MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 • illum 'Tista' tiġri lil kull min hu uman' Ħu konsulent mal-Prim Ministru jmaqdar lil Owen Bonnici fuq Facebook Conrad Neil Gatt, kreatur ta' kontenut diġitali fuq pjattaformi soċjali u ħu Anthony David Gatt li hu impjegat bħala konsulent mal- Uffiċċju tal-Prim Ministru, juża l-pjattaformi soċjali tiegħu sabiex jitfa' botti lill-Ministru għall- Kultura Owen Bonnici. Anthony David Gatt għandu esperjenza twila jaħdem maċ-ċivil, inkluż fil-Ministeru għall-Ambjent bħala Chief Liaison Officer, Xjenza Malta u Membru tal-Kumitat Konsultattiv Nazzjonali tal- Avjazzjoni, kif ukoll esperjenza bħala ġurnalista anke mal-istazzjon One. Bħalissa hu qed jokkupa l-irwol ta' konsulent fil-qasam tal-komunikazzjoni mat-tim tal- Vision 2050 fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-kontenut ta' Conrad Neil Gatt jinkludi esplorazzjoni ta' postijiet lokali, fejn bosta drabi hu jkun qed imaqdar in- nuqqas ta' preservazzjoni ta' ċerti postijiet storiċi u kulturali mis- Supretendenza tal-Wirt Kulturali. Dan tal-aħħar juża l-fatt li m'għandux ċertifikati sabiex jirrelata man-nies, kumment li uża f 'post riċenti fejn għamel mistoqsija retorika għala n-nies jippreferu jirrappurtaw siti ta' wirt kulturali abbandunati jew perikolużi lilu milli lill-awtoritajiet ikkonċernati. "Min jaf għala n-nies qed iħossuhom iktar komdi jinformaw lili bl-inkwiet tagħhom dwar siti ta' wirt kulturali abbandunati jew perikolużi … minflok jinformaw lill-Awtoritajiet, Sur Ministru Owen Bonnici. Mur għidilhom li jien m'għandix digriet jaħasra." Conrad Neil Gatt, ħu Anthony David Gatt, jitfa' botti lil Owen Bonnici u s-Supretendenza tal-Wirt Kulturali fuq Facebook Traġedja li ħalliet lil pajjiżna bla kliem — Imma wara kull aħbar, hemm ġenituri, għeja, u ħtija bla tarf Conrad Neil Gatt (fuq) uża l-pjattaformi soċjali tiegħu biex jitfa' botti lill-Ministru għall- Kultura Owen Bonnici (fiċ-ċirklu) JAELLE BORG Il-pajjiż tħawwad b'mod qawwi wara l-aħbar li tfaċċat nhar il- Ħamis — tarbija ta' sena tilfet ħajjitha wara li tħalliet fil-karozza għal madwar ħames sigħat. Kienet storja li, f 'mument wieħed, qatgħet il-qalb ta' kulħadd. Ħadd ma seta' jiem, ħadd ma ried jemmen, u kważi kulħadd staqsa l-istess ħaġa: kif jista' jiġri dan? Din mhix biss storja ta' telfa kbira, imma wkoll xokk kollettiv dwar il- fraġilità tal-ħajja u r-realtà moderna li qed ngħixu fiha. Għax wara kull traġedja bħal din, toħroġ ukoll il- verità iebsa — li l-ġenituri tal-lum qed jgħixu taħt pressjoni kontinwa, ġiri bla nifs, u sens ta' piż li jkabbar il-periklu ta' żbalji umani li jistgħu jkunu fatali. Ftit sigħat wara li ħarġet l-aħbar, Roberta Bisazza qasmet messaġġ fuq il-midja soċjali li malajr ġie mifrux u maħbub minn mijiet ta' nies. Bisazza kitbet dwar ir-"realtà li llum il-ġenituri qed iġorru ħafna aktar milli qatt ġarrew qabel". Xogħlijiet full-time, self fuq id-dar, kontijiet, sussidji, email tax-xogħol u tal-iskola, gruppi ta' WhatsApp għall-klassi, għall-ġenituri, għall- parties, għall-familja. Kollox jiġri fl-istess ħin. U kollox jitlob l-attenzjoni immedjata. "Ħajja li saret ġirja waħda kbira," tgħid hi, "fejn 24 siegħa qatt ma jidhru biżżejjed." F'nofs dan kollu, hemm ukoll pressjoni emozzjonali li ħafna drabi ma tidhirx — l-għeja, il-ħtija, u l-biża' li tonqos bħala ġenitur. Il-mistoqsija li bdew jistaqsu bosta kienet waħda diffiċli: jista' dan jiġri lil kull ġenitur? Jista' xi ħadd, anke l-aktar persuna attenta u mħabbta, jagħmel żball daqshekk kbir u traġiku? Biex nimu aktar dan il-fenomenu, tkel- limna ma' Dorothy Sciclu- na, psikologa u psikoterapista, li spjegat kif dak li ħafna jaraw bħa- la "inkomprensibbli" huwa, fil-fatt, reazzjoni newroloġika