Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306
08 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 • illum opinjoni Membru tal-Parlament Ewropew għall-Partit Nazzjonalista PETER AGIUS Hemm iżjed valur miżdud fi proġetti li jippromovu r-reduce u r-reuse li, jekk tagħmilhom u tagħmilhom sewwa, ikollok bżonn tagħmel inqas riċiklaġġ T ul is-snin smajt l-UE tis- sejjaħ għal ħafna affarijiet pożittivi u negattivi. Bħal kull ħaġ'oħra fil-ħajja, uħud kienu ġustifikati, oħrajn inġusti. Dak li qal fuqha s-CEO tal-Wasteserv, waqt laqgħa ma' residenti konċernati fuq inċinera- tur ġdid, li l-UE "qed titqammel" għax ma tridx tħallas biex isiru l-inċineraturi fil-Magħtab. Fuq din il-proposta, ċertament għandu l-mertu tal-oriġinalità. Aktar minn ħaġ'oħra għax kulħadd li jaf imqar affarijiet bażiċi fuq l-UE jaf li, la tista' tkun ħalja, u lanqas qammiela fejn jidħlu programmi jew proġetti. Hemm somma li trid tintefaq u, l-aktar l-aktar, il-prijoritajiet li jistgħu jkunu żbaljati. Imma l-UE ma tqanċaċx għax dan ma jiswieha xejn — il-flus jispiċċaw jintilfu. Din hija prattika tajba: tagħmel pressjoni biex l-UE tagħmel l-ibbaġittjar tajjeb mill- ewwel, la bil-komma wiesgħa, u lanqas dejqa. Kif għedt, l-aktar li jista' jkun huwa l-prijoritajiet ħżiena. Ħa naraw hux il-każ. L-UE saret toqgħod lura milli tiffinanzja l-inċineraturi. Għala? Għax, anke f 'dal-każ, il-prevenzjoni aħjar mill-kura. Hemm iżjed valur miżdud fi proġetti li jippromovu r-reduce u r-reuse li, jekk tagħmilhom u tagħmilhom sewwa, ikollok bżonn tagħmel inqas riċiklaġġ. Forsi s-CEO tal-Wasteserv jaħseb li l-UE troxx il-flus fuq kemm għandek wiċċ ħelu. U mhux fuq kemm il-proġett li qed tipproponi jorbot ma' strateġiji rikonoxxuti u stabbiliti. Li tonfoq ħa tidher sabiħ. U mhux li tonfoq bl-aktar mod effiċjenti u effettiv possibbli. Biex ma nsemmux illi inċineratur, jagħmel kemm jagħmel biċċa xogħol utli, mhux eżattament xi ħaġa attraenti li tridha maġenb biebek. Li ssejħilha Ecohive, bħalma qed jagħmlu l-Wasteserv, ma jservi għal xejn — "putting lipstick on a pig" kif jgħidu l-Ingliżi. Ċertament mhux il-mod kif tegħleb is-suspetti (u mhux it-tqammil mistħajjel) tal-UE għal miżura li jaf ikollha implikazzjonijiet serji għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja speċjalment f 'pajjiż żgħir u soprapopolat bħal tagħna. Mhux biss l-UE għandha s-suspetti, anke r-residenti. U ma ttihomx tort. Ibda biex, ir- rekord ambjentali ta' dal-Gvern huwa attoċi. Anke meta jsiru proġetti tajbin u ta' fejda, ħafna drabi, il-mod kif jiġu operati jispiċċa biex jimmina l-pedament t'intenzjonijiet tajba. Hemm, pereżempju, kellna l-proġett għat- tisfija tad-drenaġġ li kellu jsaffi id-drenaġġ kollu li niġġeneraw. Ċertament proġett utli. Imma meta jkollok il-popolazzjoni qed tikber bla kontroll ta' xejn, l-impjanti ma jifilħux għal volumi li ma kinux iddisinjati għalihom. U allura, il-problema tad-drenaġġ mhux trattat fil-baħar reġgħet magħna. Tagħtihom tort lir-residenti li joqgħodu mad-dawra tal- inċineratur, li ma jafdawx, jagħtihom kemm jagħtihom assigurazzjonijiet is-CEO tal- Wasteserv? Qishom mhux diġà għandhom xogħfa. Is-CEO