Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540301
www.illum.com.mt NRU 984 €1.50 IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 PINK OCTOBER: INTERVISTA MA' ŻEWĠ NISA MALTIN U L-ĠLIEDA TAGĦHOM KONTRA L-KANĊER TAS-SIDER PAĠNA 6 PAĠNA 2 PAĠNA 5 L-ELETTORAT LI MHUX SE JIVVOTA JIBDA JURI FEJN QED IXAQLEB Fost 20% jew 60,000 tal-elettorat li qed jgħidu li mhux se jivvotaw, joħroġ ċar li l-inkwiet tagħhom huwa simili għal dak li qed jinkwieta lill-votant Nazzjonalist. In-Nazzjonalist, b'differenza mill-Laburist, jinkwieta aktar fuq il-popolazzjoni li qed tesplodi, eżatt bħall- votant li qed jgħid li ma jridx jivvota. Din il- figura infatti titla' għal 30.4%. It-tieni l-akbar tema li tinkwieta lill-elettorat li qed jgħid li mhux se jivvota hija t-traffiku bi 18.2%, imbagħad l-inflazzjoni b'10.9%, u l-ħaddiema barranin b'10.8%. L-uniku differenza minn dawk li jgħidu li se jivvotaw PN hi li dawk li ma jridux jivvutaw mhumiex daqstant ikkonċernati mill-korruzzjoni (8.7%), u dwar l-inkonvenjent tal-kostruzzjoni u l-ambjent. Dawk li huma verament imħassba minn dawn is-suġġetti huma pparkjati fil-partiti ż-żgħar. Dan joħroġ mis-sondaġġ tal-MaltaToday li qed joħroġ illum u qed jiġi ppubblikat fil- gazzetta oħt MaltaToday, dwar dak li l-iktar jinkwieta lin-nies. Is-sondaġġ jindika b'mod sottili li l-elettorat li qed jgħid li mhux se jivvota jekk jagħżel li jieħu pożizzjoni, iktar hemm ċans li jintefa' wara l-bandiera tan-Nazzjonalisti. Issa wieħed irid jara kemm se jkun kapaċi Alex Borg jinfluwenza lil dan it-tip il-votant, jew jekk dan il- votant li qed jgħid li mhux se jivvota hux tassew li ħa jagħmel il-pass li jpassi fil-bejta tal-PN. Is-sondaġġ tal-MaltaToday jindika wkoll li l-inkwiet dwar popolazzjoni u traffiku jibqa' għoli fil-kategoriji kollha, u jidher li dan l-inkwiet huwa xprunat, mhux minn perċezzjoni, imma esperjenza reali. Fuq kollox, il-fatt li 20% tal-elettorat li mhux se jivvota jaħsibha l-istess bħal dawk li qalu se jivvutaw lill-PN, għandu jinkwieta mhux it lill-PL. Filwaqt li l-PL ħareġ rebbieħ f 'kull sondaġġ, f 'dawn l-aħħar elezzjonijiet naqqas fin-numru reali ta' persuni li tefgħu l-vot tagħhom favur il- Partit Laburista. POPOLAZZJONI TRAFFIKU INFLAZZJONI KORRUZZJONI 30.4% 18.2% 10.9% 10.8% 8.7% VOTANTI LI MHUZ SE JIVVUTAW ĦADDIEMA BARRANIN DAWK LI QED JGĦIDU LI MHUX SE JIVVOTAW, JINKWETAW FUQ L-ISTESS AFFARIJIET LI FUQHOM JINKWIETA L-VOTANT NAZZJONALIST Riflessjoni wara t-traġedja tat- tarbija li tħalliet f 'karozza Kritika wara li Ian Borg innomina lil Donald Trump għall-Premju Nobel għall-Paċi