Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306
Eks Segretarju Ġenerali tal-PN MICHAEL PICCININO opinjoni illum • IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 09 "Il-Gvern Laburista żamm it-tkabbir ekonomiku billi sempliċement żied in-numru ta' ħaddiema barranin b'paga baxxa" F 'pajjiż modern u Ew- ropew bħal tagħna, il-governanza m'għan- dhiex tkun ibbażata fuq miżuri short term jew miżuri li jwasslu l-gvern tal-ġurnata sem- pliċement sal-elezzjoni ġenerali ta' wara. Pajjiżna għandu bżonn u jixraqlu gvern li jħares 'il quddiem, li jippjana, li jiem li kull pass li jittieħed illum għan- du konsegwenza għada. Din hi l-problema prinċipali tal-gvern preżenti, li ma jippjanax fit-tul. Il-mod kif il-Gvern qed imexxi pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin hu eżempju ċar ta' kif in-nuqqas ta' ppjanar qed iħalli konsegwenzi diretti fuq il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll. Kull settur, kull qasam, kull servizz pubbliku juri l-istess marda: il-Gvern jagħmel reazzjoni, u mhux jagħti direzzjoni. Ejja nibdew mill-aktar qasam li forsi jiġi f 'moħħ dak li jkun meta wieħed isemmi l-ippjanar: il-bini u l-ippjanar taż-żoni urbani. Dak li kellu jkun ippjanar urban sar ġungla bla kontroll. Gvern li jħalli l-awtorità tal-ippjanar tagħmel kollox ħlief tippjana, bla ħsieb għall-ambjent, għall-kwalità tal-ħajja jew għall-identità ta' kull lokalità, ma jistax jissejjaħ gvern li jippjana. Dan hu gvern li jħalli kollox jiġri u jittama li l-problemi jissolvew waħedhom. Il-problema mhix biss fil- bini żejjed iżda fl-assenza ta' pjan nazzjonali veru, maħdum b'konsultazzjoni wiesgħa. Malta għandha bżonn ippjanar urban u ambjentali li jkun frott ta' diskussjoni matura bejn il- Gvern, l-Oppożizzjoni, l-NGOs, u l-komunitajiet. Biss hekk nistgħu niksbu qbil nazzjonali fuq kif irridu li pajjiżna jidher u jiffunzjona. Ippjanar li ma jkunx politiku, imma nazzjonali. Imma n-nuqqas ta' ppjanar mhux limitat għall-bini. Hu ħafna aktar fond, u qed jikkawża ħsara fuq livell ekonomiku, soċjali u infrastrutturali. Ejja nieħdu l-politika ekonomika. Il-Gvern Laburista żamm it-tkabbir ekonomiku billi sempliċement żied in-numru ta' ħaddiema barranin b'paga baxxa. Din il-politika ta' "importazzjoni ta' xogħol irħis", li mhi xejn għajr skjavitù modern, mhux biss toħloq pressjoni fuq is- servizzi pubbliċi, imma qed tbiddel għalkollox l-istruttura demografika ta' pajjiżna. Illum Malta għandha popolazzjoni li kibret b'mod sproporzjonat, mingħajr ma saru l-investimenti infrastrutturali meħtieġa biex jassorbu dan it- tkabbir. Għalhekk mhux ta' b'xejn illum għandna problema kbira fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Il-grid kienet mibnija għal pajjiż b'nofs il-popolazzjoni preżenti. Il- Gvern, minkejja li ilu snin jaf li l-popolazzjoni qed tikber, anzi tisplodi, u li d-domanda fuq l-enerġija qed togħla, baqa' jdur dawra durella u qatt ma investa bil-mod korrett fil- modernizzazzjoni tan-network. Il-konsegwenza? Blackouts fis-sajf, nuqqas ta' enerġija, u familji li jibqgħu fis-sħana