MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 • illum opinjoni Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD F id-dibattitu dwar għaliex il-familji m'għadhomx ikollhom aktar tfal, l-ew- wel nett irridu nimu l-isfidi ta' kuljum li jaffaċċjaw dawk il-familji li diġà għandhom ulied. Jien omm ta' tlett itfal — tewmin ta' ħames snin u tifla ta' tmien snin. Kuljum inħoss x'inhuma l-isfidi ta' ġenitur biex ilaħħaq mal-ħajja: wara l-iskola hemm homework differenti għal kull wild, hemm ġirjiet lejn il-futbol u d-duttrina, u bejn il-ħidma tiegħi u ta' missierhom, nippruvaw inlaħħqu kif nistgħu. Xi drabi jirnexxilna, ħafna drabi le. Mhux l-ewwel darba li nidħol id-dar u nsib it-tfal diġà reqdin. Mhux l-ewwel darba li t-tfal ikun sarilhom ħin l-irqad u nkunu għadna qed nagħmlu l-homework. Naf li l-esperjenza tiegħi mhix unika. Hemm min għandu sfidi ferm akbar: tfal bi bżonnijiet speċjali, problemi ta' saħħa, jew in-nanniet li m'għadhomx jistgħu joffru l-għajnuna. Dawn kollha huma fatturi li jżidu l-piż fuq il-familji Maltin u Għawdxin, u b'hekk jaffettwaw id-deċiżjoni jekk il-familji jkollhomx iżjed tfal. Mhux kwistjoni ta' flus biss Ħafna jgħidu li meta wieħed ipoġġi fuq il-miżien kemm se jkollu tfal, ma jikkalkulawx biss il-flus, li huma bla dubju fattur importanti, speċjalment fejn jidħlu l-prezzijiet tal-propjetà. In-nanniet tagħna rabbew ħafna tfal b'inqas riżorsi. Però l-istil ta' ħajja nbidel, ħafna ġenituri jridu jagħtu l-aħjar opportunitajiet lil uliedhom u iva din il-mentalità hija waħda li għandha tiġi, mhux biss apprezzata, imma inċentivata. Kull ġenitur jaf kemm huma kbar il-pressjonijiet tal-finanzi, tal-ħin, u tal-loġistika meta qed jipprova jagħti l-massimu lil uliedu. Il-Gvern daħħal diversi miżuri tajbin: żieda fiċ- Children's Allowance, in-Work Benefit, leave ta' paternità estiż, parental leave għall- ġenituri self-employed, childcare b'xejn, rifużjoni ta' spejjeż fuq adozzjonijiet, IVF b'xejn, tneħħija tal-ħlas għall-eżamijiet, għotja lill- familji li wliedhom jibqgħu jistudjaw, kreditu ta' taxxa fuq attivitajiet ekstrakurrikulari, trasport pubbliku, u trasport lejn l-iskejjel b'xejn. L-inċentivi ekonomici bħal traħħis tal- kontijiet tal-enerġija, l-ilma, u l-prezzijiet tal-fuel u tax cuts għall-familji kollha fissru kwalità ta' ħajja aħjar għall-familji u għalhekk bir-raġun li l-familji qed jaħsbuha darbtejn qabel ikollhom it-tieni u t-tielet wild, għax lil uliedhom iridu jtuhom l-aqwa possibbli u xejn inqas. Għalhekk jeħtieġ issir diskussjoni nazzjonali li hi realisitka, diskussjoni biex il- familji Maltin u Għawdxin ikunu f 'pożizzjoni li jrabbu lil uliedhom tajjeb u fl-istess waqt inkunu realistiċi li nżommu ekonomija sostenibbli ta' pajjiżna għax b'dik l-ekonomija nkunu nistgħu nsostnu aktar lill-familji tagħna. X'għandna nikkunsidraw? Diskussjoni dwar Parental leave aktar ġeneruż — Malta għadha fost l-inqas pajjiżi li tagħti parental leave mħallas fl-Unjoni Ewropea. Hemm bżonn li niddiskutu jekk m'ghandniex ikollna parental leave tal-inqas daqs il-medja Ewropea. Aktar flessibbiltà fuq il- post tax-xogħol — mhux biss għan-nisa, imma għaż-żewġ ġenituri. It-telework għandu jkun disponibbli b'mod ugwali, ikun hemm inċentivi għal kumpaniji privati li joffru telework. L-iskola bħala ċentru tal- komunità — Għandu jkun hemm l-opportunità biex wara l-ħin tal-lezzjonijiet, it-tfal