Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880
13 arti u kultura IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-bibien tqal imma beraħ tal-kitba Minħabba r-realtajiet li jindirizza, ix-shelter Dar Merħba Bik għandu bibien tqal tal-ħadid b'tamiet żgħażagħ warajhom. Minkejja s-sigurtà tal-post u ċ-ċirkustanzi sensittivi tar-residenti, ħsibna li nieħdu l-festival għandhom biex huma wkoll ikollhom esperjenza tiegħu. U għall-istess raġunijiet, stedinna lil Omar N'Shea sabiex imexxi s-sessjoni, awtur b'vuċi relattivament distinta, anke jekk ġdida — tal-inqas fl-isfera pubblika — u li jikteb u jippubblika esejs fuq is- sit letterarju Aphroconfuso. Il-kitbiet tiegħu spiss jitilqu minn, u jesploraw, imkejjen ta' vulnerabbiltà imma wkoll ta' saħħa, mingħajr ma jqis il-waħda bħala l-antidotu jew il-kontrobilanċ tal-oħra. Omar huwa wkoll arkeologu, bi speċjalizzazzjoni fl-Imperu Assirjan imma wkoll b'interess fl-arkeoloġija lokali, u għalhekk is-sessjoni telqet minn oġġett, fdal neolitiku li madwaru Omar u l-parteċipanti l-oħra żiedu saff f 'saff ta' stejjer. Bebbuxu b'toqba fih x'użi seta' kellu? Seta' qeda l-irwol ta' buttuna, misluta, ġojjellerija oħra? Biex setgħet saret it-toqba u x'ħajt seta' ntuża sabiex il-bebbuxu ssensel m'oġġetti oħra? Il- lakuni tal-(pre)istorja setgħu jissewwew bl- esperjenzi tal-parteċipanti. Is-sessjoni kienet intima: Omar poġġa mal-istess mejda tal-parteċipanti li kienu jgħoddu l-waħdiet. Is-sessjoni kienet intima wkoll sal-punt li wħud mir-residenti esprimew ix-xewqa li anke huma jiktbu, li l-bibien tqal tal-kitba jisfrundawhom beraħ u li jkunu huma li jagħtu forma lill-ġrajjiet u lill-ħsus tagħhom stess, li jkollhom kontroll. Is-sessjoni kienet intima wkoll għax kienet għaddejja sessjoni parallela ma' wlied ir- residenti, li qajla jkollhom mumenti mingħajr it-tfal. Fil-każ tat-tfal, il-ġrajja saret logħba għax l-oġġetti kienu l-ġugarelli tagħhom stess. Huma ntalbu jagħżlu tliet ġugarelli kull waħda u kull wieħed. Imbagħad, sensluhom f 'narrattiva dwar kastelli u mostri u dwar tigri li jsuqu l-karozzi u jiġu salvati minn ambulanzi-ħelikopters. Bil-proġetti tagħha, Inizjamed tfittex li tilħaq komunitajiet differenti u tipprovdilhom spazju għall-espressjoni u tittama li — bl-għajnuna ta' aktar voluntiera — testendi din il-ħidma lil hinn minn it drabi fis-sena. Din is-sessjoni m'Omar ittellgħet fit-2 ta' Settembru 2025 bis-sehem ta' Kit Azzopardi u Justine Somerville. Artiklu ta' Kit Azzopardi (Inizjamed) Min jixtieq jikkuntattja lill-Fondazzjoni Dar Merħba Bik jista' jiktbilhom fuq darmerhbabik@gmail.com (2144 0035). Min jixtieq jikkuntattja lil Inizjamed jista' jikteb fuq info@inizjamed.org (www. inizjamed.org). Festivals Malta qed tħabbar dehra u isem ġdid għal dak li kien Ritmu Roots Festival. Mill-21 sal-24 ta' Mejju tal-2026, Festivals Malta se tkun qed tniedi l-ewwel edizzjoni ta' dan il-festival taħt l-isem Festgħana, festival bl-għeruq u x-xniexel. Din id-deċiżjoni biex il-festival jieħu sfumatura differenti ttieħdet wara taħditiet mal-membri tal-komunità tal-għana u wkoll nies li kienu involuti fit-tħejjija ta' dak li kien il-festival Għanafest, riċerkaturi fil-qasam tal-folklor u t-tradizzjonijiet Maltin, u nies li matul is-snin, iddedikaw ħajjithom għall- preservazzjoni u l-promozzjoni tal-għana Malti. Dan qed isir bl-għan li t-tradizzjoni tal-għana mhux biss tkun apprezzata, imma tingħata pjattaforma nazzjonali siewja sabiex tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha. Din il-bidla minn Ritmu Roots Festival għal Festgħana timmarka wkoll l-ewwel sena tal-festival taħt id-direzzjoni ta' Toni Sant. Il-festival li se jkollu dehra differenti, se jkollu wkoll għadd ta' attivitajiet matul is-sena marbutin mal-għana lil hinn mill- attivitajiet prinċipali fl-Argotti f 'Mejju sabiex titwassal l-għana fil-komunitajiet ukoll. Dawn qed isiru b'kollaborazzjoni ma' membri tal-komunità tal-għana, NGOs u kunsilli lokali. Dr Sant huwa riċerkatur li għandu esperjenza estensiva fir-riċerka tal- mużika Maltija. Huwa l-President u wieħed mill-Fundaturi tal-Fondazzjoni M3P, organizzazzjoni li tiddokumenta u tippromovi l-għarfien dwar il-mużika Maltija, kien id-Direttur Artistiku ta' Spazju Kreattiv, iċ-Ċentru Nazzjonali tal- Kreattività, mill-2014 sal-2020, u huwa Professur tal-kurazzjoni diġitali fi ħdan l-Università ta' Salford. Hu u jikkummenta dwar il-bidliet sinifikanti u l-pjan li qed jitfassal għal Festgħana, Dr Sant qal li "Festgħana hija ċelebrazzjoni ta' wirt l-għana Malti b'opportunità biex titrawwem ġenerazzjoni ġdida ta' għannejja u daqqaqa. Huwa essenzjali li niċċelebraw ukoll l-inklużjoni tal-għana fil-lista ta' wirt kulturali intanġibbli mill-UNESCO għax dan jgħin biex din l-espressjoni kreattiva tradizzjonali tkun apprezzata ukoll fil-kuntest globali". Biex issegwu aktar dwar Festgħana u żviluppi marbuta ma' dan il-festival, żuru l-paġni ta' Festgħana fuq Facebook u Instagram. Festgħana huwa organizzat minn Festivals Malta bis-sapport tal- Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali. Minn Ritmu għal Festgħana: Pjattaforma għall- għana li se tiffoka fuq l-għeruq Maltin Ta' kull sena, Inizjamed torganizza sessjoni ta' qari, kitba, jew diskussjoni għal udjenza magħluqa bħala parti mill-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta. Din is-sena, is-sessjoni saret f'Dar Merħba Bik bejn residenti li għexu l-vjolenza domestika u Omar N'Shea, wieħed mill-awturi mistiedna tal-20 edizzjoni tal-Festival.