Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880
Bħala Sindku, x'inhu l-akbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-akbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Bħala Sindku, wieħed mill-akbar tħassib tiegħi huwa l-mod kif il-Kunsilli Lokali huma mistennija jmexxu komunità b'riżorsi limitati, kemm f 'termini ta' fondi, kif ukoll ta' riżorsi umani. L-irwol tas-Sindku mhux full-time, iżda l-aspettattivi fuqna huma ta' natura full-time u aktar. Dan iżid il- pressjoni personali u istituzzjonali biex nipprovdu servizz effiċjenti lill-komunità minkejja l-limitazzjonijiet. Sfida ewlenija għall-kostitwenti tiegħi hija l-impatt dirett ta' dawn il-limitazzjonijiet fuq il-kwalità tas-servizzi li jirċievu. Hemm ħafna proċessi burokratiċi li jillimitaw il- ħeffa fil-ħidma tagħna, speċjalment meta niġu għal affarijiet bħal permessi, proċeduri ta' akkwist (procurement) u tenders. Dawn mhux biss jieħdu ħafna żmien, imma spiss jirkbu fuq l-urġenza u l-ħtieġa immedjata taċ-ċittadin. Aspett ieħor li qed isir dejjem iktar ta' sfida huwa kif il-mezzi soċjali qed jintużaw. Għalkemm joffru pjattaforma tajba għall- komunikazzjoni, ħafna drabi jintużaw ħażin. Individwi jistgħu jiktbu dak li jridu mingħajr l-ebda verifika ta' fatti, u dan jikkrea klima ta' mistrust u kritika bla bażi. Hemm ħafna sofa critics li jikkummentaw mingħajr ma joffru soluzzjonijiet konkreti jew fehim tal-proċessi reali. Fl-aħħar nett, inħoss li għad hemm nuqqas ta' taħriġ strutturat u kontinwu għall-Kunsilliera. Ħafna drabi, nies b'rieda tajba jidħlu f 'din il-kariga, iżda mingħajr għodod adegwati biex jaffaċċjaw il-kumplessitajiet tal-amministrazzjoni pubblika, u għalhekk jista' jkun diffiċli li jikkontribwixxu b'mod effettiv. Il-Kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-Kunsill Lokali tagħna dejjem ħa approċċ bilanċjat bejn l-iżvilupp urban meħtieġ u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u ambjentali tal-lokalità. Aħna nemmnu li l-progress għandu jsir b'rispett lejn l-identità storika u l-karattru uniku taż-żona tagħna. F'dan ir-rigward, il-Kunsill jaħdem mill-qrib mad-Direttorat tar-Restawr u l-Preservazzjoni, li jipprovdi għajnuna, kemm loġistika, kif ukoll finanzjarja. Dan ippermettielna nindirizzaw restawr ta' strutturi storiċi u nipprovdu manutenzjoni xierqa fejn hemm bżonn, mingħajr ma dan ikun piż żejjed fuq ir-riżorsi limitati tal- Kunsill. Apparti dan, qed inkomplu nfasslu u nimplimentaw proġetti bl-għajnuna ta' fondi Ewropej, partikolarment permezz tal-programm LEADER u skemi oħra li jiġu minn Dipartiment tal-Gvern Lokali u mir-Reġjun Punent. Dawn il-fondi huma essenzjali biex inwettqu proġetti ta' tisbiħ u żvilupp sostenibbli, kif ukoll biex nipprovdu spazji pubbliċi li jirriflettu l-bżonnijiet taċ- ċittadini b'mod rispettabbli lejn l-ambjent. Bħala Kunsill, nemmnu f 'viżjoni li tħares 'il quddiem iżda li tibqa' tħaddan il- passat. Din il-viżjoni tista' biss tinbena fuq koperazzjoni kontinwa mal-awtoritajiet relevanti, il-komunità, u partijiet interessati oħra biex nassiguraw li żvilupp u konservazzjoni jimxu id f 'id. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Għalkemm il-Qrendi huwa mdawwar b'kampanja sabiħa u għelieqi li jagħtu lil din il-lokalità l-identità rurali tagħha, wieħed qatt ma jista' jgħid li għandna biżżejjed spazji pubbliċi miuħa. Dejjem ikun hemm lok għal titjib u għal aktar investiment f 'dan is-settur, speċjalment meta nikkunsidraw il-bżonnijiet dejjem jikbru ta' komunità moderna li għandha bżonn ambjent san fejn tirrilassa, tagħmel attività fiżika u tgħix f 'armonija man-natura. Madankollu, f 'dawn l-aħħar snin, permezz ta' għajnuna li rċevejna minn diversi entitajiet bħall-Project Green, Ambjent Malta, u l-kontribut dirett tal- Kunsill Lokali stess, irnexxielna noħolqu u ntejbu diversi spazji miuħa li qed joffru ambjent aktar nadif għar-residenti. Eżempji ta' dawn l-inizjattivi jinkludu żoni bħall-Maqluba picnic area, Sqaq il-Lewż, is-Santwarju tal-Ħniena, u l-Belvedere ta' Wied iż-Żurrieq, kollha spazji li qed jiġu mmaniġġjati b'viżjoni ekoloġika u komunitarja. Barra minn hekk, ħdimna fuq Ġnien Nikola Aquilina, il- Ġnien ta' Tal-Warda, il-Masġar tal-Qalb ta' Ġesù, u Sqaq il-Lewż, li joffru spazji siguri u attraenti, kemm għall-adulti, kif ukoll għat-tfal. Dawn l-inizjattivi huma pass importanti 'l quddiem biex nipprovdu, mhux biss spazju fiżiku, iżda wkoll ambjent li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja, jagħti spazju għar- riflessjoni, u jsaħħaħ ir-rabta tan-nies mal- ambjent naturali tagħhom. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il-prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Fis-snin li ġejjin, il-prijorità ewlenija għal-lokalità tagħna għandha tkun li nkomplu nsaħħu l-kwalità tal-ħajja tar- residenti permezz ta' investiment fil-qalba urbana u fl-infrastruttura komunitarja. Nixtieq nara lill-Qrendi jkompli jiżviluppa b'mod sostenibbli, fejn l-elementi storiċi, ambjentali, u soċjali jitħaddnu flimkien f 'viżjoni li tħares 'il quddiem imma tibqa' marbuta mal-identità tagħna. F'termini konkreti, hemm diversi proġetti ta' prijorità li diġà qed naħdmu fuqhom u li se jkunu ta' benefiċċju dirett u immedjat għall-komunità. L-ewwel fosthom huwa t-tisbiħ u t-tranġar tal-Pjazza prinċipali quddiem il-Knisja Parrokkjali, kif ukoll il- Pjazza ta' Misraħ is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena. Dawn huma spazji ċentrali, li mhux biss għandhom valur urban u arkitettoniku, imma huma wkoll punti ta' laqgħa u identità għall-komunità kollha. Barra minn hekk, qegħdin fl-aħħar fażijiet tal-ħidma fuq il-playground taċ- Ċentru Ċiviku, li se jipprovdi spazju sigur u modern għat-tfal, kif ukoll fuq il-ġnien ta' Nicolò Communet li se joffri ambjent aktar ħaj u ta' mistrieħ għal kulħadd. Proġett ieħor fil-pjan tagħna huwa l-iżvilupp ta' spazju adegwat tal-klinika tas-saħħa primarja, sabiex naraw li l-faċilitajiet tas- saħħa jkunu aċċessibbli. Nixtieq nara lill-Qrendi jkompli jiżviluppa f 'komunità vibranti, organizzata u mmexxija minn valuri ta' rispett, sostenibbiltà u inklużività. Dan jista' jinkiseb biss jekk nibqgħu naħdmu b'mod kollettiv u b'appoġġ kontinwu minn kull settur tal-komunità. Xi proġetti hemm ippjanati fil-lokalità tiegħek fil-futur qarib? Wieħed mill-proġetti ewlenin li bħalissa jinsab fil-pjan tal-Kunsill Lokali għall-futur qarib huwa r-restawr tal-Ġnien tal-Kmand. Dan huwa ġnien storiku ta' valur kulturali u arkitettoniku kbir li għal ħafna snin kien magħluq għall-pubbliku. Permezz ta' dan il-proġett, mhux biss se jkun irrestawrat u miżmum b'mod professjonali, iżda se jkun ukoll miuħ għar-residenti u għall- pubbliku inġenerali, sabiex kulħadd ikun jista' jgawdi dan is-sit uniku fi spazju sigur, rilassanti u storikament sinifikanti. Dan il-proġett jirrifletti l-impenn tagħna li nħarsu u nagħtu ħajja ġdida lill-wirt storiku li s'issa kien kważi minsi, filwaqt li noħolqu ambjenti miuħa ġodda fejn il-komunità tista' tistrieħ, tiltaqa', u tgħix l-istorja tagħha b'mod attiv. Il-proġett qed jiġi mħejji b'konsiderazzjoni għall-aspett ambjentali u għall-aċċessibilità, sabiex ikun spazju inklużiv u sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. intervista mas-sindku IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum 16 "Fis-snin li ġejjin, il-prijorità ewlenija għal-lokalità tagħna għandha tkun li nkomplu nsaħħu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti" Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' David Schembri, is-Sindku tal-Qrendi Ir-raħal tal-Qrendi, li jinsab fin-naħa t'isfel ta' Malta, huwa wieħed mill-aktar lokalitajiet sinjuri fl-istorja u fil-wirt kulturali. L-oriġini tiegħu tmur lura għal żminijiet bikrin, fejn il-preżenza tal-tempji megalitiċi ta' Ħaġar Qim u l-Mnajdra — siti li huma fuq il-lista tal-UNESCO — tixhed l-importanza reliġjuża u kulturali tal- inħawi aktar minn 5,000 sena ilu. Dawn il-monumenti, magħmula minn blokki kbar tal-ġebel, juru l-ħila tal-abitanti preistoriċi fil-bini u l-fidi tagħhom f 'ritwali reliġjużi. Matul il-Medju Evu, il-Qrendi beda jakkwista l-identità tiegħu bħala komunità rurali, fejn il-biedja u s-sajd kienu l-għajn ewlenija tal-għejxien. L-influss tal-Kavallieri ta' San Ġwann jidher fil-kappelel u l-knejjes imżejna b'arti Barokka, fosthom il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, li tibqa' ċentru reliġjuż u soċjali għal-lokal. Kulturalment, il-Qrendi huwa magħruf għall-festi kbar tas-sajf, speċjalment il-festa ta' Santa Marija, li tiġbor magħha tradizzjonijiet mużikali, armar spettakolari, u komunità magħquda. L-arkitettura tar-raħal tippreżenta tqassim tipiku Malti, b'toroq dojoq u djar tal-ġebel li jirriflettu l-istil sempliċi iżda funzjonali tal-passat. David Schembri, is-Sindku tal-Qrendi