Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306
"Il-mistoqsija tqum waħedha: nistgħu, bħala soċjetà, innaqqsu l-mard mentali? Nistgħu nnaqqsu s-suwiċidji?" 10 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 • illum opinjoni Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD B ħala omm, inħoss li ma nistax nibqa' siekta quddiem il-piż li qed iġorru tant Maltin u Għawdxin mingħajr ma jgħidu kelma. Jum is-Saħħa Mentali m'għandux ikun slogan jew kam- panja fuq il-midja soċjali, iżda mument ta' riflessjoni nazzjonali. Hu importanti li meta nitkellmu fuq is-saħħa mentali, ma nassoċjawhiex biss ma' suwiċidji. Wieħed minn kull sitt persuni (madwar 17%) sofrew minn kundizzjoni ta' saħħa mentali qabel il-pandemija tal-COVID. L-aktar komuni hija l-ansjetà, segwita mid-dipressjoni. L-istatistika turi li n-nisa huma aktar f 'riskju ta' dipressjoni. Il-pandemija għamlet dawn iċ-ċifri aktar allarmanti — f 'ċerti ċirkostanzi kien hemm aktar minn 60% ta' familji f 'riskju ta' xi marda mentali. Ir-rata ta' suwiċidji f 'pajjiżna hija waħda mill-inqas meta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra tal- Unjoni Ewropea, u hija aktar prevalenti fl-irġiel. U l-mistoqsija tqum waħedha: nistgħu, bħala soċjetà, innaqqsu l-mard mentali? Nistgħu nnaqqsu s-suwiċidji? Il-każ reċenti ta' omm li ħalliet lit-tarbija fil-karozza xxukkjana lkoll. Imma qabel ma ħarġu l-fatti, il-midja soċjali serviet ta' qorti. Il-ġudizzju qabeż il- kompassjoni. Bħala omm, qalbi tinqasam — mhux biss għal ħajjet it-tifel jew tifla li ntilfet, iżda wkoll għal dik il-mara li ħajjitha nbidlet f 'sekonda. Mela fejn spiċċat l-umanità tagħna? F'soċjetà daqshekk żgħira, ma nistgħux nibnu kultura ta' kundanna fuq it- traġedji ta' xulxin. Qed nidraw realtà fejn it-"trial by social media" saret in-norma. Attakki fil-midja, kummenti tossiċi online, u ġudizzju qabel il-prova qed jintużaw biex ikissru n-nies — din mhijiex ġustizzja, iżda persekuzzjoni. Fil-passat il-politika kienet issir fil-Parlament, illum qed narawha ssir fil-media soċjali u fil-Qrati — b'kawżi twal li jistgħu jeqirdu ħajjiet u familji qabel toħroġ il-verità. Inkjesti fil-Qorti qed jintużaw bħala għodda biex persuni pubbliċi jiġu umiljati, anke fi żminijiet li għandhom valur spiritwali u nazzjonali bħall-Milied. Irridu aktar serjetà u responsabbiltà: il-Pulizija għandhom jaġixxu meta verament ikun hemm provi ta' reat, mhux fuq suppożizzjonijiet. Mhuwiex aċċettabbli li ħajja ta' persuna titħalla mdendla f 'kawżi fil-Qorti meta ma jkunx hemm l-iċken prova — bħalma ġara lill- Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Meta jinfetħu proċeduri fuq bażijiet dgħajfa jew infondati, il- ħsara ssir fil-familji, fix-xogħol u fil-benesseri mentali tan-nies. Inutli nitkellmu b'mod kożmetiku dwar is-saħħa mentali jekk ma nindirizzawx dan l-abbuż. Jeħtieġ ukoll inkomplu ngħinu lill-familji fil-ħajja tagħhom sabiex tonqos il-pressjoni minn fuqhom — mhux biss finanzjarjament, li hu essenzjali u li dan il-Gvern diġà qed jagħmel, imma wkoll fil-bilanċ bejn ix- xogħol u l-familja. Il-ħajja kompluta tinvolvi x-xogħol, il-familja, il- passatempi, u l-iżvog. Għal ħafna nies, il-passatemp huwa t-terapija tagħhom. Ħafna jsibu l-paċi fil- passatemp tagħhom bħall-kaċċa, insib u sajd, mixjiet fil-kampanja, birdwatching, sports, festi, u attivitajiet oħra. Għalihom, dan mhux biss passatemp — iżda sors ta' stabbiltà u identità. Għandna nipproteġu dawn l-attivitajiet u nħeġġu stil ta' ħajja aktar bilanċjat — għax il-benesseri emozzjonali għandu l-għeruq fil-komunità u fit- tradizzjonijiet tagħna. Aħna pajjiż żgħir, qisna villaġġ kbir — u dan għandu jkun il- punt ta' saħħa tagħna. Kulħadd jaf lil kulħadd, kulħadd jista' jieħu ħsieb lil xulxin. Meta xi ħadd jiżbalja, irridu nwieġbu b'umanità u mhux b'kattiverja. Meta jkun hemm allegazzjonijiet, irridu nfittxu l-verità, mhux l-ispettaklu. Meta xi ħadd ikun qed ibati, għandna nkunu forza waħda warajh, mhux kontrih. Is-saħħa mentali mhijiex kumment fuq Facebook — hija l-qalba tas-soċjetà. Ejja nibnu Malta fejn il- ġustizzja hija ġusta, id-diskors huwa dinjituż u l-kompassjoni hija d-drawwa tagħna, mhux l-eċċezzjoni. F'pajjiż daqshekk żgħir, kull kelma tweġġa' aktar — u kull ġest ta' tjubija jfejjaq aktar minn persuna waħda. Jum is-Saħħa Mentali: Malta trid tagħżel il- kompassjoni, mhux il-kundanna ta' kuljum Wieħed minn kull sitt persuni (madwar 17%) sofrew minn kundizzjoni ta' saħħa mentali qabel il-pandemija tal-COVID