Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880
Chairperson tal-Partit Momentum ARNOLD CASSOLA 10 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum opinjoni F 'Novembru tal-2019, sa minn 48 siegħa qabel ma ġie arrestat, Yorgen Fenech kien qiegħed jirċievi messaġġi ħerqana mingħand iċ-Chief of Staff ta' Joseph Muscat, Keith Schembri u mis-Segretarja ta' dan l-aħħar. L-aħħar messaġġ kien xi l-4 ta' filgħodu tal-20 ta' Novem- bru. Nofs siegħa wara, Yorgen Fenech ġie arrestat ... u l-mes- saġġi waqfu. Ftit xhur qabel, dejjem fl- 2019, Keith Schembri kien medhi f 'biċċa xogħol oħra, naturalment biċċa xogħol illegali. Jidher li, mindu laħaq Prim Ministru Joseph Muscat fl-2013, dan is-suppost Chief of Staff tal-Prim Ministru ssibu ħafna drabi involut fil-każijiet politiko-kummerċjali l-aktar maħmuġin li seħħew f 'pajjiżna. Jekk l-OCCRP innominaw lil Joseph Muscat bħala l-aktar politiku korrott fid-dinja għall-2019, Keith Schembri tabilħaqq jixraqlu t-titlu ta' "Toto' Riina ta' Malta". Il-ħidma (u ħadma) illegali li kien involut fiha l-Kasco fl-ewwel xhur tal-2019 kienet tikkonsisti fil-ħabi ta' valutazzjoni tad-ditta Grant Thornton, ta' bejn 18 u 24 miljun ewro, tal-valur kummerċjali tal-art f 'Tigne', li fuqha Zammit Tabona tal- Fortina ried jiżviluppa residenzi għall-bejgħ għoljin 15-il sular, kumpless kummerċjali, hotel ta' 13-il sular, eċċ. F'dawn il-ħmistax-il ġurnata, kulħadd f 'Malta sar jaf li jien kont mort għand l-awditur biex jiftaħ investigazzjoni dwar din id-dirty deal. Mill- investigazzjoni tal-NAO ħareġ mhux biss li l-Fortina ngħatat tibdil fil-kundizzjonijiet tal- iżvilupp għall-prezz ta' ċirka tmien miljuni minflok 18-24 miljun, iżda nkixfu wkoll gamorri kbar bejn politiċi, funzjonarji tal-Awtorità tal- Artijiet u xi ħadd fil-Fortina biex jinħeba r-rapport bil-veru valur tal-operazzjoni. X'kixfet l-investigazzjoni tal- NAO? Fir-rapport joħroġ ċar li kien hemm din il-valutazzjoni ta' 18-24 miljun ewro f 'idejn iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet, l-Imħallef Lino Farrugia Sacco. Għal xi raġuni inspjegabbli Farrugia Sacco qal lill-Bord li dan ir-rapport ma kienx f 'idejh għax kien għadu ma tlestiex ... meta fil-fatt kien ilu lest. Għaliex Farrugia Sacco qal hekk diffiċli nsiru nafu, għax sadattant l-Imħallef m'għadux magħna. Mill-investigazzjoni tal-NAO joħroġ ukoll, għall-kuntrarju ta' dak li qed jingħad issa fil-paniku, li l-Ministru tal- Lands, Ian Borg, sar jaf li kien hemm il-valutazzjoni ta' Grant Thornton, u li hu talab lil Farrugia Sacco spjegazzjoni dwar dan ir-rapport. Fix-xhieda tiegħu, Ian Borg ma jispjegax għaliex waqaf hawn u ħalla l-Fortina jħallsu tmien miljun biss qabel ma huwa kellu ċans jara x'valutazzjoni taw Grant Thornton. Mill-investigazzjoni joħroġ li Farrugia Sacco qal lil Grant Thornton biex jibagħtu l-kont tar-rapport lill-"Office