibdew b'Bernard Grech. Ħa jkollu rwol fit- tmexxija tiegħek? Kulħadd għandu l-kwalitajiet tiegħu. Jien irrid partit inklussiv. Kull min hu ta' rieda tajba, il- bieb tal-PN miftuħ għalih. Anke Adrian Delia, jien diġà għedt li rrid naħdem spalla ma' spalla miegħu. Bħalissa hemm Charles Bonello bħala Segretarju Ġenerali. Komdu b'Charles Bonello? M'għandix problema bih. Ħafna nies fi ħdan il-PN jgħidu li qed jagħmel xogħol tajjeb. Kif diġà għedt, ħa nagħmel strutturi ġodda sabiex il-partit ikun iżjed effiċjenti. Inti pproponejt rwol ta' deputy leader ieħor. Se tmur għal xi ħadd żagħżugħ jew iżjed esperjenzat? Rigward il-viċi kap, illum għandna lil Alex Perici Calascione. Kulħadd jaf li għandu l-esperjenza neċessarja. Rigward il-viċi kap tal-parlament, se nkun qed insemmi min hu l-bniedem. Imma ovvjament biex jinħoloq dan l-irwol trid tressaq emenda għall-istatut u trid tgħaddi mill- istrutturi tal-partit. Inti għedt ukoll li ħa taħtar rwol ta' Kap Eżekuttiv. Dan l-irwol ħa jaħbat mal-irwol tas-Segretarju Ġenerali? Lanqas xejn. Jien ħa nagħmel distinzjoni bejn dawn it- tnejn. Is-Segretarju Ġenerali se jkun il-politiku tal-partit li jiddirezzjona l-messaġġ politiku tal-partit, se jieħu d-direzzjoni tal-MediaLink. Rigward il- Kap Eżekuttiv, l-irwol tiegħu ħa jkun wieħed kummerċjali u finanzjarju sabiex naraw iżjed dħul effiċjenti. Il-partit għandu ħafna assi riqdin jew nikruhom taħt il-valur tas-suq. Allura dan ħa jara kif ħa nimmassimizzaw id-dħul minn dawn l-assi. X'inhi l-ikbar prijorità tal-PN bħalissa? Din hi dik il-ħaġa li imbuttatni biex noħroġ għall-elezzjoni tal- kap tal-partit. Il-partit kellu bżonn imbuttatura. Xi ħaġa li n-nies tqanqalhom. Il-fatt li għandna kap żagħżugħ, hija xi ħaġa li lin-nies tressaqhom lejn il-partit. Speċjalment dawk il- 100,000 li ma jivvutawx, sabiex inressquhom lejn il-partit. Jien qsamt żewġ timijiet, wieħed iffukat li jistruttura l-partit intervista IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 • illum 06 "Ma tistax tkun fil-gvern qabel F'episodju speċjali ta' Xtra Sajf, Karl Azzopardi jitkellem ma' Alex Borg rigward il-pjanijiet tiegħu għal Partit Nazzjonalista ġdid.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 September 2025