MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 • illum analiżi Bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti Wara r-rebħa storika ta' Alex Borg bħala l-kap tal-partit Nazzjonalista, issa naraw jekk hux ħa jwettaq dak li wiegħed ILENIA DEBONO Wara kważi tliet xhur ta' kampanja Borg kontra Delia, it-tesserati Nazzjonalisti għażlu l-ambizzjoni minflok l-esperjenza, u l-istorja Maltija rat l-iżgħar kap ta' partit politiku kbir f 'Malta. Il-kampanja ta' Borg kienet ibbażata fuq wegħdiet ta' riġuvinazzjoni tal-partit li jaf twassal għar-rebħa kontra Robert Abela fl- elezzjoni li jmiss. Ħafna minn dawn il-proposti jinkludu tibdil intern fil-Partit Nazzjonalista li m'ilux waslu għal kontroversja kbira. Il-ġurnal ILLUM analizza dawn il-proposti skont dak li qal Borg stess u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-Partit Nazzjonalista sabiex timmarka l-ewwel ġimgħa ta' Borg bħala l-Kap il-ġdid. Portafolli tal-Kelliema tal- Oppożizzjoni Borg għamilha ċara li jrid iħalli l-marka tiegħu fil-partit billi jdawwar il-portafolli tal-Kelliema tal-Oppożizzjoni, imma għamilha ċara wkoll li mhux ħa jagħmel bidliet drastiċi. Matul din il-ġimgħa qal li ħa jħabbar l-irwoli tad-deputati Nazzjonalisti "fil-jiem li ġejjin." Hu qal f 'intervista waqt Xtra Sajf ma' Karl Azzopardi li jrid jintroduċi ċerti portafolli ġodda, inkluż is- solitudni li jrid jagħtiha iżjed importanza billi jagħmel distinzjoni bejha u s-saħħa mentali, u l-Intelliġenza Artifiċjali. Borg ta x'jiem li kemm Adrian Delia, kif ukoll Bernard Grech ħa jkollhom rwol importanti fil-kabinett tiegħu. F'kummenti li ta lill-media wara l-ħatra tiegħu bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni nhar l-Erbgħa, hu qal li "kulħadd għandu rwol fil-partit, inkluż Adrian u Bernard." Delia bħalissa qed iservi bħala l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, rwol li kien qed jokkupa waqt it-tmexxija ta' Bernard Grech. Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari Borg ippropona wkoll il-kreazzjoni ta' rwol ġdid fi ħdan il-partit, Viċi Kap għall- Affarijiet Parlamentari, voldieri l-partit ikollu żewġ viċi kapijiet, b'Alex Perici Calascione jżomm postu u jaħdem mal-kap il-ġdid. Avolja Borg għadu ma semmiex ismijiet, hu reġa' qal li daqt jiżvela lil min għandu f 'moħħu. Madankollu xorta għadu jrid iressaq l-emenda għall-istatut tal-partit sabiex jinħoloq dan l-irwol. Hemm min hu tal-idea li Adrian Delia jew Bernard Grech se jokkupaw din il-kariga. Kap Eżekuttiv tal-Partit Rwol ieħor li jrid jintroduċi Borg huwa l-irwol ta' Kap Eżekuttiv tal-partit, rwol li skontu se jkun qed jiffoka fuq kwistjonijiet finanzjarji u kummerċjali. Skontu, dan mhux ħa jaħbat jew jirkeb mal-irwol tas-Segretarju Ġenerali, peress li dan tal-aħħar se jkun il-messaġġier politiku, waqt li l-Kap Eżekuttiv se jkun qed jiffoka fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-partit u l-massimizzazzjoni mid-dħul tal-assi tal- partit. Borg għadu ma tax indikazzjoni lil min għandu f 'moħħu għal din il-kariga. Il-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista Fl-ewwel intervista mal-media indipendenti fuq Xtra Sajf ta' nhar it- Tnejn li għadda, Borg irrepeta l-istess kantaliena bħall-predeċessur tiegħu fejn qal li hu se jippubblika l-kontijiet tal- Partit Nazzjonalista. Hu stqarr li ħafna minnhom huma diġà lesti, u għalhekk ħa jiġu ppubblikati f 'temp ta' it xhur. Borg kien tkellem mal-midja fejn qal li l-ewwel diskors parlamentari tiegħu ħa jkun iffukat fuq riforma fil-liġi tal- iffinanzjar tal-partiti. Kif qiegħda l-liġi bħalissa, tippermetti li donazzjonijiet taħt €7,000 lill-partiti politiċi jistgħu jibqgħu anonimi. Borg irid li kull kontribuzzjoni tkun trasparenti, u anke bil-possibbiltà li jkun hemm finanzjament pubbliku sabiex jillimita d-dipendenza tal-partiti fuq il- privat. Il-Kap il-ġdid diġà enfasizza numru ta' drabi l-punt tat-trasparenza, u qal li fil-futur qarib se jippubblika wkoll il-finanzjament tal-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-kap tal-PN. Crowdfunding Proposta li spikkat iżjed fuq l-oħrajn kienet dik li l-kampanja elettorali għall- elezzjoni ġenerali li jmiss tkun finanzjata minn crowdfunding. Fl-intervista fuq Xtra Sajf, Borg stqarr li din hija neċessarja hekk kif il-PN m'għandux "power of incumbency kif għandu l-gvern." Borg ma tax ħafna dettalji imma qal li hu ċert li l-partitarji tal- PN se jkunu parteċipi f 'din il-kampanja. Hu qal li l-crowdfunding se jsir mal-maratoni ta' ġbir ta' fondi, imma l-crowdfunding se jkun biss għall- kampanja elettorali. Jista' jkun li dawn il-fondi se jkunu użati sabiex jiffinanzjaw l-irwol l-ieħor li jrid joħloq Borg, dak ta' campaign manager għall-elezzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 September 2025