of the Prime Minister", attention Keith Schembri. L-ewwel mistoqsija ovvja hija: imma Keith Schembri u l-OPM x'kellhom x'jaqsmu ma' din l-operazzjoni tal-Lands li, jekk xejn, kienet taqa' taħt il-Ministru Ian Borg? It-tieni ħaġa ovvja hi li Keith Schembri u Farrugia Sacco kienu qed jikkomunikaw bejniethom, illegalment, dwar dan id-deal. Keith Schembri x'interess kellu biex jindaħal f 'dan id-deal? Mhux biss, imma joħroġ ukoll li Keith Schembri u Joseph Muscat kellhom laqgħat mal-Fortina fuq dan id-deal. Joesph u Keith x'interess kellhom biex jindaħlu "to make progess" fuq din il-ħidma- ħadma? Joħroġ ukoll li s-CEO tal-Lands ta' dak iż-żmien, James Piscopo (ex-CEO tal- Partit Laburista) kellu shares f 'kumpaniji ma' diretturi tal- Fortina u baqa' jieħu pagamenti mingħandhom mill-2019 sal- 2022. Huwa jiċħad li dawn il- pagamenti għandhom x'jaqsmu ma' dan il-proġett. Imma, ħaġa gravissima, joħroġ ukoll li xi ħadd kien qed javża lill-Fortina bil- valwazzjoni ta' tmien miljuni, suppost kunfidenzjali, li kienet qed tingħata mill-Awtorità tal- Ippjanar. Min kien dan l-ispjun li kien qed jinforma lill-Fortina b'kollox? Ma nafux eżattament min, iżda żgur li dan ix-xi ħadd gej mill-Uffiċċju tal-OPM jew tal- Awtorità tal-Ippjanar. Ma nafux eżattament min, iżda jista' jkun xi ħadd minn fost Farrugia Sacco, Keith Schembri, James Piscopo, Joseph Muscat jew kull uffiċjal ieħor fl-OPM jew Lands, li kellu aċċess għal dak li kien qiegħed jingħad fuq il- Bord tal-Awtorità tal-Artijiet. Ovvjament, f 'dinja normali jmissu ilha li bdiet investigazzjoni tal-pulizija. Imma hawn Malta għandna lil Angelo Gafa'. U issa nafu tajjeb kif jaħdem. Meta jkun hemm xi politiku involut f 'suspett ta' skandlu jtawwal kemm jista' jkun il-proċeduri biex l-agħar akkużi jispiċċaw preskritti. Jiġifieri jien, mingħand Gafa', ma nistenna xejn. Madankollu, bil-liġi Maltija, Kapitlu 573 tal-Liġijiet ta' Malta, konċessjoni u permess frawdolenti jistgħu jiġu revokati jew mill-A.G., jew mill-Avukat tal-Istat jonkella minn Membru tal-Parlament, li jista' jiftaħ kawża fil-Qorti. Ċittadin normali, bħali u bħalkom, m'għandu l-ebda dritt imur il- Qorti. Bħal Gafa', mill-A.G. u mill- Avukata tal-Istat ma nistenna l-ebda azzjoni b'saħħitha. Imma, li jgħaġġibni hu li l-Grupp Parlamentari tal-PN, taħt il-gwida tal-Kap ġdid Alex Borg, iltaqa' fis-16 ta' Settembru ... u ddeċieda li ma jiftaħ l-ebda kawża biex iġib lura s-16-il miljun li nsterqu mill-poplu Malti. Jiena nistaqsi: il-PN ta' Alex Borg x'interess għandu li jħalli lill-ħallelin jaħarbu bil-miljuni tat-taxpayer Malti? Il-Gamorri marbutin mal-Fortina 10 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum opinjoni Fir-rapport joħroġ ċar li kien hemm din il-valutazzjoni ta' 18-24 miljun ewro f'idejn iċ- Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet, l-Imħallef Lino Farrugia Sacco.