tal-Wasteserv semma inċineratur li hemm f 'Copenhagen, id-Danimarka. Li ma semmiex illi llum dan l-inċineratur, Amager Bakke, jirreferu għalih bħala "il-ask Daniż" li jiġi ppreżentat propja bħala kif m'għandekx tagħmel l-affarijiet. Il-proġett kien imdaħħal fil-kontroversji mill- bidu tiegħu. Minbarra problemi ta' finanzjament u prijoritajiet (għax, bħall-UE, il-muniċipju ta' Copenhagen ma riedx inqas enfasi fuq it-tnaqqis u r-riużu tal-iskart), il-volumi ideali li jaħdem bihom l-inċineratur huma 'l bogħod ferm milli tiġġenera l-belt ta' Copenhagen. L-inċineratur inbena b'self li jitħallas lura fi 30 sena. Daqshekk se jdumu d-Daniżi jħallsu għal żbalji fl-ippjanar, stimi totalment ħżiena u politika li ma tħarisx fil-bogħod. U l-ebda ammont ta' greenwashing mhu se jibdel is-sitwazzjoni reali. Amager Bakke huwa propju eżempju ta' kif m'għandekx tagħmel l-affarijiet. Ma' dan irridu nżidu wkoll l-indifferenza tipika t'awtoritajiet pubbliċi li suppost jaraw li l-affarijiet isiru kif suppost. Is-CEO tal-Wasteserv mhux l-ewwel kap t'entità governattiva li kellem lir-residenti. Ftit tax-xhur ilu kellmuhom ukoll tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Ammettaw li l-inċineratur se jiġġenera l-partikolat li mistenni jixtered mat-13-il kilometru, fuq biċċa kbira tal-pajjiż. Ma assigurawx li għandhom il- mezzi biex ikejlu l-ammont t'inkwinament fl-arja. U fuq kollox, illi jekk ir-regolamenti stretti dwar emissjonijiet li hemm grazzi għall- UE, humiex se jiġu applikati bla skrupli jekk il-Wasteserv tiżgarra. Daparti tiegħi tkellimt mal- Kummissarju Ewropew Jessika Roswall. Ovvjament, kien hemm is-soltu kakofanija ta' dawk li jgħidu li jien "nitkellem kontra Malta". Għax, bħal dak li qalu, m'hemm xejn aktar patrijottiku milli tiaħ ħalqek biss biex tieħu 'l ġewwa l-arja mniġġsa mwassla lilkom minn nuqqasijiet ta' dal-Gvern. Tkellimt mal- Kummissarju Ewropew għax għalija, b'differenza ta' ħaddieħor, li niddefendi s-saħħa tal-Maltin hija aktar importanti milli niddefendi l-Gvern. Ma' Roswall għamiltha ċara li l-Maltin huwa ċittadini Ewropej u m'għandhomx isofru minn drittijiet imnaqqsa meta mqabbla ma' dak li jgawdu ċittadini Ewropej oħra. Ibda biex b'informazzjoni sħiħa u ċara tal-impatt ambjentali ta' proġetti kbar bħalma huwa l-inċineratur. Tkellimt ukoll dwar l-importanza li r-residenti ikunu involuti sa mill-bidu. Mhux b'mod passiv fejn huma mistennija joqogħdu biss jisimgħu dak li l-Gvern jogħġbu jaqsam magħhom. Għandhom ikunu involuti bħala parteċipanti attivi fit-tfassil ta' pjanijiet. Tlabt ukoll l-għajnuna tal- Kummissjoni. Mhux biss, bħalma jiġri spiss, f 'termini finanzjarji. Imma wkoll f 'konoxxenza teknika li l-Kummissjoni ġabret matul is-snin minn madwar l-Ewropa kollha. Roswall semgħet u laqgħet dak li kelli xi ngħid. Ħadd daqs il-Kummissjoni Ewropea ma jaf bil-lezzjonijiet li għandna nieħdu minn esperjenzi simili, kemm dawk ta' suċċess, u kemm dawk — bħall-eżempju Daniż — li ma rnexxewx. B'hekk ma nitgħallmux biss mit-tajjeb ta' ħaddieħor imma wkoll mill-iżbalji … bit-tama li aħna ma nerġgħux nirrepetu l-istess. L-Ewropa qammiela għax ma tridx tħallas inċineratur