MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 983 €1.50 IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 INTERVISTA MAL-MINISTRU JO ETIENNE ABELA U D-DEPUTAT NAZZJONALISTA STEPHEN SPITERI PAĠNI 6 - 7 IL-PN INAQQAS SEW ID-DISTAKK WAQT LI ROBERT ABELA JIBQA' L-AKTAR FDAT Stħarriġ tal-gazzetta oħt MaltaToday jindika li l-Partit Nazzjonalista żied l-appoġġ sew u naqqas id-distakk wara l-ħatra ta' Alex Borg bħala kap tal-Partit. Id-differenza bejn il- partiti issa huwa ta' 8,400 vot. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Robert Abela jibqa' l-aktar fdat b'vantaġġ ta' 13- il punt fuq il-mexxej tal- oppożizzjoni. L-istess stħarriġ juri li l-Partit Nazzjonalista naqqas id-distakk bejnu u l-Partit Laburista minn 14-il punt f 'Ġunju għal tliet punti biss wara l-elezzjoni ta' Alex Borg bħala mexxej tal-PN. L-istħarriġ li sar fost 741 persuna tul l-aħħar ġimagħtejn għandu marġni ta' żball ta' +/-3.6 punt perċentwali. Madankollu Robert Abela jibqa' l-aktar mexxej fdat biex imexxi lill-pajjiż, b'vantaġġ sostanzjali ta' 13-il punt fuq Borg. Dan jindika li l-vantaġġ tal- PL jista' jkun ħafna akbar meta wieħed iqis il-fiduċja fil-mexxejja speċjalment meta wieħed iqis li Abela hu ferm iktar fdat minn dawk li sal-lum qed jgħidu li mhux se jivvutaw. Dan ifisser li jekk il-PL inaqqas l-astensjoni fi ħdanu, il-vantaġġ tiegħu jerġa' jikber. L-istħarriġ juri li l-appoġġ għall-PL huwa ta' 48.8% filwaqt li l-PN igawdi l-appoġġ ta' 45.8%, u partiti oħra żgħar igawdu appoġġ ta' 5.5%. Dan ir-riżultat huwa bbażat fuq turnout ta' 81.6%. Ir-riżultati juru spinta għall- PN taħt il-mexxej ġdid tiegħu li għadu fiż-żmien ħelu tal-qamar il-għasel, hekk kif id-differenza bejn il-partiti ewlenin naqset minn 14-il punt f 'Ġunju għal 3 punti. Dan jindika li d-differenza fil- voti bejn il-partiti hi waħda ta' bejn wieħed u ieħor 8,400 voti. ARA PAĠNA 2 PL PN MOMENTUM OĦRAJN ADPD 48.8% 45.9% 2.4% 2% 1% ROBERT ABELA ALEX BORG 46.6% 34.1% LIL MIN SER JIVVUTAW FIDUĊJA FIL-MEXXEJJA "Irtiraw, irtiraw il-liġijiet proposti " Din kienet l-għajta ta' eluf li ħonqu t-toroq tal-Belt il-bieraħ f 'protesta organiżżata mill-għaqdiet ambjentali ARA PAĠNI 2 - 3 U EDITORJAL PAĠNA 11

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025