anke li ma jmorrux fl-iskola tar-raħal, ikunu jistgħu jagħmlu l-attivitajiet ekstrakurrikulari fl-iskejjel tar- raħal li jibqgħu miuħin. B'hekk tnaqqas il-ġiri lill-ġenituri u t-tfal ma nneħħulhomx l-opportunità li jippratikaw sport jew xi forma ta' arti minħabba n-nuqqas tal- ħin tal-familja. Diskussjoni sinċiera dwar il-homework u aktar inzijattivi li jixprunaw il-kreattività — Nistaqsi jekk wara ġurnata sħiħa l-iskola, it-tfal għandhomx ikunu stimulati jaqraw u jagħmlu riċerka, jew jiġu mħeġġa jwettqu xogħol kreattiv minflok ikunu mgħobbija b'aktar ħidma u repetizzjonijiet tax-xogħol li suppost ikunu għamlu fl-iskola. Appoġġ għal min irid isir ġenitur — b'aktar aċċess għal- liġi tal-IVF għal kulħadd, għajnuna konkreta lil min qed jgħaddi minn diffikultajiet biex ikollu t-tfal u qed jikkunsidra s-surrogacy. Issa li daħħalna l-leave ukoll għal min isir omm bis-surrogacy, ma tagħmilx sens li f 'pajjiżna din tibqa' illegali, speċjalment it-tip ta' surrogacy volontarja li ma tinvolvix flus imma tkun qed isir fuq bażi volontarja. Ugwaljanza fid-dar — Studju kkummissjonat mill- Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza sab li 1% biss tal-missirijiet f 'pajjiżna għandhom rwol primarju fil- kura tat-tfal u kważi nofs in-nisa f 'pajjiżna qalu li n-nuqqas ta' qsim tar-responsabbiltajiet fit- trobbija tat-tfal wassalhom biex jiddeċiedu biex ma jkollhomx aktar tfal. L-istess studju wera kif filwaqt li kważi nofs in- nisa qalu li jagħmlu x-xogħol tad-dar, kienu biss madwar 6% tal-irġiel li qalu li huma jnaddfu, isajru, u jagħmlu xogħol ieħor tad-dar. Għalhekk hemm bżonn li b'mod immedjat isiru kampanji edukattivi dwar il-fatt li r-responsabbiltà tat-trobbija u tax-xogħol tad-dar hija kemm tal-omm, kif ukoll tal-missier b'mod ugwali, u sa minn età żgħira t-tfal għandhom jiġu mgħallma fl-iskola stess dwar kif isir ix-xogħol tad-dar, kif jitqassmu l-finanzi, u dwar l-importanza tal-ugwaljanza fil- familji stess. B'hekk biss nistgħu nbiddlu din il-kultura li ilha snin twal fis-soċjetà tagħna. Konklużjoni Ir-rata ta' fertilità, jew ir-rata ta' kemm il-familji jkollhom tfal, ilha nieżla mill-1989. Ilna mis-sena 2000 ma jkollna medja ta' żewġt itfal kull familja, li hija dik ir-rata ideali biex inżommu l-popolazzjoni tal-pajjiż għaddejja. M'hemmx soluzzjoni waħda, u ħadd m'għandu xi bakketta maġika. Imma hu ċar li jekk irridu nkunu pajjiż fejn il-familji jħossuhom appoġġjati, irridu noħolqu ħajja ta' kuljum aktar faċli, aktar ġusta u aktar flessibbli. Dan mhuwiex dibattitu dwar kif inżommu n-nisa d-dar, jew dwar kif in-nisa jsiru fabbriki tat-tfal. Huwa dibattitu dwar kif nagħtu kuraġġ lil dawk li jridu jsiru ġenituri, biex ma nħalluhomx waħidhom u fl- istess waqt noħolqu ambjent san ta' ugwaljanza fil-familji biex ix-xogħol jinqasam u ntellgħu ġenerazzjonijiet li awtomatikament għalihom l-ugwaljanza fit-trobbija tal-ulied tkun naturali. Fuq kollox, meta naħdmu għal ħajja aktar ġusta għall-familji tagħna, inkunu qed naħdmu biex it-tfal, fejn possibbli, ikollhom familji li jsostnuhom fil-mixja ta' ħajjithom biex jilħqu l-potenzjal tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar minn dak il-potenzjal jiggwadanja wkoll il-pajjiż. Il-familja Maltija: appoġġ fil-ħajja ta' kuljum Ilna mis-sena 2000 ma jkollna medja ta' żewġt itfal kull familja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025