Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880
analiżi IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum 04 Ir-rikonoxximent tal-Palestina: ILENIA DEBONO Wara snin ta' relazzjonijiet diplomatiċi b'saħħithom, Malta rrikonoxxiet l-istat tal-Palestina nhar it-22 ta' Settembru ta' din is- sena. Minbarra x-xenati u l-fanfarunati, xi jfisser eżatt dan il-pass? Dan ifisser li Malta għamlitu sehemha f 'dan il-kunflitt? U issa, xi jmiss? Il- ġurnal ILLUM tanalizza dan il-pass diplomatiku minn lenti storika u politika, flimkien ma' xi kummenti minn attivisti voċiferi f 'isem il-kawża il- Palestinjana. Waqt l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Malta, flimkien ma' Franza, il- Lussemburgu, il-Monaco, il-Belġju, u l-Andorra, irrikonoxxiet l-istat Palestinjan. Dan ifisser li Malta tirrikonoxxi d-dritt legali tal-Palestina li jkollha ibħra territorjali flimkien ma' spazju tal-ajru bħala stat sovran. Barra minn hekk, dan jagħti d-dritt lin- nies Palestinjani li jtellgħu lil kwalunkwe pajjiż jew stat il-Qorti Internazzjonali tal- Ġustizzja sabiex jiddefendu s-sovranità tagħhom, inkluż lil Iżrael fir-rigward tal- okkupazzjoni illegali tal-istat Palestinan. L-Eks President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca, tkellmet ma' dan il-ġurnal fejn qalet li r-rikonoxximent tal-istat Palestinjan minn Malta huwa pass 'il quddiem lejn id-dritt tas- sovranità tal-Poplu Palestinjan li ilu oppressat u ppersegwitat għal għexieren ta' snin. "Malta għandha tkun fuq quddiem fil- vuċi tagħha għal dan il-poplu li ilu maħkum, ittorturat u ppersegwitat." L-Eks Editur tal-gazzetta oħt MaltaToday, Karl Schembri, ma magħadx kliemu u qal li Robert Abela "rikeb il-karrettun tar-rikonoxximent" u issa qed jistenna l-applaws u t-tifħir. "Juri li minkejja l-inbiħ ta' Iżrael, b'xi mod dawn il-mexxejja fl-aħħar qegħdin irabbu par, anki jekk tard ħafna. Huwa wkoll l-ewwel pass loġiku li jrid jittieħed minn kull min stqarr għal deċennji sħaħ li għandu jkun hemm stat Palestinjan maġenb l-istat Iżraeljan." Soluzzjoni ta' żewġ stati Din is-sena biss, iżjed minn 150 pajjiż irrikonoxxa l-Istat Palestinjan meta kien hemm pajjiżi li diġà għamlu dan fl- 1988. Għala d-dinja tal-Punent missitha l-kuxjenza wara kważi 50 sena? Skont il-konvenzjoni ta' Montevideo fl-1933, ir- rikonoxximent ta' stat iserraħ fuq erba' kriterji: popolazzjoni permanenti, territorju definit, gvern u l-abiltà li jinżammu relazzjonijiet diplomatiċi ma' stati oħra. Problema li taffaċċja l-Palestina f 'dan il-kuntest hija t-theddida ta' Iżrael fl-art Palestinjana, madankollu stat xorta jista' jirrikonoxxi lill- Palestina. F'dan il-każ ir-rikonoxximent huwa wieħed simboliku u politiku. Ir-rikonoxximent tal-Istat Palestinjan minn pajjiż tirrifletti dikjarazzjoni diplomatika li turi xewqa sabiex il-ġlied jintemm b'soluzzjoni ta' żewġ stati. Il-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer qal fid-diskors ta' rikonoxximent tal-Palestina li hu qed jagħmel dan sabiex tibda t-triq lejn stat Palestinjan li jeżisti ma' "Iżrael sigura." Madankollu, Starmer u numru ta' mexxejja oħra ammettew li din is-soluzzjoni mhijiex daqshekk possibbli, hekk kif Iżrael tibqa' tirrifjuta li tirrikonoxxi kwalunkwe tip ta' stat Palestinjan. In-numru ta' pajjiżi li qed jirrikonoxxu l-Palestina qed jiżdied bħala reazzjoni ta' dak li qed jiġri f 'Gaża sabiex jieqaf il-ġlied. Fid-diskors tar-rikonoxximent tiegħu, il- President Franċiż Emmanuel Macron qal li jrid jissaħħaħ l-istat Palestinjan billi titneħħa l-preżenza militari u rikonoxximent ta' Iżrael, f 'isem is-sigurtà fil-Lvant Nofsani. Barra minn hekk, fl-Ewropa qam sentiment pro-Palestinjan b'dimostrazzjonijiet fit-triq, Wara ħafna taqtigħ il-qalb, Robert Abela rrikonoxxa lill-Palestina; il-gazzetta ILLUM tindaga xi jfisser dan għall-kawża Palestinjana Karl Schembri qal li Robert Abela "rikeb il-karrettun tar-rikonoxximent" u issa qed jistenna l-applaws u t-tifħir Marie Louise Coleiro - min qed jiffaċilita qed jgħin biex il-gvern ta' Netanyahu jkompli