għal sigħat sħaħ. Dan mhux sempliċement inċident jew ħsara teknika, dan hu riżultat ta' nuqqas ta' ppjanar. L-istess storja nistgħu ngħidu dwar is-saħħa pubblika. Meta kien inbena Mater Dei kien ippjanat għal pajjiż b'popolazzjoni ħafna iżgħar minn dik tal-lum. Fl-aħħar tlettax-il sena, il-popolazzjoni kibret b'mod qawwi, imma l-Gvern ma ħa l-ebda pass biex jespandi jew jibni sptar ġdid. Minflok, il-Gvern daħal f 'konċessjoni skandaluża tal-isptarijiet San Luqa, Karen Grech, u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li kellhom jgħinu biex intaffu din il-problema. Kieku pajjiżna kellu gvern li jippjana, illum kieku kellna sptarijiet ġodda, kapaċità akbar u lista ta' stennija iqsar. Imma minflok, għandna sistema tas- saħħa taħt pressjoni kontinwa, b'pazjenti jistennew xhur jew saħansitra snin sħaħ għal appuntament jew operazzjoni. Lanqas fit-trasport ma jidher xi sinjal ta' ppjanar. Il-Gvern jista' jiaħar b'xi flyovers jew toroq ġodda, imma l-problema mhix biss fit-toroq. Hi fin- numru ta' karozzi. Pajjiżna għandu limitu fiżiku, u jekk ma nbiddlux il-mentalità u ma noħolqux sistema ta' trasport alternattiv u effiċjenti, se nibqgħu msakkra fit-traffiku minn naħa għal oħra tal-gżira. Il-bini ta' triq ġdida mingħajr politika ta' mobbilità sostenibbli hu bħal min jixtri umbrella meta d-dar diġà mimlija ilma. Biex imbagħad id-diskors dwar sistemi tat-trasport tal-massa nisimgħuh biss minn dan il-Gvern fix-xahar ta' qabel l-elezzjoni ġenerali, u l-għada tal-elezzjoni jintesa kollox. Dan kollu juri realtà waħda: il-Gvern Laburista ma jippjanax. Irid jagħmel kollox għal-lum, u mhux għall-għada. Irid jagħti l-impressjoni li qed jaħdem, mhux li qed imexxi. U b'hekk il-konsegwenzi ta' dan in-nuqqas ta' ppjanar se jibqgħu jinħassu għal snin twal, anke meta dan il-Gvern ma jibqax fil-poter. Imma ma naqtgħux qalbna. Pajjiżna għandu potenzjal kbir. Għandna nies kapaċi, ġenerazzjoni żagħżugħa b'enerġija u b'ħiliet, u ħafna li jemmnu li Malta tista' tkun aħjar. Biex dan iseħħ, għandna bżonn gvern li jippjana b'serjetà, li jara l-ikbar stampa, li jġib lin- nies madwar mejda u jfassal pjan nazzjonali li ma jinbidilx kull darba li jinbidel il-ministru. Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg għandu jkun propju dan: gvern li jippjana għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, mhux għall-headline tal-għada. Gvern li jfassal politika ekonomika sostenibbli, li jġib lura s-serjetà fl-ippjanar tal-art, li jara li l-infrastruttura tiżviluppa mal-pass tal-ħajja, u li jpoġġi l-kwalità tal-ħajja taċ- ċittadin fuq quddiem nett. Il-Partit Nazzjonalista jemmen f 'Malta li taħseb 'il quddiem, li taħdem fuq bażi ta' pjan, mhux ta' paniku. U għalhekk, meta ngħidu li rridu gvern li jippjana, qed ngħidu li rridu gvern li jħares lejn li ġej b'għajnejn serji, mhux b'kalkolu ta' voti. Għax pajjiżna jixraqlu ħafna aktar minn hekk. Għandna bżonn gvern li jippjana. Għax hekk biss nistgħu nibnu Malta li taħseb fuq il-futur tagħha, mhux Malta li tgħix minn jum għal jum. Għandna bżonn gvern li jippjana