MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

kienet elezzjoni close, pero close kemm hi close, dejjem se jkollok indikazzjoni. Dan ukoll ħa jkompli jżid it-tensjoni tan-nies li jkunu barra. Jiġifieri ovvjament jien nemmen li once li kellhom idea, kien ikun għaqli li joħorġu din l-informazzjoni. Riżultat close immens, differenza ta' 44 voti. Il- Partit Laburista donnu qed ikompli fuq il-mantra, fuq il-messaġġ li kien jaghti qabel li elezzjoni daqshekk viċin turi l-qasma li hemm fil-partit. Alex Borg, meta intervistajnieh fuq dan il- programm il-ġimgħa l-oħra qalilna li turi l-potenzjal taż- żewġ kandidati. Taqbel? Chris: Jiena naħseb l-iktar ħaġa li wieħed jista' janalizza minnha hija li ż-żewġ kandidati kellhom piż tajjeb fuq l-elettorat tat- tesserati. Trid tqis ukoll dawk li ma ħarġux jivvutaw. Li tkun close, close kemm hi close, tgħaddi b'marka jew tnejn, xorta min iġib l-iktar jirbaħ. F'dan il-każ naħseb li ma narahiex bħala m'hemmx għaqda. Jien ngħid li t-tnejn li huma għandhom il-valur fil- partit. Ovvjament hemm tesserati li jaqblu kemm ma' kandidat wieħed u anke mal-ieħor, u issa huwa żmien li ma jħarsux lura. Kif diġà semmejt, inti għext elezzjoni ta' mexxej ġdid. Hija xi ħaġa daqshekk importanti kemm tirbaħ u b'liema persentaġġ tirbaħ? Jew fl-aħħar mill-aħħar għandek rebbieh u r riżultat inqata'? Daniel: Jiddependi mill- attitudnijiet tal-individwi kkonċernati, jiġifieri għal Alex Borg jekk issaqsih, naħseb ċert li kien se jgħidlek li kien jippreferi jirbaħ b'60%. Imbagħad jiddependi mill-attitudni ta' Adrian Delia u n-nies li jappoġġjawh. Imma pereżempju l-aħħar elezzjonijiet li assistejt għalihom, aħna kellna elezzjoni bejn Alex Sciberras u Norma Saliba, li kien hemm 14-il vot biss differenza. Issa inti meta għandek elezzjoni li tkun pjanata tajjeb, il-kandidati jkollhom l-aġenti tagħhom li qed jaraw kull vot. Jiġifieri nemmen li ma kienx hemm serjetà biżżejjed. Imbagħad, fuq kollox, toħroġ ittra dwar voti dubjużi mingħand Adrian Delia. Dan ried joħroġ qabel u mhux wara. Bħala Laburist, inti tarah sfida ikbar lil Alex Borg ħabba li huwa naqra ta' 'unknown' għall-Partit Laburista? Daniel: Jien personalment ma kellix preferenza. Kif dejjem ngħid, il-PL kellu s-suċċessi elettorali li kellu, mhux għax l-oppożizzjoni kienet dgħajfa imma għax il-politika tal-Labour, in-nies tawha l-appoġġ. Jien f 'dan l-istadju qatt ma nagħmel underestimation tal-avversarju imma lanqas overestimation. Ħadt ir-ruħ li tela' Alex Borg u mhux Adrian Delia? Chris: Il-preferenzi tiegħi, huma li huma, mhuma se jinfluwenzaw lil ħadd. Issa għaddiet. It-tesserati għażlu lil Alex Borg u għalhekk nimxu 'l quddiem. Il-PN għandu kriżi t'identità. F'kuntest meta jiġi f 'sitwazzjonijiet etiċi, ħa narawh idawwar ir-rotta lil Alex? Chris: Politiku jrid jieħu deċiżjonijiet. Bħala kap u bħala partit irid ikollu deċiżjoni. Il-partit irid ikollu l-aġenda tiegħu. Bħalissa qed naraw mewġa ta' politika mal-lemin madwar l-Ewropa sħiħa. Il-PN għandu jirkeb fuq dik il-mewġa? Chris: Il-PN irid jara verament il-poplu xi jrid, jiġifieri l-problemi tal-lum kulħadd jaf x'inhuma ġol-lokal u allura jridu jindirizzawhom. Daniel, taħseb li jekk il-PN jadotta politika konservattiva jkun ta' thedida ghal-Labour? L-ewwel nett allaħares il-Partit Laburista ħa jiddetta l-politika tiegħu mill-politika li jiddetta l-PN. Wieħed irid ukoll jara l-kuntest ta' minn fejn ikun ġej. Chris, minkejja l-isfidi li kien hemm, il-PL żamm l-ekonomija tal-pajjiż stabbli. Il-PN