MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Is-Sur Vince Williams li hu r-Rappreżentant ta' Malta u anki tal-Ewropa tal-International Al Jolson Society (I.A.J.S.), li tagħha jien ukoll membru, bagħatli din il-Press Release dwar it-98 anniversarju tal- film e Jazz Singer (1927), ikkunsidrat bħala l-ewwel film mitkellem u li rrivoluzzjonarja għall-aħjar din l-industrija. Kienu l-aħwa Franċiżi Auguste u Louis Lumiere, manifatturi ta' tagħmir fotografu bħal kameras, li fl-1895 taw l-ewwel wirja ċinematografika lill-udjenza li ħallset biex tara film ta' ferrovija dieħla fi stazzjon. Uħud minnhom bil-biża' ħarġu 'l barra għax ħasbu li l-ferrovija ġejja għal fuqhom minn ġol-liżar taċ-ċinema. Dan hu kkunsidrat bħala l-ewwel proġett ta' din, issa magħrufa bħala s-Seba' Arti. Iċ-ċinema mutu dlonk saret popolari ħafna u s-snin sa minn qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija sal-1927 jibqgħu mfakkra bħala ż-Żmien tad-Deheb għal din l-industrija. Sa mis-snin bikrin tal-1900 saru diversi tentattivi biex ikun sinkronizzat film u diska (mużika) u b'hekk il-ħoss ikun jista' jinstema'. Ir-riżultati ma kinux sodisfaċenti, però l-provi dejjem baqgħu jsiru u xi progress ċkejken dejjem sar. Matul il-wiri tal-films muti fit-teatri aktarx li dejjem kien ikun hemm xi ħadd idoqq il-pjanu ġewwa t-teatru. Is-snin bdew igerbu u dan wassal biex inħolqot is-sistema Amerikana VITAPHONE b'ħoss fuq diska li radikalment aġevola liċ-ċinema. Biex jinstema' l-ħoss, diska fonografika kienet iddoqq waqt il-wiri tal-film biex tikkrea l-ħoss. Kienet il-Vitaphone l-ewwel sistema ta' suċċess kummerċjali li notevolment intużat ġo films bħal Don Juan (1926) u e Jazz Singer. Il-kumpanija Warner Brothers iffurmata minn erba' aħwa, Harry, Sam, Albert u Jack, ulied ta' emigranti Pollakki ta' nisel Lhudi, malajr irrealizzaw il-potenzjal tas-sistema Vitaphone. Flimkien mal-kumpanija Western Electric kienu qed jagħmlu esperiment biex jiddaħħal il-ħoss fil-films. Nhar is-6 ta' Awwissu 1926 intwera għall-ewwel darba l-film Don Juan bl-attur prinċipali John Barrymore. F'dan il-film li għamel suċċess il-Warner Brothers Vitaphone Company użat is- sistema tal-ħoss Vitaphone fejn jidħlu effetti tekniċi ta' ħsejjes ta' mużika. Ta' min ifakkar li f 'dan il- film ma kienx hemm djalogu. Biex dan l-esperiment ikompli jkun introdott mal-pubbliku, il- Warner Bros. għażlu lill-kantant Al Jolson kif ukoll lil George Jessel li kien ukoll jagħti wirjiet fuq il-palk ta' Broadway. Nhar is-7 ta' Ottubru 1926, udjenza fit-teatru e Colony fi New York semgħet u rat lil Al Jolson ikanta, din id-darba mhux fuq il- palk ta' Broadway bħalma kienet imdorrija tarah għal ħafna snin, iżda fuq il-liżar taċ-ċinema matul film qasir li llum hu magħruf bħala e Plantation Act, fejn Al Jolson kanta tliet kanzunetti u anki nstema' jitkellem. L-udjenza ħarġet mit- teatru kuntenta u mistagħġba. L-esperiment kien tajjeb iżda madankollu ħadd ma ħadu bis- serjetà. Il-figuri fid-dħul tal-flus kull fejn intwerew films bil- Vitaphone kienu inkuraġġanti. Il-kumpanija Fox varaw il- Movietone Newsreel fejn użaw il-ħoss iżda mhux djalogu minn xi ħadd. Il-Warner Bros irċevew ħafna suġġerimenti biex juru e Plantation Act waqt fiera ta' divertiment, però ma tawx kas. Mill-banda l-oħra, eżekuttivi ta' kumpaniji oħra tal- films u l-maġġoranza tal-kritiċi rridikulaw l-idea tal-film bil-ħoss sinkronizzat u dwar in-nuqqas tal- atturi li jitkellmu ċar fuq il-liżar ċinematografiku. Iżda uffiċjal eżekuttiv ġdid mal- istess Warner Bros., iż-żagħżugħ Darryl F. Zanuck (li wara mexxa b'suċċess il-kumpanija 20th Century Fox għal snin twal, l-aktar fi żmien is-sistema ġdida introdotta minnhom tas- CinemaScope, 1953), issuġġerixxa li jinħadem film ta' tul normali u l-Warner Bros. Vitaphone qablu ma' dan il-parir. Billi aktarx ma kellhomx finanzi biżżejjed għal storja ġdida, il-Warner Bros. Vitaphone kellha tagħżel storja li kienet diġà magħrufa. L-aħjar storja li tista' tkun ta' suċċess kienet e Jazz Singer, popolari ferm fuq Broadway. L-attur prinċipali kellu jkun George Jessel. e Jazz Singer kienet ibbażata fuq ir-reċta miktuba minn Samson Raphaelson. Kien dan l-awtur stess li impressjona ruħu bil-kbir meta ra għall-ewwel darba lill- kantant Al Jolson jaħdem fuq il-palk ta' Broadway fix-show mużikali Robinson Crusoe Junior fl-1916. Raphaelson baqa' impressjonat kif Al Jolson kien kapaċi jikkommunika mal- udjenza permezz taċ-ċajt li kien jgħid, għall-mod kif jinterpreta l-kanzunetta tiegħu, għall-mod kif jiżbogħ wiċċu bħal ta' minstrel u għall-mossi pjaċevoli li kien jagħmel fuq il-palk. Fl-1921 meta Raphaelson kien għadu student f 'Chicago Illinois, kiteb storja u semmieha e Day Of Atonement. L-istorja tirrakkonta l-avventuri ta' iben ta' Rabbi Lhudi li jaħrab mid-dar, isir idolu ta' Broadway u wara diversi talbiet minn missieru li jkun qrib il-mewt, imur lura d-dar biex ikanta fis-sinagoga u b'hekk iferraħ lil missieru. Din l-istorja ta' Samson Raphaelson hi ovvjament ibbażata fuq il-ħajja u l-karriera li kien għadda minnha Jolson. Iż-żagħżugħ awtur talab lil Al Jolson biex jagħti daqqa t'għajn lejn l-istorja. Jidher li għall-ewwel Jolson ħaseb li ma kinitx tgħodd għalih, għalkemm uħud kitbu li Jolson għoġbu d-dramm. 14 films IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici THE JAZZ SINGER, l-ewwel film talkies ... jagħlaq 98 sena L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Al Jolson

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 SEPTEMBER 2025