li tista' tolqot lil kull min hu uman. "Forgotten Baby Syndrome" Scicluna tispjega li dan il-każ huwa magħruf bħala "Forgotten Baby Syndrome" — meta, taħt ċirkostanzi ta' stress, għeja, u rutina ripetittiva, il-moħħ jinqata' bejn l-intenzjoni u l-azzjoni. "Meta ġenitur ikun għaddej minn perjodu ta' għeja kbira u pressjoni, il-moħħ jista' jaqleb awtomatikament fuq autopilot," tgħid hi. "Huwa bħal meta naslu x-xogħol u lanqas niakru t-triq li għamilna — imma f 'dawn is- sitwazzjonijiet, il-konsegwenza tista' tkun traġika." Hija tispjega wkoll li moħħ l-omm jgħaddi minn tibdiliet newroloġiċi profondi waqt u wara t-tqala, u jista' jieħu sa sena biex jirkupra kompletament. Dan ma jfissirx li l-moħħ ikun "marid", imma li jkun iffukat fuq it-tarbija u l-bżonnijiet tagħha. Madankollu, is-soċjetà moderna ħafna drabi tistenna li l-mara terġa' lura għax- xogħol u l-ħajja normali fi it xhur biss. F'dawn iċ-ċirkostanzi, in- nuqqas ta' rqad u l-istress kroniku għandhom effett serju fuq il- funzjoni tal-moħħ. Scicluna tispjega li nuqqas ta' mistrieħ jaffettwa s-sistema glymphatic, li normalment tnaddaf il-moħħ waqt l-irqad. "Meta dan il-proċess jonqos, il-moħħ isir bħal ta' persuna taħt l-effett tal-alkoħol," tgħid. "U f 'ħajja mimlija pressjonijiet — traffiku, xogħol, emails, obbligi tat-tfal — il- ġenitur jopera fuq fuel ħażin." Hija żżid li taħt dawn il- kundizzjonijiet, ir-rutina tista' tfixkel il-memorja prospettiva — dik li tfakkarna nagħmlu affarijiet fil-futur, bħall-ħsieb li ngħaddu għat-tifel miċ-ċentru. "Taħt stress, il-moħħ jagħżel is-sistema li mdorri biha — l-autopilot — u għalhekk jinsa b'mod mhux intenzjonali," tgħid b'mod ċar. Scicluna tinsisti li dan mhux każ ta' traskuraġni jew nuqqas ta' mħabba, iżda ta' ġisem u moħħ eżawriti taħt piż eċċessiv. "Dan jista' jiġri lil kull ġenitur ħanin," tgħid hi. Fil-fatt, statistika internazzjonali turi li kważi nofs il-każijiet (47%) ta' dan il-fenomenu jinvolvu ġenituri li jinsew iħallu lit-tfal iċ-childcare. Il-verità hi li l-ħajja moderna, b'ritmu daqshekk mgħaġġel, qed tagħmel lil kulħadd aktar vulnerabbli. L-attenzjoni tinqasam fuq għexieren ta' ħwejjeġ fl-istess ħin — ix-xogħol, it-tfal, il-ħinijiet, il-mowbajl, il-pressjoni soċjali — u xi drabi l-moħħ isir daqshekk mimli li jgħaddi f 'mod awtomatiku, bħallikieku qed jaħdem fuq auto pilot. F'xi każijiet, dan jista' jfisser li xi ħaġa vitali tintesa — mhux minħabba indifferenza, imma minħabba li l-bniedem, sempliċement, hu limitat. F'soċjetà li tħobb tkun l-ewwel biex tikkummenta, biex tiddiskuti u tikkundanna, il-kliem ta' Bisazza sar sejħa għal riflessjoni. Għax wara kollox, wara kull aħbar, hemm nies — ġenituri li jħossu ħtija, komunità li tħoss niket, u pajjiż kollu li jrid jitgħallem jiem qabel jiġġudika. Din it-traġedja, kerha kemm hi kerha tiħilna bieb għal diskussjoni importanti ħafna dwar is-saħħa mentali, l-istress, u l-appoġġ soċjali li għandu jingħata lill-familji. Il-ħajja tal-lum hi mimlija b'piżijiet li ħafna drabi jgħaddu mingħajr ma jiġu osservati: pressjoni ekonomika, nuqqas ta' mistrieħ, konnessjoni teknoloġika kontinwa. Dawn il-fatturi kollha flimkien jistgħu joħolqu ambjent fejn żball wieħed — sekonda waħda ta' distrazzjoni — isir katastrofi. Forsi hu żmien li nieqfu, li nimu li l-kura vera għall-oħrajn tibda b'empatija, mhux bi kliem iebes. U li kull wieħed u waħda minna, jekk verament irridu nuru solidarjetà, għandna nagħmlu hekk billi nisimgħu, nimu u nħossu — mhux billi niġġudikaw. Il-psikologa u psikoterapista Dorothy Scicluna (fiċ-ċirklu), spjegat li il-każ tat-tarbija (fuq) li miet wara li tħalla fil-karozza, huwa magħruf bħala "Forgotten Baby Syndrome"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 October 2025