Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Bi ħġarna wara l-protesta nazzjonali kontra ir-riforma proposta tal-liġi tal-ippjanar M it-twaqqif tagħha f 'April tal-2006, il-gazzetta ILLUM kienet dejjem tarka favur ambjent u politika ambjentali. Fl-2006, il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, immexxi minn Lawrence Gonzi u xprunat mill-Ministru ta' dak iż-żmien George Pullicino, fass- lu local plans; pjanijiet li kienu eżerċizzju fl-istupru ta' pajjiż; pjanijiet li kienu mfassla fuq politika favur l-ispekulazzjoni. Dakinhar il-protesti fit-toroq kienu appoġġjati minn politiċi tal-oppożizzjoni fosthom Joseph Muscat. Wara li sar Prim Ministru fl-2013 u rebaħ lil Gonzi fl-elezzjoni, mexa biex hu stess ifassal politika miskina u skabruża biex il-kampanja Maltija u l-pajsaġġ Malti jkompli jitfarrak. Dak iż-żmien Robert Abela ma kienx attiv fil-politika. Kien avukat attiv u fuq kollox l-avukat tal-Awtorità tal-Ippjanar, liema awtorità kienet responsabbli minn deċiżjonijiet żbaljati li kienu biss immirati għal skop wieħed: l-ispekukazzjoni. Il-politika ta' Gonzi, imbagħad ta' Muscat u issa ta' Abela hija waħda ispirata mix- xewqa li l-industrija tal-bini u dik tal-ispekulazzjoni tkompli mingħajr xkiel. Ftit li xejn hemm indikazzjoni li hemm xi interess biex jinstab bilanċ. Anzi kull diskors dwar sostennibbiltà hija waħda frivola u mingħajr sustanza. Fl-aħħar ta' Lulju, meta kulħadd kien moħħu biex imur il-baħar, isiefer, u jinsa it mid-dinja, inkiss inkiss, il-Gvern ħareġ riforma fil-forma ta' liġi li tbiddel il-prinċipju tal-liġi tal-Ippjanar. Tant kienet miskina l-attentat ta' riforma, li ħafna ministri lanqas biss kienu jafu biha. Ħafna minnhom esprimew l-opinjoni li din kienet liġi żbaljata. Imma l-ebda wieħed minnhom ma kellu s-sinsla jgħid xi ħaġa fil- pubbliku. Din kienet liġi li l-Gvern, u għandna nimu anki l-Prim Ministru, ried jgħaddi mingħajr ebda diskussjoni fil-Parlament. Issa qed issir konsultazzjoni, liema konsultazzjoni qed tiġi deskritta bħala fażulla. Tant hu hekk li l-għaqdiet ambjentali u anke dik ċivili qed jingħaqdu biex jipprotestaw kontra din il-proposta tal-liġi. Ċertament min qed imexxi din il-protesta – il-grupp Graffitti – ma jistgħux jiġu deskritti bħala laħam mibjugħ. Huwa grupp tax-xellug, ispirat minn interessi ambjentali u politiko-soċjali; grupp li dejjem kien vuċi għal dawk li m'għandhomx vuċi. Wara l-elezzjoni għall- Parlament Ewropew fejn il- Partit Laburista rebaħ b'marġni żgħira ta' 8,000 vot, Robert Abela kien stqarr li lest jisma' l-karba tan-nies fuq l-ambjent u l-kostruzzjoni. Bil-proposta tal-liġi wera li hu għamel l-oppost. Din il-gazzetta mingħajr tlaqliq, mingħajr dubji, u mingħajr ma taħsibha darbtejn tappoġġja l-protesta ta' nhar is-Sibt fit-toroq tal-Belt kontra din il-proposta tal-liġi u tħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi.