Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I an Borg ilu jurina bl-azzjonijiet tiegħu li huwa politikant li jam- mira lil Donald Trump. Kien fost il-ftit mexxejja politiċi Ew- ropej mistiedna għall-inawgurazzjoni tal-President Trump f 'Jannar. Giorgia Meloni, il-politiku tal-lemin u l-Prim Ministru Taljana kienet oħra. Matul din is-sena rajna lil Borg jitkellem b'mod kawt immens dwar l-azzjonijiet tal-Amerka jew inkella tal- Gvern ta' Iżrael. Issa nifhmu għaliex. Mhux xi sigriet li Borg jammira lil Donald Trump. Borg huwa politiku rispettat lokalment u għandu stima kbira mingħand ħafna nies. Imma ħafna llum qed jistaqsu jekk verament għandux il-kultura politika u l-apprezzament tal-politika soċjal- demokratika. Ftit li xejn tisma' diskors minnu dwar prinċipji socjalisti jew temi soċjali. Li huwa annimal politiku iva, imma li jħaddan politika tax-xellug żgur li le. Borg ma jistax jiġi deskritt bħala politiku limitat jew fallut, anzi huwa politiku kawt u inċiżiv, li jidher li qed iwassal il-barkun sal-pont, u fuq kollox huwa persuna li jtik l-impressjoni li jaf x'inhu jagħmel. Huwa ċar li qabel ma ħarġet l-aħbar li kien se jinnomina lil Trump, Borg għamel il-kalkoli politiċi tiegħu. Huwa jaf li b'din mossa singulari kien se jispiċċa rikonoxxut minn Trump personalment u mill-Gvern Amerikan, sew personalment, u sew bħala pajjiż. Wara li Malta rrikonoxxiet lill-Palestina, din il-mossa kienet waħda viżibbilment apprezzata mill-Amerikani. Imma din in-nominazzjoni tistona. Tistona għaliex Donald Trump huwa l-politiku li fuq kull livell jikkonfronta s-sewwa magħruf u r-ruħ soċjali. Meta niftakru x'għamel fuq il-migranti, lil nies ta' ġeneru differenti, il-mod kif tratta lill-barranin f 'pajjiżu, il-mod kif ikkalpesta min hu kontrih jew esprima lilu kontrih, id-diskorsi perikolużi fuq l-Ukrajna, il-fatt li ma jirrikonoxxix il-Qorti Internazzjonali għad-Drittijiet Umani, u fuq kollox il-politika li jimla lil Iżrael b'armi potenti biex iwettqu ġenoċidju … ma nistgħux nifhmu kif Ian Borg jasal biex fil-kuruturi ta' moħħu jipproponi lil dan il-politiku miġnun. Borg ċertament mhux se jaqa' fil- popolarità imma ċertament naqas fl-istima fost dawk li huma Laburisti u jemmnu li l-Partit Laburista jrid ikollu ruħ u mhux sempliċement magna biex tirbaħ l-elezzjonijiet. Il-Partit Laburista kellu nies viżjonarji; Joseph Muscat, l-Eks Prim Ministru Laburista kien wieħed u kellu viżjoni politika minkejja li kien jippreferi lil Trump għal Biden, u llum, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar naraw Partit Laburista li, mhux biss resaq għaċ-ċentru u sar lemini f 'ċerti istanzi, imma tilef ruħu. Ian Borg għandu tiegħu. Ukoll itik l-impressjoni li qisu aktar jinteressah kif jidher mal-Gvern Amerikan u barra minn Malta milli f 'Malta. Malta ma tistax tkun prużuntuża fid-dinja diplomatika, imma lanqas għandha tkun servili u bla prinċipju. Wisq aktar servili lill-istat Amerikan u lil Donald Trump, persuna li b'għemilu għamel aktar ħsara milli ġid bil-kliem li ħareġ – u għadu joħroġ – minn ħalqu u bl-azzjonijiet oxxeni tiegħu u r-rekord tiegħu li jaħdem kontra s-saltna tad- dritt. Apparti l-istorja personali tiegħu bħala persuna li evada t-taxxa, xtara prostituta biex tibqa' siekta, għex fiċ- ċrieki tal-pedofli, u wisq aktar innega proċess elettorali u demokratiku u ppremja lil min kisser u qatel. Ejja nippruvaw nifhmu lil Ian Borg