MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

I l-ġid komuni ta' pajjiżna — l-art, il-proprjetà u l-fondi pubbliċi — hu ta' kull wieħed u waħda minna. Għaliex il-ġid ta' pajjiżna hu ta' kulħadd, u mhux tal-it priv- ileġġati, kull ċenteżmu għandu jkun imħares u investit lura fil-poplu: fil-familji, fiż-żgħażagħ, fl-anzjani u f 'dawk li għandhom bżonn l-aktar. Malta għandha riżorsi limitati, u għalhekk hu d-dmir ta' kull Gvern li jiżgura li dawn jintużaw bl-aqwa mod possibbli. Il-wegħda li ma seħħet qatt Meta twaqqfet l-Awtorità tal-Artijiet fl-2016, reazzjoni ta' malajr għall-iskandlu ta' Strada Żekka, il-Gvern Laburista kien wiegħed trasparenza u ġustizzja. Il-Gvern kien wiegħed li l-ħolqien ta' din l-Awtorità kien se jkun pass kbir għal governanza tajba. Il- Ministru ta' dak iż-żmien, Deborah Schembri, saħqet li l-poplu kien se jibbenefika minn din ir-riforma li suppost kienet se toħloq "ġenna fl-art". Ma kienx hemm bżonn wisq żmien biex ikollna l-parir. Din l-Awtorità nbniet b'mentalità ta' fortizza magħluqa, immexxija b'omertà istituzzjonalizzata u nuqqas ta' kontabbiltà grassa. Il-każ tal-Fortina f 'Tas-Sliema huwa l-aħħar minn sensiela ta' każijiet skandalużi u eżempji mistkerrha fejn il-Gvern naqas mill-obbligu tiegħu li jagħmel l-aħjar użu mill-ġid komuni u fejn huma evidenti s-sintomi ta' governanza marida. Meta fl-2019 il-Gvern ressaq quddiem il-Parlament ir-riżoluzzjoni dwar il-Fortina, il- Partit Nazzjonalista oppona b'leħen sod għaliex kien jidher ċar li l-ġid tal-poplu kien qed jintrema. Sitt snin wara, ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li kien ippreżentat fil-Parlament it tal-ġranet ilu, ikkonferma li l-Oppożizzjoni kellha raġun. Il-Gvern aċċetta li jneħħi kundizzjonijiet fuq l-art pubblika bi prezz ferm inqas minn dak reali: 8.1 miljun ewro minflok il-valur stmat ta' aktar minn 24 miljun. It-tneħħija tal-kundizzjoni, li jista' jsir biss żvilupp turistiku biex ikun jista' jsir żvilupp kummerċjali u residenzjali ukoll, issarrfet f 'telf lill-poplu Malti u Għawdxi ta' 16-il miljun ewro. X'seta' sar bis-€16-il miljun li l-Gvern tellef lil pajjiżna 16-il miljun ewro setgħu bidlu tant ħajjiet ta' familji u persuni għat-tajjeb jew għall-aħjar. Il-Partit Nazzjonalista u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, urew b'mod ċar kif dawn il-fondi setgħu jintużaw. B'16-il miljun ewro, madwar ħames mija u ħamsin familja jew koppja setgħu jingħataw l-opportunità li jixtru l-ewwel dar tagħhom. Kieku dan il-ġid kien investit f 'poplu, ħafna żgħażagħ ma kinux jibqgħu mbarrati mis-suq tal-proprjetà li ma jifilħux għalih. Dawn il-miljuni setgħu ġew investiti fi programmi u skemi bħal dik li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista — ir-Rent-to-Own — fejn kull ħlas ta' kera jgħodd bħala parti mill-ħlas għall-prezz tad-dar. Kemm koppji setgħu jgħidu bil-kburija li għandhom darhom mingħajr ma ssallbu għal għomorhom f 'dejn li jaqtagħlek nifsek! 16-il miljun ewro setgħu wkoll iservu biex jiġu rrestawrati proprjetajiet vakanti pubbliċi u minflok toroq mimlija binjiet abbandunati, setgħu ġew irranġati aktar appartamenti u djar affordabbli, b'ambjent urban iktar ħaj u sigur. Dawn il-flus setgħu marru biex jitħaffew il-ħlasijiet ta' kumpens li mijiet ta' familji ilhom jistennew għal deċenji minflok ma s-sidien orġinali ġew imġiegħla jmorru l-Qorti biex jieħdu lura dak li hu tagħhom bi dritt u b'ġustizzja. Kieku l-Gvern ħares l-interess tal-poplu u mhux tal-it qrib tiegħu, u ma tax lok u spazju għal ħniżrijiet u l-ħabi tagħhom, aktar miljuni setgħu ġew investiti fil- qasam tas-saħħa u tal-edukazzjoni. Aktar tobba, aktar infermiera, aktar għalliema u aktar riżorsi fil-klassijiet u fl-isptarijiet tagħna. Aktar servizzi għal min jeħtieġhom. Għaliex għandna bżonn bidla Il-każ Fortina mhux episodju iżolat. Hu parti minn mudell ta' governanza fejn il-poplu jitlef u l-it jirbħu. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista jinsisti fuq bidla radikali. Irridu trasparenza sħiħa fejn kull rapport u valutazzjoni dwar art pubblika jkunu magħrufa. Aktar minn hekk, il-valutazzjonijiet għandhom ikunu bl-aktar mod oġġettiv u bbażati fuq standards ċari, ġusti, u ugwali għal kulħadd. Irridu nimu d-dgħufijiet tas- sistema billi ssir Inkjesta Pubblika biex niddeterminaw fejn irid jinbidel u fejn irid jitjieb. Irridu kontabbiltà vera fejn min ħeba jew ippreżenta informazzjoni falza jiġi quddiem il-ġustizzja. Irridu li l-art pubblika ma tintużax bħala rigal minn min għandu l-poter. U fuq kollox, il-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed li l-Awtorità tal-Artijiet tinbidel minn fortizza magħluqa għal istituzzjoni moderna, trasparenti, akkontabbli u responsabbli. Konklużjoni Din hi l-konsegwenza ta' governanza falluta: miljuni ta' ewro li ntilfu u magħhom intilfet opportunità li dawn il-flus jissarrfu fi djar, fi programmi ta' għajnuna, u f 'servizzi b'risq in-nies. Il-poplu jixraqlu ħafna aktar. Jixraqlu li l-flus tiegħu jkunu mħarsa u mħaddma aħjar — għalik. Għax pajjiżna m'għandux ikun imxejjen minn xi it li jaqdu lilhom infushom, imma għandu jkun imexxi minn viżjoni li l-ġid komuni jitħaddem u jitqassam b'mod ġust u b'responsabbiltà. Il-ġid pubbliku hu tal-poplu. Għalik, għal uliedek, u għall- ġenerazzjonijiet ta' għada. Inġinier u kelliem tal oppozizzjoni għall-Ippjanar, il-Kostruzzjoni u l-Artijiet STANLEY ZAMMIT Pajjiżna jixraqlu li flusu jkunu mħarsa 08 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum opinjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 SEPTEMBER 2025