MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 981 €1.50 IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 DISKUSSJONI DWAR IL-KWISTJONI TAL-ISKANDLU TAL-FORTINA FUQ XTRA SAJF GĦAĠLA FIL-PN BIEX KOLLOX IKUN LEST SAL-ELEZZJONI Aktar kmieni din il-ġimgħa, il- Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija fejn ippropona tax band ġdida għall-ġenituri li jkollhom iżjed minn wild wieħed, proposta simili li għamel il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fi Frar ta' din is-sena. Il-proposta tal-Oppożizzjoni tgħid: "il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li f 'pajjiżna tiddaħħal it-tieni tax band għal dawk il-ġenituri li jkollhom aktar minn wild wieħed. Din il-bracket ġdida tat-taxxa – li tkun tissejjaħ 'Parent 2' – tħalli €8,500 aktar fis-sena lil dawk il- familji li jagħżlu li jkollhom aktar minn wild wieħed." F'indirizz li kien għamel Caruana fil-Parlament fi Frar, hu kien ippropona rata ta' taxxa għall-familji li jkollhom it-tieni wild. Caruana kien għamel referenza għal ċifri li juru r-rata ta' twelid ta' Malta li dejjem qed jonqos. "Irridu nħarsu lejn kreazzjoni ta' rata ta' taxxa għall-familji li għażlu li jkollhom it-tieni wild. Irridu ninċentivawhom billi ntuhom eluf ta' ewro fis-sena." Caruana kien żied jgħid li xi ħaġa bħal din ħa tiswa l-miljuni lill-Gvern, probabbli iżjed minn 20 miljun. Fl-istqarrija tagħhom, il-PN semma li Clyde Caruana kien irrikonoxxa din il-problema imma naqas milli jsemmi li kien ippropona soluzzjoni. L-Oppożizzjoni qatt ma naqset milli takkuża lill-Partit Laburista li jisirqu l-proposti tagħhom, nassa li waqgħu fiha huma stess. Joħorgu bi proposta li diġa kien għamel Clyde Caruana Hekk kif il-PN għaddej minn honeymoon bl- elezzjoni ta' Alex Borg bħala kap il-ġdid tal- Partit Nazzjonalista, kien hemm ġirja biex jinħatru l-kelliema l-ġodda jew dak li hu magħruf bħala s-shadow cabinet. Stennija kbira għall-karigi li se jkollhom Adrian Delia u Bernard Grech, u min se jkun il- kelliem tal-finanzi. Borg kien diġà ħabbar li se jaħtar kelliema ġodda għal dekasteri li ma jeżistux bħala dekasteri fil-Gvern. Sal-bieraħ filgħodu Borg kien qed jiltaqa' ma' deputati biex jgħarraom bid-dekasteri tagħhom u dan wara lejl twil bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fejn kien fassal il-kelliema kollha flimkien mal-konsulenti tiegħu. Imma apparti l-għażla tal-ismijiet għad- dekasteri li jidher ma kienx mingħajr problemi hemm ukoll il-kwistjoni tal-Viċi Kap fejn jidher ċar li n-nies ta' Borg iridu bil-kbir li jkun Darren Carabott. U filwaqt li Carabott, avukat żgħir li wera reżiljenza kbira qed ikun evażiv meta mistoqsi dwar din il-kariga, persuni viċin Carabott ikkonfermaw ma' din il-gazzetta li "Darren iridha." Dan ix-xenarju jfisser li Adrian Delia ma jikkontestax għall-post vakanti ta' Viċi Kap – għax hu ddikjara f 'intervista ma' gazzetta ewlenija li hu ma jikkontestax għal din il- kariga jekk ikun hemm kontestazzjani. Dal- kumment ġie interpretat bħala biża' min-naħa ta' Delia li jekk jikkontesta kontra xi ħadd jitlef. B'Delia mhux Viċi Kap, Alex Borg jista' jkun skont persuni viċin tiegħu – his own man. U b'din solvuta jkunu jistgħu jibdew jippreparaw għall-elezzjoni bikrija fir- rebbiegħa tal-2026. Iżda biex il-PN ikollu ċans remot li jirbħu jridu jkollhom struttura soda u finanzi deħlin. PAĠN1 6 U 7 Fl-istamperija din il-ġimgħa saru laqgħat twal biex jinħatru kelliema ġodda għad-dekasteri, fosthom dekasteri ġodda. U kif ukoll laqgħat biex iħeġġu lil Darren Carabott jikkunsidra l-post vakanti ta' Viċi Kap.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 SEPTEMBER 2025