donnu jeħel f 'dan is settur, u jeħel fil-kritika. X'għandu jagħmel il-PN biex jindirizza din il-problema? Chris: Naħseb li l-PN meta kien fil-gvern kien wieħed milli mexxa l-ekonomija, u s-saħħa tal-ekonomija li għandna fil- preżent hija frott ta' min kien hemm qabel li ovvjament huwa min-naħa tal-PN. Naqbel li forsi issa fil-mument tal-lum qisu għad m'hemmx dik id-direzzjoni ta' fejn trid tmur u allura hemmhekk nemmen li Alex Borg għandu verament jaħdem. Taħseb li hija kwistjoni ta' nuqqas ta' policies? Individwi? Chris: Naħseb li l-PN għandu jsib inidividwi li jimu, attwalment jekk għandux ma nafx għax m'iniex midħla minn ta' ġewwa però nemmen li iva, dawk in-nies jeżistu. Daniel, fejn taħseb li qiegħda l-problema tal-PN fejn tidħol l-ekonomija? Waħda mill-problemi ewlenin hija li l-Labour Party wiret ekonomija staġnata. Mill-2013 ir- rota bdiet ddur. Hemm element ta' kredibbiltà. Hemm element ukoll ta' talent li l-PN kellu li żvinta. Taqbel ma' Daniel li donnu l-PN imwaħħal fuq l idea li t-tajjeb li sar fil-pajjiż ġej minn żmien Nazzjonalista? It-tajjeb kulħadd irid jgħidlu tajjeb u viċiversa. Issa jekk illum l-ekonomija hija tajba, però saqsi n-nies hemm barra, it-traffiku hija realtà, il-porblema tal-kwalità ta' turisti qed tħalli impatt fuq in- nies. Taħseb li Metsola problema għal Alex Borg kif kienet għal Bernard Grech? Daniel: Ma nistax nantiċipa. Jista' jkun ħa tkun problema naqra inqas għax issa stqarret ruħha. Aħna qegħdin hawn nitkellmu fuq dan is-suġġett, konvint minnha, minħabba l-inkejja ta' Roberta Metsola. Jien iktar naħseb il-karattri li kien hemm wara l-leadership election kienu it moħbija. Ma ninsewx li din bdiet b'akkuża ta' tradiment. Issa min tradixxa lil min ma nafx, imma jien għal snin twal kont qed nosserva lil Delia josserva lil Alex Borg, ġiet il-vacancy ... F'daqqa waħda wera l-interess Adrian Delia li eventwalment kien l-ewwel wieħed li tefa' ismu, imbagħad ħareġ Alex Borg ... x'wassal għal dik id-deċiżjoni għandi l-idea tiegħi. Ħafna qegħdin jippruvaw joħorġu li Alex Borg qed juża 'the Joseph Muscat Playbook'. Issa inti ħdimt viċin ħafna ma' Joseph Muscat. Taħseb li dawn huma paralleli foloz? Daniel: Għalija li huwa evidenti huwa li Alex Borg studja ħafna d-diskorsi ta' Joseph Muscat, imbagħad qabad naqra sinonimi jiġifieri minn moviment qed juża alleanza, minn ġenerazzjoni rebbieħa qed juża bidla ġenerazzjonali, però jien ma tantx nara paralleliżmu. Joseph Muscat, il-PN jikkritah fuq diversi affarijiet. Iddejqek li Alex Borg jipprova juża dan il- playbook jew hija pożittiva? Chris: Attwalment bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu kien għax fi żmien li kien il-kapaċità tiegħu wkoll. Jien ma naħsibx li tista' tqabbel wieħed mal-ieħor. Jien naħseb li jekk jirnexxilek iġġib in-nies jirkbu l-istess karru tiegħek, hemmhekk tkun irbaħt diġà. Xi jżommj l-futur għal Alex Borg? Chris: Il-futur huwa wiehed li jrid jaħdem għalih hu stess, irid dejjem jżomm saqajh mal art u wkoll jaħdem ma nies li huma sura, nemmen li jkun jista jgib in nies lejn il partit. Xi jżomm l-futur għal-PL b'Alex Borg kap tal partit Nazzjonalista? Daniel: Il-PL jrid jibqa partit li jagħmel l-agenda tiegħu, li jkompli jiggeddwed u li fl ebda hin ma jidhol xi sens ta spirtu li isma wettaqna biżżejjed, ir-ritmu jrid jkompli jiżdied. intervista illum • IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 07 mistenni għal Alex Borg bħala kap ġdid?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 SEPTEMBER 2025